Aqbeż għall-kontentut

UEFA Champions League 2007–08

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
UEFA Champions League 2007–08
Dettalji tal-kompetizzjoni
Dati 18 ta' Settembru 2007 – 21 ta' Mejju 2008
Parteċipanti 32 (minn konfederazzjoni waħda)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Ingilterra Manchester United
It-Tieni post Ingilterra Chelsea
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 125
Gowls skorjati 330 (2.64 kull logħba)
Attendenza 5,380,947 (43,048 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Portugall Cristiano Ronaldo (8 gowls)
L-aqwa plejer Portugall Cristiano Ronaldo

Il-UEFA Champions League 2007–08 kienet it-53 edizzjoni tal-kampjonat massimu tal-futbol Ewropew.

Il-finali ntlagħbet fil-21 ta' Mejju fi Stadju Luzhniki f'Moska, fejn Manchester United lagħbu kontra Chelsea, fejn b'hekk din il-finali kienet l-ewwel waħda fl-istorja tat-Tazza Ewropea bejn żewġ timijiet Ingliżi. Manchester United rebħu 6–5 bil-penalties, wara pari ta' 1–1 wara l-ħin supplementari.

Sistema ta' kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

76 tim se jipparteċipaw fl-edizzjoni tal-UEFA Champions League 2007–08 mit-53 assoċjazzjoni membru tal-UEFA. Kull assoċjazzjoni ddaħħal ċertu numru ta' klabbs fiċ-Champions League ibbażati skont il-koeffiċjenti tal-kampjonati; assoċjazzjonijiet ta' koëffiċjent għoli jistgħu jdaħħlu aktar minn assoċjazzjonijiet ta' koeffiċjenti baxx, imma l-ebda assoċjazzjoni tista' ddaħħal aktar minn erba' timijiet. Kull membru tal-UEFA huma garantiti li jkollhom ta' lanqas tim li jikkwalifika, bl-eċċezzjoni ta' Liechtenstein, li ma torganizza l-ebda kampjonat. Nazzjon ġdid se jieħu sehem fl-edizzjoni ta' din is-sena: il-Montenegro, wara s-seperazzjoni tas-Serbja u Montenegro. Iċ-ċampjins minn San Marino u Andorra jipparteċipaw ukoll minn din is-sena. Hawn taħt hi l-iskema ta' kwalifikazzjoni għaċ-Champions League 2007-08:[1]

  • Assoċjazzjonijiet 1-3 (Spanja, Italja, u Ingilterra): 4 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 4-6 (Franza, Ġermanja, u Portugall): 3 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 7-15 (Olanda, Greċja, Russja, Rumanija, Skozja, Belġju, Ukrajna, Repubblika Ċeka, u Turkija): 2 timijiet
  • Assoċjazzjonijiet 16-53: 1 tim

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 28 ċampjin minn assoċjazzjonijiet 25-53 (mhux inkluża Liechtenstein)

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni: (28 tim)

  • 14-il rebbieħ mill-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 8 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 17-24 (Bulgarija, Iżrael, Norveġja, Awstrija, Serbja, Polonja, Danimarka, u Ungerija)
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post tal-assoċjazzjonijiet 10-15

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni: (32 tim)

  • 14-il rebbieħ mit-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 7 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 10-16
  • 3 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tielet post minn assoċjazzjonijiet 1-6
  • 2 timijiet li spiċċaw fir-raba' post minn assoċjazzjonijiet 1-3 (AC Milan, it-tim li spiċċa fir-raba' post mill-Italja, bħala ċampjins kurrenti, ikkwalifikaw awtomatikament għall-fażi tal-gruppi.

Fażi tal-gruppi: (32 tim)

  • rebbieħ kurrenti taċ-Champions League
  • 16-il rebbieħ mit-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni
  • 9 ċampjins minn assoċjazzjonijiet 1-9
  • 6 timijiet li spiċċaw fit-tieni post minn assoċjazzjonijiet 7-9

