Kampjonati Ewropej tal-Futbol
Sport | Futbol |
---|---|
Fundazzjoni | 1960 |
Nru. ta' timijiet |
52 (Kwalifiki) 16 (Finali) |
Reġjun | Ewropa (UEFA) |
Ċampjin attwali | Spanja (3 titli) |
L-aktar rebħiet |
Ġermanja Spanja (3 titli kull wieħed) |
Sit elettroniku | Sit Uffiċjali |
Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol hija l-kompetizzjoni prinċipali tal-futbol għat-timijiet nazzjonali li huma mmexxija mill-UEFA. Din il-kompetizzjoni, li għandha l-istess bażi tat-Tazza tad-Dinja, ilha sejra mill-1960 u ssir kull erba' snin, eżattament bejn it-Tazza tad-Dinja. L-isem oriġinali kien it-Tazza tan-Nazzjonijiet Ewropej, imma fl-1968 tbiddel u sar l-isem bħala mhu illum. Il-kampjonat hu kkunsidrat bħala t-tieni l-aktar avveniment importanti għat-timijiet nazzjonali wara t-Tazza tad-Dinja, alavolja dan il-kampjonat ma jolqotx pajjiżi barra mill-Ewropa. Ir-rebbieħa tal-kampjonat jingħataw l-opportunità li jikkompetu fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet, imma mhumiex obbligati.[1]
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]L-idea ta' kampjonat tal-futbol Ewropew kienet għall-ewwel propost minn Henri Delaunay mill-federazzjoni tal-futbol Franċiża fl-1927, imma din l-idea ġiet fis-seħħ fl-1958. Bħala tfikira għal Delaunay, it-trofew li jingħata liċ-ċampjins hu msemmi għal warajh. L-edizzjoni tal-1960 li saret fi Franza, kellha 4 timijiet jikkompetu fil-fażi finali minn total ta' sbatax-il tim li daħlu fil-kompetizzjoni. Din kienet mirbuħa mill-Unjoni Sovjetika 2-1 fuq l-Jugożlavja, f'finali intensa f'Pariġi. Spanja irtirat mill-partita tal-kwarti tal-finali kontra l-Unjoni Sovjetika minħabba raġunijiet politiċi. Mis-sbatax-il tim li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, fost l-iktar timijiet prominenti li kienu assenti kienu l-Ġermanja tal-Punent u l-Italja. Spanja organizzat l-edizzjoni ta' wara tal-1964, li ra żieda ta' parteċipanti fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'numru ta' 29 nazzjon; madanakollu, il-Greċja rtirat minħabba li kellha tilgħab kontra l-Albanija, u dawn kienu għadhom fi gwerra kontra xulxin. L-ospiti rnexxielhom jegħlbu lid-detenturi tat-tazza, l-Unjoni Sovjetika, 2-1 fis-Santiago Bernabéu ta' Madrid.
Il-format tal-kampjonat baqa' l-istess għall-edizzjoni tal-1968. L-Italja kienu l-ospiti tal-edizzjoni kif ukoll iċ-ċampjins. Għall-ewwel u l-aħħar darba partita kienet deċiża permezz tat-tfigħ tal-munita (is-semi-finali kontra l-Unjoni Sovjetika) u l-finali marret f'replay, wara li l-partita kontra l-Jugożlavja spiċċat 1-1. Italy rebħu r-replay 2-0. Aktar timijiet daħlu fil-kampjonat (31), li kien juri l-popularità li bdiet tgawdi din il-kompetizzjoni. Il-Belġu ospitaw l-edizzjoni tal-1972, fejn il-Ġermanja tal-Punent rebħu lill-Unjoni Sovjetika 3-0 fil-finali fi Brussell. It-tim Ġermaniż kien karaterizzat mill-plejers li sussegwentament rebħu t-Tazza tad-Dinja 1974. Il-kampjonat tal-1976 kien l-aħħar wieħed fejn erba' timijiet biss kienu jikkwalifikaw għall-fażi finali, u l-aħħar wieħed fejn l-ospiti kienu jikkwalifikaw awtomatikament; fil-finali ċ-Ċekoslovakkja rebħu lill-Ġermanja tal-Punent permezz tal-għoti tal-penalties.
