Park Nazzjonali ta' Miguasha
Il-Park Provinċjali ta' Miguasha (bil-Franċiż: Parc national de Miguasha) hija żona protetta qrib Carleton-sur-Mer fil-Peniżola ta' Gaspé Peninsula ta' Quebec fil-Kanada. Il-park inħoloq fl-1985 mill-gvern ta' Quebec u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999 bis-saħħa tal-varjetà rikka ta' fossili ta' ġo fih, li joħorġu fid-dieher żmien kruċjali matul l-evoluzzjoni tal-ħajja fid-Dinja.[1] Il-park huwa magħruf b'ismijiet oħra wkoll, fosthom is-Sit tal-Fossili ta' Miguasha, il-Bajja tas-Sit tal-Fossili ta' Escuminac, il-Formazzjoni Devonjana Superjuri ta' Escuminac, u l-Irdumijiet ta' Hugh-Miller. Xi kultant, fuq l-eżemplari tal-fossili li nstabu fil-park, issir referenza għall-park bħala l-"Bajja ta' Scaumenac" jew il-"Bajja ta' Scaumenac P.Q.".[1]
Mużew tal-Istorja Naturali ta' Miguasha
[immodifika | immodifika s-sors]Il-mużew tal-park jinkludi wirjiet dwar il-fossili u l-paleontoloġija tal-park. Il-kollezzjoni tal-mużew tinkludi iktar minn 9,000 eżemplar ta' fossili ta' ħut u ta' pjanti.
L-irdumijiet kostali huma strati Devonjani Superjuri ta' blat sedimentarju griż li jifforma parti mill-Formazzjoni ta' Escuminac. Dawn huma magħmula minn saffi li jalternaw tal-ġebel ramli u tax-shale, ta' madwar 350–375 miljun sena ilu. Illum il-ġurnata fl-inħawi jikbru foresti tas-siġar tal-betula, tal-luq u tal-abit.
Importanza paleontoloġika
[immodifika | immodifika s-sors]Uħud mill-fossili tal-ħut, tal-annimali u tal-ispori li nstabu fil-Park Nazzjonali ta' Miguasha huma speċijiet rari u tal-qedem. Pereżempju, huwa maħsub li l-iSpermasporites huwa wieħed mill-eqdem ġeneri ta' pjanti li jarmu l-fjuri li jeżistu fid-Dinja.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Park Nazzjonali ta' Miguasha ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1999.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (viii) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta stadji importanti tal-istorja tad-dinja, inkluż it-trapass tal-ħajja, il-proċessi ġeoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-iżvilupp tat-tipi differenti ta' art, jew il-karatteristiċi ġeomorfiċi jew fiżjografiċi sinifikanti".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Centre, UNESCO World Heritage. "Miguasha National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-06-19.