Festival tal-Eurovision 2011
Festival tal-Eurovision 2011 "Feel Your Heart Beat!" | |
---|---|
Dati | |
Data tal-1el semifinali | 10 ta' Mejju 2011 |
Data tal-2ni semifinali | 12 ta' Mejju 2011 |
Data tal-finali | 14 ta' Mejju 2011 |
Ospitu | |
Sala | Esprit Arena, Düsseldorf, Ġermanja |
Preżentatur(i) | Anke Engelke Judith Rakers Stefan Raab |
Att tal-ftuħ | Stefan Raab ikanta "Satellite" ma' Lena Meyer-Landrut |
Parteċipanti | |
Numru ta' parteċipanti | 43 |
Pajjiżi debuttanti | Ħadd |
Pajjiżi li rritornaw | Awstrija Italja San Marino Ungerija |
Pajjiżi li rtiraw | Ħadd |
Vote | |
Kanzunetta rebbieħa | Ażerbajġan "Running Scared" |
Festival tal-Eurovision | |
◄2010 2012► |
Il-Festival tal-Eurovision 2011 kien is-56 konkors annwali tal-Eurovision. Dan il-festival sar f'Düsseldorf, il-Ġermanja, wara li l-Ġermanja rebħet il-konkors tal-2010 permezz ta' Lena Meyer-Landrut bil-kanzunetta "Satellite". Il-kompetizzjoni saret fl-Esprit Arena ta' Düsseldorf, li ntgħażlet minn tliet postijiet madwar il-Ġermanja fil-fażi finali li saret fl-2010.
Id-dati stabbiliti għaż-żewġ semifinali kienu l-10 u t-12 ta' Mejju 2011, bil-finali ppjanata għal-lejla tal-14 ta' Mejju 2011. Tlieta u erbgħin pajjiż ikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-konkors, fejn fost dawk li irritornaw lura kien hemm l-Awstrija, li l-aħħar ipparteċipat fl-2007; l-Ungerija, li kkompetew l-aħħar darba fl-2009; u San Marino, li pparteċipaw l-aħħar darba fl-2008. L-Italja wkoll irritornat lejn il-konkors fejn din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tagħha mill-1997.
Post
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-12 ta' Otturu, 2010, ġie imħabbar mill-istazzjon Ġermaniż Norddeutscher Rundfun (NDR) li l-Esprit Arena f'Düsseldorf kien se jkun l-post fejn se ssir l-edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision il-Ġermanja. Dan se jkun l-ewwel darba li l-Konkors tal-Eurovision se jsir fil-Ġermanja wara r-riunifikazzjoni, billi l-Ġermanja tal-Punent ospitat dan il-festival fl-1957 u l-1983. Il-Ġermanja huwa wkoll l-ewwel membru tal-"Big Five" li se jospita l-konkors, peress li fl-implimentazzjoni tar-regola tas-sena 2000, li tippermetti l-akbar ħames kontributuri tal-European Broadcasting Union (EBU) – il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Italja – li jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali flimkien mar-rebbieħ tas-sena preċedenti.
Fażi tal-offerti
[immodifika | immodifika s-sors]Total ta' tmient ibliet urew interess li jospitaw l-avveniment li jinkludi lil Berlin, Amburgu, Hanover, Gelsenkirchen, Düsseldorf, Kolonja, Frankfurt u Munich. Fil-21 ta' Awwissu 2010, l-NDR ħabbret li l-bliet ta' Berlin, Amburgu, Hannover u Düsseldorf kienu l-uniċi li applikaw uffiċjalment biex jospitaw l-konkors tal-2011.
Pjanijiet dwar fejn il-konkors jista' jinżamm f'kull belt li applikat jinkludi:
- Berlin: Tinda kbira fuq il-qasam ta' ħdejn il-hangars tal-Ajruport Tempelhof
- Düsseldorf: Esprit Arena
- Amburgu: Ċentru tal-Wiri ta' Amburgu
- Hanover: Ċentru tal-Wiri ta' Hanover
Format
[immodifika | immodifika s-sors]L-erba' pajjiżi li jiffurmaw parti mill-"Big Four", flimkien mal-pajjiż ospitu tal-konkors, awtomatikament jieħu post fil-finali. Għall-edizzjoni tal-2011, minħabba li l-Ġermanja barra li hi l-ospitu tifforma wkoll parti mill-"Big Four", wassal għal post vakanti fil-finali. Laqgħa li saret ġewwa Belgrad iddikjarat li r-regoli mhumiex se jinbidlu, u li n-numru ta' parteċipanti fil-finali se jinbidel sempliċement minn ħamsa u għoxrin għal erbgħa u għoxrin.[1] Fil-31 ta' Diċembru 2010, tħabbret il-lista uffiċjali ta' parteċipanti li kienet tinkludi r-ritorn tal-Italja. Sussegwentament, din ġiet miżjuda bħala membru tal-"Big Five" li jwassal sabiex tikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, flimkien mal-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit. B'din il-bidla, in-numru ta' finalisti reġa' ġie restawrat għal ħamsa u għoxrin.