Tmien timijiet ħadu sehem fl-edizzjoni ta' wara ospitata mill-Italja. Dan kien jinvolvi fażi tal-gruppi, bir-rebbieħa tal-gruppi jikkwalifikaw għall-finali, u t-timijiet fit-tieni post jikkwalifikaw għall-partita tat-tielet post. Il-Ġermanja tal-Punent rebħu t-tieni titlu tagħhom billi rebħu 2-1 lill-Belġju fi Stadio Olimpico ta' Ruma. Franza rebħu l-edizzjoni tal-1984, bil-kaptan tagħhom Michel Platini jiskorja 9 gowls f'5 partiti biss, fosthom il-gowl tal-ftuħ fil-finali, fejn rebħu lil Spanja 2-0. Il-format tbiddel ukoll, bl-aqwa żewġ timijiet f'kull grupp jikkwalifikaw għall-fażi tas-semi-finali, minflok li r-rebbieħ jikkwalifika direttament għall-finali. Il-partita għat-tielet post kienet ġiet abolita.
Fl-Euro 1988, li saret fil-Ġermanja tal-Punent, l-Olanda rebħu lill-ospiti — u rivali tradizzjonali — 2-1 fis-semi-finali. L-Olanda komplew fil-kompetizzjoni sakemm rebħuha, meta għelbu lill-Unjoni Sovjetika 2-0 fi Stadju Olimpiku, fejn din il-finali tibqa' waħda mill-iktar imfakkra hekk kif Marco van Basten skorja wieħed mill-iżjed gowls memorabbli fl-istorja tal-futbol, meta skorja l-gowl permezz ta' xutt bid-dawra fin-naħa leminija tal-kaxxa. Il-Kampjonati Ewropej 1992 saru fl-Iżvezja, u kienet mirbuħa mid-Danimarka — sorpriża kbira meta wieħed għandu jkun jaf li d-Danimarka daħlu fil-kampjonat bħala s-sostitut tal-Jugożlavja li rtiraw minħabba l-gwerer Jugożlavi. Madanakollu, huma wettqu sorpriża, meta rebħu liċ-ċampjins tad-dinja tal-Ġermanja 2-0, wara li kienu għadhom kemm rebħu lid-detenturi tat-trofew, l-Olanda, permezz tal-penalties fis-semi-finali. Din kienet l-ewwel darba li il-Ġermanja lagħbet bħala nazzjon unifikat u kif ukoll l-ewwel darba li kampjonat maġġuri kellu l-ismijiet tal-plejers imniżżlin fuq id-dahar tal-flokkijiet tal-istess plejers.
L-Euro 1996, li sar fl-Ingilterra, ra n-numru ta' timijiet jirdoppjaw għal 16. L-ospiti sfaw eliminati mill-Ġermanja bil-penalties, wara li kienu tilfu fit-Tazza tad-Dinja 1990 kontra l-istess Ġermanja. Dan tal-aħħar kompla fil-kompetizzjoni biex rebaħ 2-1 kontra r-Repubblika Ċeka, grazzi għall-ewwel gowl tad-deheb li sar f'kampjonat maġġuri, skurjat minn Oliver Bierhoff. Dan kien l-ewwel titlu tal-Ġermanja bħala nazzjon wieħed. L-edizzjoni tas-sena 2000 kien l-ewwel kampjonat li sar f'żewġ pajjiżi, l-Olanda u l-Belġju. Iċ-ċampjins tad-dinja ta' Franza kienu favoriti li jirbħu, u rnexxielhom jagħmlu dan meta rebħu lill-Italja 2-1 wara l-ħin supplementari, wara li kienu minn taħt 1-0: Sylvain Wiltord kiseb il-pari fl-aħħar minuta tal-partita u David Trezegeut skorja l-gowl tar-rebħa. Bħal fl-1992, l-Euro 2004 ġab diżappunt hekk kif il-Greċja, li qabel kienu kkwalifikaw biss għal edizzjoni waħda tat-Tazza tad-Dinja (1994) u edizzjoni waħda tal-Kampjonati Ewropej (1980), rebħu lill-ospiti tal-Portugall 1-0 f'finali drammatika (wara li kienu rebħulhom ukoll fil-partita tal-ftuħ) biex rebħu l-kampjonat b'sorpriża kbira. Fit-triq għall-finali huma rnexxielhom jirbħu lid-detenturi tat-tazza, Franza, kif ukoll lir-Repubblika Ċeka b'gowl tal-fidda, regola li ħadet post il-gowl tad-deheb fl-2003, qabel ma kienet abolita ftit wara l-kampjonat.
L-edizzjoni tal-2008, ospitata mill-Awstrija u l-Isvizzera hi t-tieni darba li żewġ nazzjonijiet ospitaw edizzjoni waħda. Din bdiet fis-7 ta' Ġunju u spiċċat fid-29 ta' Ġunju. Il-finali saret bejn il-Ġermanja u Spanja fl-Ernst Happel Stadion ta' Vjenna, u l-Ispanjoli ttrijonfaw għat-tieni darba f'din il-kompetizzjoni b'rebħa ta' 1-0.
