Lista ta' missjonijiet diplomatiċi tas-Santa Sede

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Artiklu prinċipali: Nunzjatura Appostolika.

Mappa li turi l-pajjiżi li għandhom jew m'għandhomx relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede.

Din hi lista ta' Missjonijiet Diplomatiċi tas-Santa Sede. Sa mill-ħames seklu, sekli qabel it-twaqqif tal-istat tal-Vatikanfl-1929, mibgħuta tal-Papa (illum magħrufa bħala Nunzji Appostoliċi) irrapreżentaw is-Santa Sede f’pajjżi barranin. Barra minn hekk, delegati tal-Papa, magħrufa bħala Delegati Appostoliċi jassiguraw kuntatt kontinwu bejn is-Santa Sede u l-Knisja Kattolika f’pajjiżi li ma stabilixxewx relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede. Preżentament, hemm Delegazzjoni Appostolika residenzjali waħda, għall-Ġerusalemm u l-Palestina, kif ukoll sebgħa non-residenzjali (Botswana, Brunej, Burma, Laos, Malasja, Mawritanja, u s-Somalja), u fi tlett reġjuni mingħajr kuntatt diplomatiku (il-Peniżola Għarbija, il-Karibew, u l-Oċean Paċifiku). Il-Vjetnam, għalkemm għadu mniżżel fl-Annuario Pontificio bħala li għandu Delegazzjoni Appostolika, ilu b’dan il-post vakanti għal bosta snin. Iċ-Ċina jipprojbixxi kemm in-Nunzjatura, kif ukoll id-Delegazzjoni Appostolika, iżda s-Santa Sede hi rrapreżentat f’Tajpej, minn Nunzjatura Appostolika, li iżda hi mmexxija minn chargé d’affaires. Bosta pajjiżi li qabel kellhom Delegazzjoni Appostolika, fosthom l-iStati Uniti, illum għandhom nunzju.

Barra mill-pajjiżi li għandhom Delegazzjoni Appostolika, l-Afganistan, il-Butan, Ir-Repubblika taċ-Ċina, il-Koreja ta’ Fuq, l-Oman, l-Arabja Sawdita, u t-Tuvalu m’għandhom l-ebda forma ta’ relazzjonijiet diplomatiċi mas-Santa Sede.[1]

Is-Santa Sede, flimkien mal-maġġoranza tal-pajjiżi, iqisu l-kariga ta’ Nunzju Appostoliku l-istess bħal dik ta’ ambaxxatur, bil-bini tan-Nunzjatura Appostolika titqies ambaxxata. Barra minn hekk, f’bosta pajjiżi fl-Ewropa, u l-Amerika ta’ fuq u dik ċentrali, in-nunzju hu mogħti preċedenza fuq l-ambaxxaturi l-oħra, u jippresiedi l-korp diplomatiku mill-mument li jippreżenta l-kredenzjali tiegħu. Is-Santa Sede, li ma toħroġx visas, m’għandiex konsli għall-pajjiżi. F’ċerti pajjiżi, fejn hu permess mis-Santa Sede, u f’każijiet rari ferm, il-bini tan-Nunzjatura jinsab barra l-belt kapitali, u fi bliet li għandhom importanza reliġjuża kbira għan-nazzjon. Eżempji jinkludu r-Rabat f’Malta, fejn tinsab il-Grotta ta’ San Pawl, u Harissa fil-Libanu, fejn jinsabu wkoll l-awtoritajiet Maroniti, Griegi Ortodossi, u tal-Knisja Griega Kattolika Melkita. F’ċerti pajjiżi oħra, iżda, dan mhuwiex permess, kif ġara fl-Indja u fl-Awstralja, fejn in-Nunzjaturi Appostoliċi kellhom jiġu mmexxija għall-ibliet kapitali rispettivi.

Imniżżla taħt huma n-Nunzjaturi Appostoliċi, id-Delegazzjonijiet Apostoliċi, kif ukoll rapreżentanzi oħra għal organizzazzjonijiet internazzjonali, bħall-Ġnus Magħquda, il-Kunsill tal-Ewropa, u Leg Għarbi, kif inhuma mniżżla fl-Annuario Pontificio.[2]

Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Amerika ta’ Fuq[immodifika | immodifika s-sors]

Amerika ta’ Isfel[immodifika | immodifika s-sors]

  • Arġentina Arġentina
    • Buenos Aires (Nunzjatura Appostolika)
  • Bolivja Bolivja
    • La Paz (Nunzjatura Appostolika)
  • Brażil Brażil
    • Brasília (Nunzjatura Appostolika)
  • Ċili Ċili
    • Santiago (Nunzjatura Appostolika)
  • Ekwador Ekwador
    • Quito (Nunzjatura Appostolika)
  • Kolombja Kolombja
    • Bogotá (Nunzjatura Appostolika)
  • Paragwaj Paragwaj
    • Asunción (Nunzjatura Appostolika)
  • Perù Peru
    • Lima (Nunzjatura Appostolika)
  • Urugwaj Urugwaj
    • Montevideo (Nunzjatura Appostolika)
  • Veneżwela Veneżwela
    • Caracas (Nunzjatura Appostolika)

Afrika[immodifika | immodifika s-sors]

Lvant Nofsani[immodifika | immodifika s-sors]

  • Ġordan Ġordan
    • Amman (Nunzjatura Appostolika)
  • Iran Iran
    • Tehran (Nunzjatura Appostolika)
  • Iraq Iraq
    • Baghdad (Nunzjatura Appostolika)
  • Iżrael Iżrael
    • Tel Aviv (Nunzjatura Appostolika)
  • Kuwajt Kuwajt
    • Kuwait City (Nunzjatura Appostolika)
  • Libanu Libanu
    • Harissa (Nunzjatura Appostolika)
  • Palestina Palestina
    • Ġerusalemm (Nunzjatura Appostolika)
  • Sirja Sirja
    • Damasku (Nunzjatura Appostolika)
  • Turkija Turkija
    • Ankara (Nunzjatura Appostolika)

Asja[immodifika | immodifika s-sors]

Oċeanja[immodifika | immodifika s-sors]

Organizzazzjonijiet Multilaterali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Magħquda (fl-uffiċini ġeneral tal-Ġ.N.) (New York)
  • Osservatur permanenti tas-Santa Sede għall-Ġnus Magħquda (fl-uffiċju għall-Ewropa tal-Ġ.N.) (Ġinevra)

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Mission Impossible: Eject the Holy See from the United Nations". chiesa.espresso.repubblica.it. Miġbur 2023-02-10.
  2. ^ Paġni 1343-1372 tal-edizzjoni tal-2007(ISBN 978-88-209-7908-9)

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]