Fit-31 ta' Awwissu 2010, Svante Stockselius ħalla postu bħala Superviżur Eżekuttiv tal-Festival tal-Eurovision, b'postu jieħdu n-Norveġiż Jon Ola Sand.[2]
Allokazzjoni tas-semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]It-tlugħ tal-poloz ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti tas-semifinali saru nhar it-Tnejn 17 ta' Jannar 2011. Il-pajjiżi parteċipanti ġew maqsuma f'sitt urni skont kif ivvutaw sal-2010. It-tlugħ barra li ddeċieda f'liema semifinali se tikkompeti semifinali, iddetermina jekk hux mal-ewwel jew mal-aħħar nofs tas-semifinali, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu bil-ħinijiet rispettivi tal-provi. Ġie wkoll deċiż f'liema semifinali l-pajjiżi tal-"Big Five" (Franza, il-Ġermanja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Italja) se jivvutaw.[3]
Urna 1 | Urna 2 | Urna 3 | Urna 4 | Urna 5 | Urna 6 |
---|---|---|---|---|---|
Parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar il-31 ta' Diċembru 2010, l-EBU ikkonfermat li tlieta u erbgħin pajjiż se jieħdu sehem fil-Eurovision 2011. Din l-edizzjoni se tara r-ritorn ta' erba' pajjiżi – l-Awstrija, l-Italja, San Marino u l-Ungerija. Il-Montenegro applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors fl-4 ta' Diċembru, però irtiraw in-nomina tagħha fit-23 ta' Diċembru.
Għall-bidu s-Slovakkja ħabret l-irtirar tagħha mill-avveniment minħabba raġunijiet finanzjarji, minkejja li sondaġġ pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-istazzjon Slovenská televízia (STV) wera vot favur parteċipazzjoni. STV ħabbru li kienu beħsiebhom jirritornaw għall-konkors tal-2012. Madanakollu, l-applikazzjoni Slovakka baqgħet fuq il-lista proviżorja. Lejn Jannar tal-2011, STV tenniet li s-Slovakkja kienet fil-fatt se tirtira mill-festival kawża ta' problemi finanzjarji u bidliet fl-organika. Madanakollu, il-pajjiż ġie mniżżel mill-EBU bħala wieħed mis-semifinalisti fit-tlugħ tal-poloz tas-17 ta' Jannar, u STV aktar tard ikkonfermat li kienu se jipparteċipaw sabiex jevitaw li jieħdu multa talli rtiraw tard.
Waqt laqgħa f'Belgrad fit-28 ta' Awwissu 2010, l-EBU iddeċidiet li kull pajjiż għandu jagħżel l-artist u l-kanzunetta tiegħu qabel l-14 ta' Marzu 2011. Nhar is-17 ta' Jannar 2011, ittellgħu l-poloz għall-postijiet fiż-żewġ semifinali ġewwa Düsseldorf.
Semifinali
[immodifika | immodifika s-sors]Semifinali 1
[immodifika | immodifika s-sors]- L-ewwel semifinali saret fl-Esprit Arena f'Düsseldorf fl-10 ta' Mejju 2011.
- L-għaxar pajjiżi f'din is-semifinali bl-iktar punti, skont kombinazzjoni ta' voti tal-ġurija u tal-pubbliku minn kull pajjiż, ikkwalifikaw għall-finali.