Trofew
[immodifika | immodifika s-sors]It-Trofew Henri Delaunay, li hu mogħti lit-tim rebbieħ tal-Kampjonat Ewropew, huwa taħt l-isem ta' Henri Delaunay li kien l-ewwel Segretarju Ġenerali tal-UEFA u li ħareġ bl-idea tal-Kampjonat Ewropew, imma laħaq miet ħames snin qabel l-ewwel edizzjoni. It-tifel tiegħu Pierre Delaunay kien il-persuna li ħa ħsieb biex jagħmel it-trofew.[2] Mill-ewwel kampjonat it-trofew kien ġie mogħti lit-tim rebbieħ biex iżommu sal-kampjonat ta' wara.
Għall-kampjonat tal-2008, it-trofew kien daqxejn mibdul, hekk kif issa sar ikbar. It-trofew, li hu magħmula mill-fidda sterlina, issa jiżen 8 kilogrammi u hu twil 60 ċm. Il-figura żgħira li kienet tidher fuq wara tat-trofew oriġinali ġiet imneħħija. Il-bażi tat-trofew kellu jiġi mkabbar biex ikun aktar stabbli. L-ismijiet tal-pajjiżi rebbieħa nkitbu fin-naħa ta' wara tat-trofew.[3] [4]
Format
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kompetizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Qabel l-1980, erba' timijiet biss setgħu jikkwalifikaw għall-kampjonat. Mill-1980 in-numru kiber għal tmienja waqt li fl-1996 il-kampjonat espanda biex minn dak iż-żmien sa issa, jilqa' sittax-il pajjiż. It-timijiet li jikkwalifikaw jiġu magħżula minn serje ta' logħob ta' kwalifikazzjoni: fl-1960 u fl-1964 permezz ta' play-off li tintlagħab ġewwa u barra il-pajjiż tat-timijiet; fl-1968 kemm permezz ta' play-offs u gruppi ta' kwalifikazzjoni.
Wara l-espansjoni tal-kampjonat finali mill-1980, il-pajjiż (jew pajjiżi) li jintagħżlu biex jospitaw il-kompetizzjoni kienu jikkwalifikaw awtomatikament. Iċ-ċampjin qatt ma kien ingħata post awtomatiku fil-fażi finali.
Il-futur
[immodifika | immodifika s-sors]Edizzjonijiet futuri
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar it-18 ta' April 2007, il-Polonja u l-Ukrajna ġew magħżula bħala l-ospiti tal-kompetizzjoni tas-sena 2012. Huma għelbu l-kompetizzjoni tal-favorita l-Italja, u l-Kroazja u l-Ungerija li ngħaqdu flimkien. Fl-2010, il-UEFA tiddeċiedi liema pajjiż se jospita l-Kampjonati Ewropej 2016. L-Iżvezja u n-Norveġja qed jippjanaw li jingħaqdu flimkien biex jospitaw flimkien il-kompetizzjoni, kif ukoll il-Galles, l-Irlanda u l-Iskozja. Is-sottomissjonijiet iridu jintbagħtu sal-2008.
Kemm il-Bulgarija u r-Rumanija[5] u r-Repubblika Ċeka u l-Islovakkja[6] qed jikkonsidraw jospitawx l-edizzjoni tal-2020.
Espansjoni għal 24 tim
[immodifika | immodifika s-sors]Hemm diskussjoni dwar jekk n-numru ta' pajjiżi li jikkwalifikaw għall-fażi finali jikber minn sittax għal erbgħa u għoxrin, minħabba n-numru ta' pajjiżi li ħarġu wara l-firda taċ-Ċekoslovakkja, il-Jugożlavja u l-Unjoni Sovjetika. Il-president attwali Michel Platini qabel mal-idea imma l-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA formalment ċaħad l-idea ta' espansjoni fl-2012.[1]
Riżultati
[immodifika | immodifika s-sors]- Leġġenda:
- ħs - ħin supplementari
- pen - għoti tal-penalties
- gd - gowl tad-deheb
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Rebbieħa u finalisti
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | Titli | Finalista telliefa |
---|---|---|
Ġermanja^ | 3 (1972, 1980, 1996) | 3 (1976, 1992, 2008) |
Spanja | 3 (1964*, 2008, 2012) | 1 (1984) |
Franza | 2 (1984*, 2000) | - |
Russja‡ | 1 (1960) | 3 (1964, 1972, 1988) |
Repubblika Ċeka† | 1 (1976) | 1 (1996) |
Italja | 1 (1968*) | 2 (2000, 2012) |