Rawnds ta' kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel rawnd ta' kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fis-17 ta' Lulju u fit-18 ta' Lulju, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-24 ta' Lulju u fil-25 ta' Lulju 2007.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Khazar Lenkoran Ażerbajġan 2–4 Kroazja Dinamo Zagreb 1–1 1–3 (ħs)
APOEL Ċipru 2–3 Bjelorussja Bate 2–0 0–3 (ħs)
Sheriff Tiraspol Moldova 5–0 Andorra Rànger's 2–0 3–0
FH Iżlanda 4–1 Gżejjer Faroe HB 4–1 0–0
The New Saints Wales 4–4 (gbd) Latvja Ventspils 3–2 1–2
Pobeda Maċedonja ta' Fuq 0–1 Estonja FC Levadia 0–1 0–0
Olimpi Rustavi Ġeorġja 0–3 Każakistan Astana 0–0 0–3
Zeta Montenegro 5–4 Litwanja FBK Kaunas 3–1 2–3
Murata San Marino 1–4 Finlandja Tampere United 1–2 0–2
F91 Dudelange Lussemburgu 5–7 Slovakkja Žilina 1–2 4–5
Linfield Irlanda ta' Fuq 0–1 Żvezja Elfsborg 0–0 0–1
Derry City[2] Repubblika tal-Irlanda 0–2 Armenja Pyunik 0–0 0–2
Marsaxlokk Malta 1–9 Bosnja-Ħerzegovina Sarajevo 0–6 1–3
Domžale Slovenja 3–1 Albanija KF Tirana 1–0 2–1

It-tieni rawnd ta' kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 29 ta' Ġunju 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fil-31 ta' Lulju u fl-1 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fis-7 ta' Awwissu u fit-8 ta' Awwissu 2007.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Pyunik Armenja 1–4 Ukrajna Shakhtar Donetsk 0–2 1–2
Red Star Belgrade Serbja (gbd) 2–2 Estonja FC Levadia 1–0 1–2
Rangers Skozja 3–0 Montenegro Zeta 2–0 1–0
Debrecen Ungerija 0–1 Żvezja Elfsborg 0–1 0–0
Zagłębie Lubin Polonja 1–3 Rumanija Steaua Bucureşti 0–1 1–2
Genk Bjelorussja 2–2 (gbd) Bosnja-Ħerzegovina Sarajevo 1–2 1–0
Ventspils Latvja 0–7 Awstrija Red Bull Salzburg 0–3 0–4
Astana Każakistan 2–10 Norveġja Rosenborg 1–3 1–7
FH Iżlanda 2–4 Bjelorussja BATE 1–3 1–1
Copenhagen Danimarka 2–1 Iżrael Beitar Jerusalem 1–0 1–1 (ħs)
Žilina Slovakkja 0–0 (3–4 p) Repubblika Ċeka Slavia Prague 0–0 0–0 (ħs)
Tampere United Finlandja 2–0 Bulgarija Levski Sofia 1–0 1–0
Domžale Slovenja 2–5 Kroazja Dinamo Zagreb 1–2 1–3
Beşiktaş Turkija 4–0 Moldova Sheriff Tiraspol 1–0 3–0

It-tielet rawnd ta' kwalifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-poloz kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 3 ta' Awwissu 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-14 ta' Awwissu u fil-15 ta' Awwissu, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-28 ta' Awwissu u fid-29 ta' Awwissu 2007. Rebbieħa f'dawn ir-rawnd ikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi, waqt li l-klabbs telliefa daħlu fl-ewwel rawnd tat-Tazza UEFA. Minħabba l-mewt ta' Antonio Puerta, l-ewwel leg ta' Sevilla kontra AEK Athens kienet posposta għat-3 ta' Settembru.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
BATE Bjelorussja 2–4 Rumanija Steaua 2–2 0–2
Tampere United Finlandja 0–5 Norveġja Rosenborg 0–3 0–2
Spartak Moscow Russja 2–2 (3–4 p) Skozja Celtic 1–1 1–1 (ħs)
Werder Bremen Ġermanja 5–3 Kroazja Dinamo Zagreb 2–1 3–2
Red Bull Salzburg Awstrija 2–3 Ukrajna Shakhtar Donetsk 1–0 1–3
Ajax Netherlands 1–3 Repubblika Ċeka Slavia Prague 0–1 1–2
Valencia Spanja 5–1 Żvezja Elfsborg 3–0 2–1
Sarajevo Bosnja-Ħerzegovina 0–4 Ukrajna Dynamo Kyiv 0–1 0–3
Fenerbahçe Turkija 3–0 Bjelorussja Anderlecht 1–0 2–0
Rangers Skozja 1–0 Serbja Red Star Belgrade 1–0 0–0
Toulouse Franza 0–5 Ingilterra Liverpool 0–1 0–4
Benfica Portugall 3–1 Danimarka Copenhagen 2–1 1–0
Lazio Italja 4–2 Rumanija Dinamo Bucharest 1–1 3–1
Sparta Prague Repubblika Ċeka 0–5 Ingilterra Arsenal 0–2 0–3
Zürich Żvizzera 1–3 Turkija Beşiktaş 1–1 0–2
Sevilla Spanja 6–1 Greċja AEK Athens 2–0 4–1

Fażi tal-gruppi

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-poloz itellgħu nhar il-Ħamis, 30 ta' Awwissu 2007 f'Monako. Il-poloz kienu ospitati minn Pedro Pinto u kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Michele Centenaro, il-kap tal-kompetizzjonijiet għall-klabbs tal-UEFA. Il-partiti ntlagħbu bejn it-18 ta' Settembru u it-12 ta' Diċembru 2007.