- Ir-Renju Unit u Spanja iridu jxandru u jivvutaw f'din is-semifinali.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | Polonja | Magdalena Tul | "Jestem" | Jiena jien | 19 | 18 |
02 | Norveġja | Stella Mwangi | "Haba Haba" | Ftit ftit | 17 | 30 |
03 | Albanija | Aurela Gaçe | "Feel the Passion" | Ħoss il-passjoni | 14 | 47 |
04 | Armenja | Emmy | "Boom-Boom" | — | 12 | 54 |
05 | Turkija | Yüksek Sadakat | "Live It Up" | Għixha | 13 | 47 |
06 | Serbja | Nina | "Čaroban" | Maġika | 8 | 67 |
07 | Russja | Alex Sparrow | "Get You" | Naqbdek | 9 | 64 |
08 | Żvizzera | Anna Rossinelli | "In Love for a While" | Mħabba għal ftit | 10 | 55 |
09 | Ġeorġja | Eldrine | "One More Day" | Jum ieħor | 6 | 74 |
10 | Finlandja | Paradise Oskar | "Da Da Dam" | — | 3 | 103 |
11 | Malta | Glen Vella | "One Life" | Ħajja waħda | 11 | 54 |
12 | San Marino | Senit | "Stand By" | Stenna | 16 | 34 |
13 | Kroazja | Daria | "Celebrate" | Iċċelebra | 15 | 41 |
14 | Iżlanda | Sigurjón's Friends | "Coming Home" | Lura d-dar | 4 | 100 |
15 | Ungerija | Kati Wolf | "What About My Dreams?" | U l-ħolm tiegħi? | 7 | 72 |
16 | Portugall | Homens da Luta | "A luta é alegria" | It-taqbid huwa allegrija | 18 | 22 |
17 | Litwanja | Evelina Sašenko | "C'est ma vie" | Din hi ħajti | 5 | 81 |
18 | Ażerbajġan | Ell u Nikki | "Running Scared" | Niġri imbeżża | 2 | 122 |
19 | Greċja | Loukas Giorkas u Stereo Mike | "Watch My Dance" | Ara ż-żifna tiegħi | 1 | 133 |
Semifinali 2
[immodifika | immodifika s-sors]- It-tieni semifinali saret fl-Esprit Arena f'Düsseldorf fit-12 ta' Mejju 2011.
- L-għaxar pajjiżi f'din is-semifinali bl-iktar punti, skont kombinazzjoni ta' voti tal-ġurija u tal-pubbliku minn kull pajjiż, ikkwalifikaw għall-finali.
- Franza, il-Ġermanja u l-Italja iridu jxandru u jivvutaw f'din is-semifinali.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | Bosnja-Ħerzegovina | Dino Merlin | "Love in Rewind" | Imħabba bil-maqlub | 5 | 109 |
02 | Awstrija | Nadine Beiler | "The Secret Is Love" | Is-sigriet huwa l-imħabba | 7 | 69 |
03 | Netherlands | 3JS | "Never Alone" | Qatt waħdek | 19 | 13 |
04 | Belġju | Witloof Bay | "With Love Baby" | Bl-imħabba qalbi | 11 | 53 |
05 | Slovakkja | TWiiNS | "I'm Still Alive" | Għadni ħaj | 13 | 48 |
06 | Ukrajna | Mika Newton | "Angels" | Anġli | 6 | 81 |
07 | Moldova | Zdob şi Zdub | "So Lucky" | Daqshekk fortunat | 10 | 54 |
08 | Żvezja | Eric Saade | "Popular" | Popolari | 1 | 155 |
09 | Ċipru | Christos Mylordos | "San Aggelos S'agapisa" | Ħabbejtek bħal anġlu | 18 | 16 |
10 | Bulgarija | Poli Genova | "Na inat" | Minkejja | 12 | 48 |
11 | Maċedonja | Vlatko Ilievski | "Rusinka" | Tfajla Russa | 16 | 36 |
12 | Iżrael | Dana International | "Ding Dong" | — | 15 | 38 |
13 | Slovenja | Maja Keuc | "No One" | Ħadd | 3 | 112 |
14 | Rumanija | Hotel FM | "Change" | Bidla | 4 | 111 |
15 | Estonja | Getter Jaani | "Rockefeller Street" | Triq Rockefeller | 9 | 60 |
16 | Bjelorussja | Anastasia Vinnikova | "I Love Belarus" | Inħobb il-Belarus | 14 | 45 |
17 | Latvja | Musiqq | "Angel in Disguise" | Anġlu fil-moħbi | 17 | 25 |
18 | Danimarka | A Friend In London | "New Tomorrow" | Għada jum ġdid | 2 | 135 |
19 | Irlanda | Jedward | "Lipstick" | Lipstick | 8 | 68 |
Finali
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-finali saret fl-14 ta' Mejju 2011.
- Huma biss il-pajjiżi tal-"Big Five" li ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali.
- Miż-żewġ semifinali tal-10 u t-12 ta' Mejju 2011, għoxrin pajjiż ikkwalifikaw għall-finali. Total ta' ħamsa u għoxrin pajjiż ikkontestaw il-finali.
- Is-sistema ta' votazzjoni wżata se tkun l-istess bħal dik tal-edizzjoni tal-2010, b'kombinazzjoni tal-voti tal-ġurija u tal-pubbliku jiddeċiedu r-rebbieħ. It-telespettaturi jistgħu jivvutaw matul l-esebizzjonijiet, bil-votazzjoni jagħlaq ħmistax-il minuta wara t-tmien tal-kanzunetti.
