Aqbeż għall-kontentut

Festival tal-Eurovision 2011

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Eurovision 2011)
Festival tal-Eurovision 2011
"Feel Your Heart Beat!"
Dati
Data tal-1el semifinali 10 ta' Mejju 2011
Data tal-2ni semifinali 12 ta' Mejju 2011
Data tal-finali 14 ta' Mejju 2011
Ospitu
Sala Esprit Arena, Düsseldorf, Ġermanja
Preżentatur(i) Anke Engelke
Judith Rakers
Stefan Raab
Att tal-ftuħ Stefan Raab ikanta "Satellite" ma' Lena Meyer-Landrut
Parteċipanti
Numru ta' parteċipanti 43
Pajjiżi debuttanti Ħadd
Pajjiżi li rritornaw Bandiera tal-Awstrija Awstrija
Bandiera tal-Italja Italja
Bandiera ta' San Marino San Marino
Bandiera tal-Ungerija Ungerija
Pajjiżi li rtiraw Ħadd
Vote
Kanzunetta rebbieħa Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan
"Running Scared"
Festival tal-Eurovision
◄2010 2012►

Il-Festival tal-Eurovision 2011 kien is-56 konkors annwali tal-Eurovision. Dan il-festival sar f'Düsseldorf, il-Ġermanja, wara li l-Ġermanja rebħet il-konkors tal-2010 permezz ta' Lena Meyer-Landrut bil-kanzunetta "Satellite". Il-kompetizzjoni saret fl-Esprit Arena ta' Düsseldorf, li ntgħażlet minn tliet postijiet madwar il-Ġermanja fil-fażi finali li saret fl-2010.

Id-dati stabbiliti għaż-żewġ semifinali kienu l-10 u t-12 ta' Mejju 2011, bil-finali ppjanata għal-lejla tal-14 ta' Mejju 2011. Tlieta u erbgħin pajjiż ikkonferma l-parteċipazzjoni tiegħu fil-konkors, fejn fost dawk li irritornaw lura kien hemm l-Awstrija, li l-aħħar ipparteċipat fl-2007; l-Ungerija, li kkompetew l-aħħar darba fl-2009; u San Marino, li pparteċipaw l-aħħar darba fl-2008. L-Italja wkoll irritornat lejn il-konkors fejn din se tkun l-ewwel parteċipazzjoni tagħha mill-1997.

L-Esprit Arena
Anke Engelke, Judith Rakers u Stefan Raab, il-preżentaturi tal-edizzjoni ta' din is-sena

Nhar it-12 ta' Otturu, 2010, ġie imħabbar mill-istazzjon Ġermaniż Norddeutscher Rundfun (NDR) li l-Esprit Arena f'Düsseldorf kien se jkun l-post fejn se ssir l-edizzjoni tal-Festival tal-Eurovision il-Ġermanja. Dan se jkun l-ewwel darba li l-Konkors tal-Eurovision se jsir fil-Ġermanja wara r-riunifikazzjoni, billi l-Ġermanja tal-Punent ospitat dan il-festival fl-1957 u l-1983. Il-Ġermanja huwa wkoll l-ewwel membru tal-"Big Five" li se jospita l-konkors, peress li fl-implimentazzjoni tar-regola tas-sena 2000, li tippermetti l-akbar ħames kontributuri tal-European Broadcasting Union (EBU) – il-Ġermanja, Franza, ir-Renju Unit, Spanja u l-Italja – li jikkwalifikaw awtomatikament għall-finali flimkien mar-rebbieħ tas-sena preċedenti.

Fażi tal-offerti

[immodifika | immodifika s-sors]

Total ta' tmient ibliet urew interess li jospitaw l-avveniment li jinkludi lil Berlin, Amburgu, Hanover, Gelsenkirchen, Düsseldorf, Kolonja, Frankfurt u Munich. Fil-21 ta' Awwissu 2010, l-NDR ħabbret li l-bliet ta' Berlin, Amburgu, Hannover u Düsseldorf kienu l-uniċi li applikaw uffiċjalment biex jospitaw l-konkors tal-2011.