Kriterji ta' spareġġ

[immodifika | immodifika s-sors]

Skont il-paragrafu 6.05 tar-Regolament tal-UEFA għal dan l-istaġun, jekk żewġ skwadri jew aktar jispiċċaw pari fil-punti fl-aħħar tal-logħob tal-fażi tal-gruppi, jiġu applikati l-kriterji li jmiss biex tiġi stabbilita l-klassifika:

  1. l-akbar numru ta' punti miksbun kontra l-iskwadri fil-kwistjoni fil-fażi tal-gruppi;
  2. l-akbar differenza ta' gowls miksuba kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  3. l-akbar numru ta' gowls skurjati barra mid-dar kontra l-iskwadri fil-kwsitjoni fil-fażi tal-gruppi;
  4. l-akbar differenza ta' gowls fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  5. numru akbar ta' gowls skurjati fil-partiti kollha li ntlagħbu fil-fażi tal-gruppi;
  6. numru akbar ta' punti ta' koëffiċjenti akkumulati mill-iskwadri fil-kwistjoni, kif ukoll mill-assoċjazzjoni, matul il-ħames staġuni ta' qabel
Leġġenda tal-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li għaddew mill-fażi tal-gruppi għall-fażi tal-eliminazzjoni
Timijiet eliminati imma li huma aċċettati għat-Tazza UEFA
Timijiet eliminati mill-kompetizzjonijiet Ewropej għall-istaġun
Tim L R P T GF GK DG Pti
Portugall Porto 6 3 2 1 8 7 +1 11
Ingilterra Liverpool 6 3 1 2 18 5 +13 10
Franza Marseille 6 2 1 3 6 9 −3 7
Turkija Beşiktaş 6 2 0 4 4 15 −11 6
Tim L R P T GF GK DG Pti
Ingilterra Chelsea 6 3 3 0 9 2 +7 12
Ġermanja Schalke 04 6 2 2 2 5 4 +1 8
Norveġja Rosenborg 6 2 1 3 6 10 −4 7
Spanja Valencia 6 1 2 3 2 6 −4 5
Tim L R P T GF GK DG Pti
Spanja Real Madrid 6 3 2 1 13 9 +4 11
Greċja Olympiacos 6 3 2 1 11 7 +4 11
Ġermanja Werder Bremen 6 2 0 4 8 13 −5 6
Italja Lazio 6 1 2 3 8 11 −3 5
Tim L R P T GF GK DG Pti
Italja Milan 6 4 1 1 12 5 +7 13
Skozja Celtic 6 3 0 3 5 6 −1 9
Portugall Benfica 6 2 1 3 5 6 −1 7
Ukrajna Shakhtar Donetsk 6 2 0 4 6 11 −5 6
Tim L R P T GF GK DG Pti
Spanja Barcelona 6 4 2 0 12 3 +9 14
Franza Lyon 6 3 1 2 11 10 +1 10
Skozja Rangers 6 2 1 3 7 9 −2 7
Ġermanja Stuttgart 6 1 0 5 7 15 −8 3
Tim L R P T GF GK DG Pti
Ingilterra Manchester United 6 5 1 0 13 4 +9 16
Italja Roma 6 3 2 1 11 6 +5 11
Portugall Sporting 6 2 1 3 9 8 +1 7
Ukrajna Dynamo Kyiv 6 0 0 6 4 19 −15 0
Tim L R P T GF GK DG Pti
Italja Internazionale 6 5 0 1 12 4 +8 15
Turkija Fenerbahçe 6 3 2 1 8 6 +2 11
Netherlands PSV Eindhoven 6 2 1 3 3 6 −3 7
Russja CSKA Moscow 6 0 1 5 7 14 −7 1
Tim L R P T GF GK DG Pti
Spanja Sevilla 6 5 0 1 14 7 +7 15
Ingilterra Arsenal 6 4 1 1 14 4 +10 13
Repubblika Ċeka Slavia Praha 6 1 2 3 5 16 −11 5
Rumanija Steaua Bucureşti 6 0 1 5 4 10 −6 1

Fażi eliminatorja

[immodifika | immodifika s-sors]

Mill-aħħar sittax li kkwalifikaw għas-semifinali, il-klabbs jilgħabu żewġ logħbiet waħda ġewwa darhom u l-oħra barra minn darhom bl-istess regoli bħal fil-fażi ta' kwalifikazzjoni jiġu applikati. Fl-aħħar sittax, ir-rebbieħa tal-gruppi jilgħabu kontra klabbs li spiċċaw fit-tieni u mhux ma' timijiet li huma mill-istess gruppi jew nazzjon.

