Forma (botanika)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Forma (bil-Latin: forma) huwa takson fil-klassifikazzjoni xjentifika li jintuża biss fil-botanika u fiż-żooloġija il-Morf qiegħed f'livell ekkwivalenti.

Fin-nomenklatura botanika, forma huwa takson b'livell aktar baxx minn dak ta' sottovarjetà (subvarietas) iżda b'livell ogħla minn dak ta' sottoforma (subforma) u b'hekk jissejjaħ takson infraspeċifiku. Dan jidher fl-isem li jkun magħmul minn tliet partijiet isem ġeneriku, isem speċifiku jew l-epitet speċifku u l-isem infraspeċifiku jew l-epitet infraspeċifiku. Biex jiġi ndikat dan, l-abbrevjazzjoni "f." trid tiġi miktuba qabel l-epitet infraspeċifiku.

Eżempju, il-kaktus Acanthocalycium spiniflorum f. klimpelianum jew Acanthocalycium spiniflorum forma klimpelianum.

Forma normalment huwa grupp b'differenzi żgħar imma notabbli. Per eżempju, forom bil-fjura bajda ta' speċi li normalment ikollhom fjuri kkuluriti jistgħu jingħataw l-isem "f. alba". Uħud mill-botanisti jemmnu li l-forom m'hemmx bżonn jingħataw ismijiet għax hemm numru li ma jispiċċa qatt minn dawn ibbażati fuq differenza ġenetika żgħira ħafna.