Pjanijiet dwar fejn il-konkors jista' jinżamm f'kull belt li applikat jinkludi:

  • Berlin: Tinda kbira fuq il-qasam ta' ħdejn il-hangars tal-Ajruport Tempelhof
  • Düsseldorf: Esprit Arena
  • Amburgu: Ċentru tal-Wiri ta' Amburgu
  • Hanover: Ċentru tal-Wiri ta' Hanover

L-erba' pajjiżi li jiffurmaw parti mill-"Big Four", flimkien mal-pajjiż ospitu tal-konkors, awtomatikament jieħu post fil-finali. Għall-edizzjoni tal-2011, minħabba li l-Ġermanja barra li hi l-ospitu tifforma wkoll parti mill-"Big Four", wassal għal post vakanti fil-finali. Laqgħa li saret ġewwa Belgrad iddikjarat li r-regoli mhumiex se jinbidlu, u li n-numru ta' parteċipanti fil-finali se jinbidel sempliċement minn ħamsa u għoxrin għal erbgħa u għoxrin.[1] Fil-31 ta' Diċembru 2010, tħabbret il-lista uffiċjali ta' parteċipanti li kienet tinkludi r-ritorn tal-Italja. Sussegwentament, din ġiet miżjuda bħala membru tal-"Big Five" li jwassal sabiex tikkwalifikaw awtomatikament għall-finali, flimkien mal-Ġermanja, Franza, Spanja u r-Renju Unit. B'din il-bidla, in-numru ta' finalisti reġa' ġie restawrat għal ħamsa u għoxrin.

Fit-31 ta' Awwissu 2010, Svante Stockselius ħalla postu bħala Superviżur Eżekuttiv tal-Festival tal-Eurovision, b'postu jieħdu n-Norveġiż Jon Ola Sand.[2]

Allokazzjoni tas-semifinali

[immodifika | immodifika s-sors]

It-tlugħ tal-poloz ta' kif se jitkantaw il-kanzunetti tas-semifinali saru nhar it-Tnejn 17 ta' Jannar 2011. Il-pajjiżi parteċipanti ġew maqsuma f'sitt urni skont kif ivvutaw sal-2010. It-tlugħ barra li ddeċieda f'liema semifinali se tikkompeti semifinali, iddetermina jekk hux mal-ewwel jew mal-aħħar nofs tas-semifinali, sabiex id-delegazzjonijiet ikunu jafu bil-ħinijiet rispettivi tal-provi. Ġie wkoll deċiż f'liema semifinali l-pajjiżi tal-"Big Five" (Franza, il-Ġermanja, Spanja, ir-Renju Unit u l-Italja) se jivvutaw.[3]

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4 Urna 5 Urna 6

Parteċipanti

[immodifika | immodifika s-sors]

Nhar il-31 ta' Diċembru 2010, l-EBU ikkonfermat li tlieta u erbgħin pajjiż se jieħdu sehem fil-Eurovision 2011. Din l-edizzjoni se tara r-ritorn ta' erba' pajjiżi – l-Awstrija, l-Italja, San Marino u l-Ungerija. Il-Montenegro applikaw biex jieħdu sehem fil-konkors fl-4 ta' Diċembru, però irtiraw in-nomina tagħha fit-23 ta' Diċembru.

Għall-bidu s-Slovakkja ħabret l-irtirar tagħha mill-avveniment minħabba raġunijiet finanzjarji, minkejja li sondaġġ pubbliku fuq is-sit uffiċjali tal-istazzjon Slovenská televízia (STV) wera vot favur parteċipazzjoni. STV ħabbru li kienu beħsiebhom jirritornaw għall-konkors tal-2012. Madanakollu, l-applikazzjoni Slovakka baqgħet fuq il-lista proviżorja. Lejn Jannar tal-2011, STV tenniet li s-Slovakkja kienet fil-fatt se tirtira mill-festival kawża ta' problemi finanzjarji u bidliet fl-organika. Madanakollu, il-pajjiż ġie mniżżel mill-EBU bħala wieħed mis-semifinalisti fit-tlugħ tal-poloz tas-17 ta' Jannar, u STV aktar tard ikkonfermat li kienu se jipparteċipaw sabiex jevitaw li jieħdu multa talli rtiraw tard.