# | Pajjiż | Artist | Kanzunetta | Traduzzjoni | Pożizzjoni | Punti |
---|---|---|---|---|---|---|
01 | Finlandja | Paradise Oskar | "Da Da Dam" | — | 21 | 57 |
02 | Bosnja-Ħerzegovina | Dino Merlin | "Love in Rewind" | Imħabba bil-kuntrarju | 6 | 125 |
03 | Danimarka | A Friend In London | "New Tomorrow" | Għada jum ġdid | 5 | 134 |
04 | Litwanja | Evelina Sašenko | "C'est ma vie" | Din hi ħajti | 19 | 63 |
05 | Ungerija | Kati Wolf | "What About My Dreams?" | U l-ħolm tiegħi? | 22 | 53 |
06 | Irlanda | Jedward | "Lipstick" | Lipstick | 8 | 119 |
07 | Żvezja | Eric Saade | "Popular" | Popolari | 3 | 185 |
08 | Estonja | Getter Jaani | "Rockefeller Street" | Triq Rockefeller | 24 | 44 |
09 | Greċja | Loukas Giorkas u Stereo Mike | "Watch My Dance" | Ara ż-żifna tiegħi | 7 | 120 |
10 | Russja | Alex Sparrow | "Get You" | Naqbdek | 16 | 77 |
11 | Franza | Amaury Vassili | "Sognu" | Ħolma | 15 | 82 |
12 | Italja | Raphael Gualazzi | "Madness of Love" | Mħabba miġnuna | 2 | 189 |
13 | Żvizzera | Anna Rossinelli | "In Love for a While" | Mħabba għal ftit | 25 | 19 |
14 | Renju Unit | Blue | "I Can" | Jien Nista' | 11 | 100 |
15 | Moldova | Zdob şi Zdub | "So Lucky" | Daqshekk fortunat | 12 | 97 |
16 | Ġermanja | Lena | "Taken by a Stranger" | Maqbuda minn stranġier | 10 | 107 |
17 | Rumanija | Hotel FM | "Change" | Bidla | 17 | 77 |
18 | Awstrija | Nadine Beiler | "The Secret Is Love" | Is-sigriet huwa l-imħabba | 18 | 64 |
19 | Ażerbajġan | Ell u Nikki | "Running Scared" | Niġri imbeżża | 1 | 221 |
20 | Slovenja | Maja Keuc | "No One" | Ħadd | 13 | 96 |
21 | Iżlanda | Sigurjón's Friends | "Coming Home" | Lura d-dar | 20 | 61 |
22 | Spanja | Lucía Pérez | "Que me quiten lo bailao" | Huma ma jistgħux jieħdu l-affarijiet sbieħ li għext[4] | 23 | 50 |
23 | Ukrajna | Mika Newton | "Angels" | Anġli | 4 | 159 |
24 | Serbja | Nina | "Čaroban" | Maġika | 14 | 85 |
25 | Ġeorġja | Eldrine | "One More Day" | Jum ieħor | 9 | 110 |
Votazzjoni matul il-finali
[immodifika | immodifika s-sors]12-il punt
[immodifika | immodifika s-sors]Hawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:
Drabi | Pajjiż riċevitur | Pajjiż votant |
---|---|---|
5 | Bosnja-Ħerzegovina | Awstrija, Maċedonja, Serbja, Slovenja, Żvizzera |
4 | Italja | Albanija, Latvja, San Marino, Spanja |
3 | Ażerbajġan | Malta, Russja, Turkija |
Danimarka | Iżlanda, Irlanda, Olanda | |
Ġeorġja | Bjelorussja, Litwanja, Ukrajna | |
Irlanda | Danimarka, Żvezja, Renju Unit | |
Ukrajna | Armenja, Ażerbajġan, Slovakkja | |
2 | Franza | Belġju, Greċja |
Litwanja | Ġeorġja, Polonja | |
Rumanija | Italja, Moldova | |
Slovenja | Bożnija u Ħerżegovina, Kroazja | |
Spanja | Franza, Portugall | |
Żvezja | Estonja, Iżrael | |
1 | Awstrija | Ġermanja |
Finlandja | Norveġja | |
Greċja | Ċipru | |
Ungerija | Finlandja | |
Iżlanda | Ungerija | |
Moldova | Rumanija | |
Renju Unit | Bulgarija |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Bakker, Sietse (28-08-2010). eurovision.tv (ed.). "Reference Group gathered in Belgrade" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Siim, Jarmo (26-11-2010). eurovision.tv (ed.). "Jon Ola Sand new Executive Supervisor" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ Bakker, Sietse (16-01-2011). eurovision.tv (ed.). "Düsseldorf gets ready for exchange and draw" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf
|aċċess=
injorat (forsi ridt tuża|data-aċċess=
minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f':|data=
(għajnuna) - ^ It-titlu tal-kanzunetta Spanjola huwa proverbju. Litteralment tfisser "Huma ma jistgħux jieħdu l-affarijiet li żfint".
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Festival tal-Eurovision 2011 |