Il-poloz tal-ewwel fażi (dik tal-aħħar sittax) kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 21 ta' Diċembru 2007 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Giorgio Marchetti, id-direttur tal-UEFA tal-futbol professjonali.

Il-poloz tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali kienu mtellgħin nhar il-Ġimgħa, 14 ta' Marzu 2008 f'Nyon, l-Iżvizzera. Il-poloz kienu kondotti mis-Segretarju Ġenerali tal-UEFA David Taylor u Rinat Dasayev, l-ambaxxatur tal-finali ta' Moska. Il-kontra tal-fażi tal-aħħar sittax, minn din il-fażi 'l quddiem, it-timijiet jistgħu jiltaqgħu ma' timijiet tal-istess grupp jew tal-istess pajjiż.

  L-aħħar Sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                                         
 Ġermanja Schalke 04 (p) 1 0 1(4)  
 Portugall Porto 0 1 1(1)  
   Ġermanja Schalke 04 0 0 0  
   Spanja Barcelona 1 1 2  
 Skozja Celtic 2 0 2
 Spanja Barcelona 3 1 4  
   Spanja Barcelona 0 0 0  
   Ingilterra Manchester United 0 1 1  
 Italja Roma 2 2 4  
 Spanja Real Madrid 1 1 2  
   Italja Roma 0 0 0
   Ingilterra Manchester United 2 1 3  
 Franza Lyon 1 0 1
 Ingilterra Manchester United 1 1 2  
   Ingilterra Manchester United (p) 1(6)
   Ingilterra Chelsea 1(5)
 Ingilterra Arsenal 0 2 2  
 Italja Milan 0 0 0  
   Ingilterra Arsenal 1 2 3
   Ingilterra Liverpool 1 4 5  
 Italja Liverpool 2 1 3
 Italja Internazionale 0 0 0  
   Ingilterra Liverpool 1 2 3
   Ingilterra Chelsea (ħs) 1 3 4  
 Turkija Fenerbahçe (p) 3 2 5(3)  
 Spanja Sevilla 2 3 5(2)  
   Turkija Fenerbahçe 2 0 2
   Ingilterra Chelsea 1 2 3  
 Greċja Olympiacos 0 0 0
 Ingilterra Chelsea 0 3 3  

L-aħħar sittax

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fid-19 ta' Frar u fl-20 ta' Frar, waqt li t-tieni leg intlagħbu fl-4 ta' Marzu u fil-5 ta' Marzu 2008. Minħabba li Milan u Inter Milan jaqsmu l-istess grawnd, it-tieni leg tal-logħba bejn Inter Milan u Liverpool tmexxiet għall-11 ta' Marzu.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Celtic Skozja 2–4 Spanja Barcelona 2–3 0–1
Lyon Franza 1–2 Ingilterra Manchester United 1–1 0–1
Schalke 04 Ġermanja 1–1 (4–1p) Portugall Porto 1–0 0–1 (ħs)
Liverpool Ingilterra 3–0 Italja Internazionale 2–0 1–0
Roma Italja 4–2 Spanja Real Madrid 2–1 2–1
Arsenal Ingilterra 2–0 Italja Milan 0–0 2–0
Olympiacos Greċja 0–3 Ingilterra Chelsea 0–0 0–3
Fenerbahçe Turkija 5–5 (3–2p) Spanja Sevilla 3–2 2–3 (ħs)

Kwarti tal-finali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fl-1 ta' April u fit-2 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-8 ta' April u fid-9 ta' April 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Arsenal Ingilterra 3–5 Ingilterra Liverpool 1–1 2–4
Roma Italja 0–3 Ingilterra Manchester United 0–2 0–1
Schalke 04 Ġermanja 0–2 Spanja Barcelona 0–1 0–1
Fenerbahçe Turkija 2–3 Ingilterra Chelsea 2–1 0–2

L-ewwel leg tal-partiti kienu ntlagħbu fit-22 ta' April u fit-23 ta' April, waqt li t-tieni leg intlagħbu fit-29 ta' April u fit-30 ta' April 2008.