Waqt laqgħa f'Belgrad fit-28 ta' Awwissu 2010, l-EBU iddeċidiet li kull pajjiż għandu jagħżel l-artist u l-kanzunetta tiegħu qabel l-14 ta' Marzu 2011. Nhar is-17 ta' Jannar 2011, ittellgħu l-poloz għall-postijiet fiż-żewġ semifinali ġewwa Düsseldorf.

  • L-ewwel semifinali saret fl-Esprit Arena f'Düsseldorf fl-10 ta' Mejju 2011.
  • L-għaxar pajjiżi f'din is-semifinali bl-iktar punti, skont kombinazzjoni ta' voti tal-ġurija u tal-pubbliku minn kull pajjiż, ikkwalifikaw għall-finali.
  • Ir-Renju Unit u Spanja iridu jxandru u jivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Polonja Polonja Magdalena Tul "Jestem" Jiena jien 19 18
02 Bandiera tan-Norveġja Norveġja Stella Mwangi "Haba Haba" Ftit ftit 17 30
03 Bandiera tal-Albanija Albanija Aurela Gaçe "Feel the Passion" Ħoss il-passjoni 14 47
04 Bandiera tal-Armenja Armenja Emmy "Boom-Boom" 12 54
05 Bandiera tat-Turkija Turkija Yüksek Sadakat "Live It Up" Għixha 13 47
06 Bandiera tas-Serbja Serbja Nina "Čaroban" Maġika 8 67
07 Bandiera tar-Russja Russja Alex Sparrow "Get You" Naqbdek 9 64
08 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Anna Rossinelli "In Love for a While" Mħabba għal ftit 10 55
09 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Eldrine "One More Day" Jum ieħor 6 74
10 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Paradise Oskar "Da Da Dam" 3 103
11 Bandiera ta' Malta Malta Glen Vella "One Life" Ħajja waħda 11 54
12 Bandiera ta' San Marino San Marino Senit "Stand By" Stenna 16 34
13 Bandiera tal-Kroazja Kroazja Daria "Celebrate" Iċċelebra 15 41
14 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Sigurjón's Friends "Coming Home" Lura d-dar 4 100
15 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Kati Wolf "What About My Dreams?" U l-ħolm tiegħi? 7 72
16 Bandiera tal-Portugall Portugall Homens da Luta "A luta é alegria" It-taqbid huwa allegrija 18 22
17 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Evelina Sašenko "C'est ma vie" Din hi ħajti 5 81
18 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Ell u Nikki "Running Scared" Niġri imbeżża 2 122
19 Bandiera tal-Greċja Greċja Loukas Giorkas u Stereo Mike "Watch My Dance" Ara ż-żifna tiegħi 1 133
  • It-tieni semifinali saret fl-Esprit Arena f'Düsseldorf fit-12 ta' Mejju 2011.
  • L-għaxar pajjiżi f'din is-semifinali bl-iktar punti, skont kombinazzjoni ta' voti tal-ġurija u tal-pubbliku minn kull pajjiż, ikkwalifikaw għall-finali.
  • Franza, il-Ġermanja u l-Italja iridu jxandru u jivvutaw f'din is-semifinali.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Dino Merlin "Love in Rewind" Imħabba bil-maqlub 5 109
02 Bandiera tal-Awstrija Awstrija Nadine Beiler "The Secret Is Love" Is-sigriet huwa l-imħabba 7 69
03 Bandiera tan-Netherlands Netherlands 3JS "Never Alone" Qatt waħdek 19 13
04 Bandiera tal-Belġju Belġju Witloof Bay "With Love Baby" Bl-imħabba qalbi 11 53
05 Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja TWiiNS "I'm Still Alive" Għadni ħaj 13 48
06 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Mika Newton "Angels" Anġli 6 81
07 Bandiera tal-Moldova Moldova Zdob şi Zdub "So Lucky" Daqshekk fortunat 10 54
08 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Eric Saade "Popular" Popolari 1 155
09 Bandiera ta' Ċipru Ċipru Christos Mylordos "San Aggelos S'agapisa" Ħabbejtek bħal anġlu 18 16
10 Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija Poli Genova "Na inat" Minkejja 12 48
11 Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja Vlatko Ilievski "Rusinka" Tfajla Russa 16 36
