Il-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012 huwa perjodu ta' logħob bejn l-2010 u l-2011 sabiex jiġi deċiż il-parteċipanti tal-Kampjonati Ewropej 2012, li se ssir fil-Polonja u l-Ukrajna. It-tlugħ tal-poloz saru fis-7 ta' Frar, 2010, fil-Palazz tal-Kultura u Xjenza tal-Varsavja, bil-partiti mistennija li jintlagħbu bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.[1]
Hemm total ta' disa' gruppi, sitta minnhom b'sitt timijiet u t-tlieta l-oħra b'ħamsa. Fi tmiem il-fażi ta' kwalifikazzjoni, it-tim li jispiċċa fl-ewwel post ta' kull grupp jieħu post awtomatiku fil-fażi finali. L-aqwa tim li jispiċċa fit-tieni post jingħata post dirett fil-kompetizzjoni, u t-tmien timijiet l-oħra li jkunu temmew dan il-proċess fit-tieni post jaffrontaw lil xulxin fi play-off ibbażata fuq żewġ logħbiet, sakemm joħorġu l-erba' timijiet l-oħra.
Bħall-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, jekk żewġ timijiet (jew aktar) jispiċċaw l-istess fin-numru ta' punti, il-kriterji segwenti jiġu esegwiti biex jiġi determinat il-pożizzjoni tat-timijiet:[3]
L-iktar numru ta' punti miksuba fil-konfronti kontra t-timijiet fil-kwistjoni
L-iktar differenza ta' gowls fil-konfronti kontra t-timijiet fil-kwistjoni
L-iktar numru ta' gowls skorjati kontra t-timijiet fil-kwistjoni
L-iktar numru ta' gowls skorjati barra minn darhom fil-konfronti kontra t-timijiet fil-kwistjoni
Jekk wara li jiġu applikati l-erba' kriterji imsemmija lil diversi timijiet, żewġ jew iktar timijiet jibqgħu bl-istess pożizzjoni, l-erba' kriterji jerġgħu jiġu applikati sabiex tiġi determinata l-pożizzjoni ta' dawn it-timijiet. Jekk din il-proċedura xorta waħda ma toħroġx deċiżjoni finali, il-kriterji segwenti jiġu esegwiti:
Minħabba li xi gruppi jinvolvu sitt timijiet u oħrajn ħamsa, partiti kontra t-tim klassifikat fis-sitt post f'dawn il-gruppi mhumiex inklużi f'din il-klassifikazzjoni. B'riżultat t'hekk, tmien partiti milgħuba minn kull tim se jintużaw biex jiddeterminaw din il-klassifika.
Il-logħba Italja–Serbja ġet abbandunata wara sitt minuti logħob minħabba inċidenti minn partitarji Serbi.[4] Il-Kumitat Dixxiplinarju tal-UEFA iddeċieda li l-Italja tingħata rebħa ta' 3–0.[5]