Tim #1   Agg.   Tim #2   Leg 1     Leg 2  
Liverpool Ingilterra 3–4 Ingilterra Chelsea 1–1 2–3 (ħs)
Barcelona Spanja 0–1 Ingilterra Manchester United 0–0 0–1

Il-finali tal-UEFA Champions League 2008 intlagħbet fil-21 ta' Mejju 2008 fil-Luzhniki Stadium f'Moska, ir-Russja. Il-finali kienet bejn Manchester United u Chelsea, fejn din kienet l-ewwel finali fejn iż-żewġ kontestanti kienu mill-Ingilterra.

United rebħu l-logħba 6-5 bil-penalties wara li l-partita spiċċat pari ta' 1-1. Cristiano Ronaldo fetaħ l-iskor fis-26 minuta, qabel ma' Frank Lampard kiseb il-pari ftit qabel it-tmiem tal-ewwel taqsima. Ryan Giggs daħal bħala sostitut lejn l-aħħar tat-tieni taqsima fejn għamel is-759 apparenza fil-flokk ta' Manchester United, fejn stabilixxa rekord ġdid. Kmieni fil-ħin supplementari, Giggs kellu xutt salvat fuq il-linja minn John Terry. Lejn nofs it-tieni taqsima tal-ħin supplementari, kien hemm konfużjoni sħiħa li kienet tinvolvi lill-biċċa l-kbira tat-22 plejer fuq il-grawnd, u Didier Drogba ġie mkeċċi wara li ta daqqa ta' ħarta lil Nemanja Vidić quddiem ir-referì.

L-iskor baqa' l-istess, u l-partita marret għall-għoti tal-penalties. Chelsea marru fil-vantaġġ fit-tieni rawnd meta Cristiano Ronaldo ra l-penalty salvat minn Petr Čech, fejn ta ċ-ċans lil John Terry li jrebbaħ it-tazza lil Chelsea fil-ħames penalty. Madanakollu, il-kaptan ta' Chelsea x'ħin kien se jagħti żelaq u l-ballun ħabat mal-lasta u mar barra. Ryan Giggs skorja s-sebgħa penalty, qabel ma' Edwin van der Sar salva l-penalty minn Nicolas Anelka biex inkuruna lil Manchester United bħala ċampjins tal-Ewropa għat-tielet darba.

Manchester United irrapreżentaw lill-Ewropa fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs 2008.

21 ta' Mejju 2008
20:45
Manchester United Ingilterra 1 – 1 (ħs) Ingilterra Chelsea Luzhniki Stadium, Moska
Attendenza: 67,310
Referi: Slovakkja Ľuboš Micheľ
Ronaldo Gowl 26' Rapport Lampard Gowl 45'
  Penalties  
  Tévez Skurjat
Carrick Skurjat
Ronaldo Żbaljat
Hargreaves Skurjat
Nani Skurjat
Anderson Skurjat
Giggs Skurjat
6 – 5 Skurjat Ballack
Skurjat Belletti
Skurjat Lampard
Skurjat A. Cole
Żbaljat Terry
Skurjat Kalou
Żbaljat Anelka
 
Rebbieħ tal-UEFA Champions League 2007–08
Ingilterra
Manchester United FC
It-tielet titlu

L-aqwa skorers

[immodifika | immodifika s-sors]

L-aqwa skorers tal-UEFA Champions League 2007–08 (il-fażi tal-gruppi u l-fażi eliminatorja biss) huma:[3]

Poż. Isem Klabbs Gowls Ħin ta' logħob
1 Portugall Cristiano Ronaldo Ingilterra Manchester United 7 1062'
2 Arġentina Lionel Messi Spanja Barcelona 6 756'
Spanja Fernando Torres Ingilterra Liverpool 906'
Kosta tal-Avorju Didier Drogba Ingilterra Chelsea 1072'
Ingilterra Steven Gerrard Ingilterra Liverpool 1145'
4 Netherlands Ryan Babel Ingilterra Liverpool 5 619'
Żvezja Zlatan Ibrahimović Italja Inter Milan 626'
Mali Frédéric Kanouté Spanja Sevilla 715'
Spanja Raúl González Spanja Real Madrid 716'
Brażil Deivid de Souza Turkija Fenerbahçe 844'
Netherlands Dirk Kuyt Ingilterra Liverpool 893'
  1. ^ Bert Kassies (Frar 2007). Il-lista ta' aċċess għat-Tazza taċ-Ċampjins
  2. ^ Shelbourne rebħu l-Football League of Ireland 2006 imma ma applikaw għal liċenzja tal-UEFA biex jieħdu sehem fiċ-Champions League. RTÉ Sport, ed. (20-06-2007). ""Shels relinquish Champions League place"" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ L-aqwa skorers - uefa.com

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]