12 Bandiera tal-Iżrael Iżrael Dana International "Ding Dong" 15 38
13 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Maja Keuc "No One" Ħadd 3 112
14 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Hotel FM "Change" Bidla 4 111
15 Bandiera tal-Estonja Estonja Getter Jaani "Rockefeller Street" Triq Rockefeller 9 60
16 Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja Anastasia Vinnikova "I Love Belarus" Inħobb il-Belarus 14 45
17 Bandiera tal-Latvja Latvja Musiqq "Angel in Disguise" Anġlu fil-moħbi 17 25
18 Bandiera tad-Danimarka Danimarka A Friend In London "New Tomorrow" Għada jum ġdid 2 135
19 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Jedward "Lipstick" Lipstick 8 68
  • Il-finali saret fl-14 ta' Mejju 2011.
  • Huma biss il-pajjiżi tal-"Big Five" li ikkwalifikaw awtomatikament għall-finali.
  • Miż-żewġ semifinali tal-10 u t-12 ta' Mejju 2011, għoxrin pajjiż ikkwalifikaw għall-finali. Total ta' ħamsa u għoxrin pajjiż ikkontestaw il-finali.
  • Is-sistema ta' votazzjoni wżata se tkun l-istess bħal dik tal-edizzjoni tal-2010, b'kombinazzjoni tal-voti tal-ġurija u tal-pubbliku jiddeċiedu r-rebbieħ. It-telespettaturi jistgħu jivvutaw matul l-esebizzjonijiet, bil-votazzjoni jagħlaq ħmistax-il minuta wara t-tmien tal-kanzunetti.
# Pajjiż Artist Kanzunetta Traduzzjoni Pożizzjoni Punti
01 Bandiera tal-Finlandja Finlandja Paradise Oskar "Da Da Dam" 21 57
02 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Dino Merlin "Love in Rewind" Imħabba bil-kuntrarju 6 125
03 Bandiera tad-Danimarka Danimarka A Friend In London "New Tomorrow" Għada jum ġdid 5 134
04 Bandiera tal-Litwanja Litwanja Evelina Sašenko "C'est ma vie" Din hi ħajti 19 63
05 Bandiera tal-Ungerija Ungerija Kati Wolf "What About My Dreams?" U l-ħolm tiegħi? 22 53
06 Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Jedward "Lipstick" Lipstick 8 119
07 Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Eric Saade "Popular" Popolari 3 185
08 Bandiera tal-Estonja Estonja Getter Jaani "Rockefeller Street" Triq Rockefeller 24 44
09 Bandiera tal-Greċja Greċja Loukas Giorkas u Stereo Mike "Watch My Dance" Ara ż-żifna tiegħi 7 120
10 Bandiera tar-Russja Russja Alex Sparrow "Get You" Naqbdek 16 77
11 Bandiera ta' Franza Franza Amaury Vassili "Sognu" Ħolma 15 82
12 Bandiera tal-Italja Italja Raphael Gualazzi "Madness of Love" Mħabba miġnuna 2 189
13 Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera Anna Rossinelli "In Love for a While" Mħabba għal ftit 25 19
14 Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Blue "I Can" Jien Nista' 11 100
15 Bandiera tal-Moldova Moldova Zdob şi Zdub "So Lucky" Daqshekk fortunat 12 97
16 Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja Lena "Taken by a Stranger" Maqbuda minn stranġier 10 107
17 Bandiera tar-Rumanija Rumanija Hotel FM "Change" Bidla 17 77
18 Bandiera tal-Awstrija Awstrija Nadine Beiler "The Secret Is Love" Is-sigriet huwa l-imħabba 18 64
19 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Ell u Nikki "Running Scared" Niġri imbeżża 1 221
20 Bandiera tas-Slovenja Slovenja Maja Keuc "No One" Ħadd 13 96
21 Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Sigurjón's Friends "Coming Home" Lura d-dar 20 61
22 Bandiera ta' Spanja Spanja Lucía Pérez "Que me quiten lo bailao" Huma ma jistgħux jieħdu l-affarijiet sbieħ li għext[4] 23 50
23 Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Mika Newton "Angels" Anġli 4 159
24 Bandiera tas-Serbja Serbja Nina "Čaroban" Maġika 14 85
25 Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Eldrine "One More Day" Jum ieħor 9 110

Votazzjoni matul il-finali

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. Bandiera tar-Russja Russja
  2. Bandiera tal-Bulgarija Bulgarija
  3. Bandiera tan-Netherlands Netherlands
  4. Bandiera tal-Italja Italja
  5. Bandiera ta' Ċipru Ċipru
  6. Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna
  7. Bandiera tal-Finlandja Finlandja
  8. Bandiera tan-Norveġja Norveġja
  9. Bandiera tal-Armenja Armenja
  10. Bandiera tal-Maċedonja ta' Fuq Maċedonja
  11. Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda
  12. Bandiera tas-Slovakkja Slovakkja
  13. Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit
  1. Bandiera tad-Danimarka Danimarka
  2. Bandiera tal-Awstrija Awstrija
  3. Bandiera tal-Polonja Polonja
  4. Bandiera tal-Iżvezja Żvezja
  5. Bandiera ta' San Marino San Marino
  6. Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja
  7. Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan
  8. Bandiera tas-Slovenja Slovenja
  9. Bandiera tat-Turkija Turkija
  10. Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
  11. Bandiera tal-Greċja Greċja
  12. Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja
  13. Bandiera ta' Franza Franza
  14. Bandiera tas-Serbja Serbja
  15. Bandiera tal-Kroazja Kroazja
  1. Bandiera tal-Bjelorussja Bjelorussja
  2. Bandiera tar-Rumanija Rumanija
  3. Bandiera tal-Albanija Albanija
  4. Bandiera ta' Malta Malta
  5. Bandiera tal-Portugall Portugall
  6. Bandiera tal-Ungerija Ungerija
  7. Bandiera tal-Litwanja Litwanja
  8. Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina
  9. Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda
  10. Bandiera ta' Spanja Spanja
  11. Bandiera tal-Iżrael Iżrael
  12. Bandiera tal-Estonja Estonja
  13. Bandiera tal-Moldova Moldova
  14. Bandiera tal-Belġju Belġju
  15. Bandiera tal-Latvja Latvja

Hawn taħt hawn taqsira tat-tnax-il punt li ngħataw fil-finali:

Drabi Pajjiż riċevitur Pajjiż votant
5 Bandiera tal-Bosnja-Ħerzegovina Bosnja-Ħerzegovina Awstrija, Maċedonja, Serbja, Slovenja, Żvizzera
4 Bandiera tal-Italja Italja Albanija, Latvja, San Marino, Spanja
3 Bandiera tal-Ażerbajġan Ażerbajġan Malta, Russja, Turkija
Bandiera tad-Danimarka Danimarka Iżlanda, Irlanda, Olanda
Bandiera tal-Ġeorġja Ġeorġja Bjelorussja, Litwanja, Ukrajna
Bandiera tar-Repubblika tal-Irlanda Irlanda Danimarka, Żvezja, Renju Unit
Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna Armenja, Ażerbajġan, Slovakkja
2 Bandiera ta' Franza Franza Belġju, Greċja
Bandiera tal-Litwanja Litwanja Ġeorġja, Polonja
Bandiera tar-Rumanija Rumanija Italja, Moldova
Bandiera tas-Slovenja Slovenja Bożnija u Ħerżegovina, Kroazja
Bandiera ta' Spanja Spanja Franza, Portugall
Bandiera tal-Iżvezja Żvezja Estonja, Iżrael
1 Bandiera tal-Awstrija Awstrija Ġermanja
Bandiera tal-Finlandja Finlandja Norveġja
Bandiera tal-Greċja Greċja Ċipru
Bandiera tal-Ungerija Ungerija Finlandja
Bandiera tal-Iżlanda Iżlanda Ungerija
Bandiera tal-Moldova Moldova Rumanija
Bandiera tar-Renju Unit Renju Unit Bulgarija
  1. ^ Bakker, Sietse (28-08-2010). eurovision.tv (ed.). "Reference Group gathered in Belgrade" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Siim, Jarmo (26-11-2010). eurovision.tv (ed.). "Jon Ola Sand new Executive Supervisor" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Bakker, Sietse (16-01-2011). eurovision.tv (ed.). "Düsseldorf gets ready for exchange and draw" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  4. ^ It-titlu tal-kanzunetta Spanjola huwa proverbju. Litteralment tfisser "Huma ma jistgħux jieħdu l-affarijiet li żfint".

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]