Netherlands | 1 (1988) | - |
Danimarka | 1 (1992) | - |
Greċja | 1 (2004) | - |
Jugożlavja | - | 2 (1960, 1968) |
Belġju | - | 1 (1980) |
Portugall | - | 1 (2004*) |
- * = ospiti
- ^ = tinkludi riżultati bħala Ġermanja tal-Punent sal-1988
- ‡ = tinkludi riżultati bħala ċ-Ċekoslovakkja sal-1992[7]
- ~ = tinkludi riżultati bħala l-Unjoni Sovjetika sal-1988, u l-Komunità tal-Istati Indipendenti fl-1992[8]
Prestazzjoni min-nazzjonijiet ospiti
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Nazzjon ospitu | Fażi |
---|---|---|
1960 | Franza | Raba' post |
1964 | [[Stampa:{{{flag alias-1939}}}|22x20px|border |ħolqa=]] Spanja | Rebbieħa |
1968 | Italja | Rebbieħa |
1972 | Belġju | Tielet post |
1976 | Jugożlavja | Raba' post |
1980 | Italja | Raba' post |
1984 | Franza | Rebbieħa |
1988 | Ġermanja tal-Punent | Semifinali |
1992 | Żvezja | Semifinali |
1996 | Ingilterra | Semifinali |
2000 | Netherlands Belġju |
Semifinali Fażi tal-gruppi |
2004 | Portugall | Finalista tellief |
2008 | Awstrija Żvizzera |
Fażi tal-gruppi Fażi tal-gruppi |
2012 | Polonja Ukrajna |
Fażi tal-gruppi Fażi tal-gruppi |
L-aqwa skorers (ta' kull żmien)
[immodifika | immodifika s-sors]Plejer | Gowls |
---|---|
Michel Platini | 9 |
Alan Shearer | 7 |
Thierry Henry Patrick Kluivert Ruud van Nistelrooy Nuno Gomes |
6 |
Zinédine Zidane Jürgen Klinsmann Milan Baroš Marco van Basten Savo Milošević |
5 |
L-aqwa skorers (ta' kull edizzjoni)
[immodifika | immodifika s-sors]Sena | Plejer | Gowls |
---|---|---|
1960 | François Heutte Valentin Ivanov Viktor Ponedelnik Milan Galić Dražan Jerković |
2 |
1964 | Jesús María Pereda Ferenc Bene Dezső Novák |
2 |
1968 | Dragan Džajić | 2 |
1972 | Gerd Müller | 4 |
1976 | Dieter Müller | 4 |
1980 | Klaus Allofs | 3 |
1984 | Michel Platini | 9 |
1988 | Marco van Basten | 5 |
1992 | Henrik Larsen Karlheinz Riedle Dennis Bergkamp Tomas Brolin |
3 |
1996 | Alan Shearer | 5 |
2000 | Patrick Kluivert Savo Milošević |
5 |
2004 | Milan Baroš | 5 |
2008 | David Villa | 4 |
2012 | Mario Mandžukić Mario Gómez Mario Balotelli Cristiano Ronaldo Alan Dzagoev Fernando Torres |
3 |
Tripletti
[immodifika | immodifika s-sors]Tripletta issir meta plejer jiskorja tliet gowls jew aktar f'partita waħda. Imniżżla f'ordni kronoloġiku.
Plejer | Riżultat | Gowls | Edizzjoni |
---|---|---|---|
Dieter Müller | 4–2 | 82', 115', 119' | 1976 |
Klaus Allofs | 3–2 | 20', 60', 65' | 1980 |
Michel Platini | 5–0 | 4', 74', 89' | 1984 |
Michel Platini | 3–2 | 59', 62', 77' | 1984 |
Marco van Basten | 3–1 | 44', 71', 75' | 1988 |
Sérgio Conceição | 3–0 | 35', 54', 71' | 2000 |
Patrick Kluivert | 6–1 | 24', 38', 54' | 2000 |
David Villa | 4–1 | 20', 44', 75' | 2008 |
L-aktar edizzjonijiet parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]App. | Plejer | Edizzjonijiet |
---|---|---|
4 | Lothar Matthäus | 1980, 1984, 1988, 2000 |
4 | Peter Schmeichel | 1988, 1992, 1996, 2000 |
4 | Aron Winter | 1988, 1992, 1996, 2000 |
4 | Lilian Thuram | 1996, 2000, 2004, 2008 |
4 | Edwin van der Sar | 1996, 2000, 2004, 2008 |
4 | Alessandro Del Piero | 1996, 2000, 2004, 2008 |
Nazzjonijiet parteċipanti
[immodifika | immodifika s-sors]
10 darbiet 9 darbiet 8 darbiet 7 darbiet 5 darbiet 4 darbiet |
3 darbiet darbtejn darba |
1:Tinkludi 5 apparenzi bħal Ġermanja tal-Punent
2:Tinkludi 6 apparenzi bħala l-Unjoni Sovjetika u 1 bħala l-Komunità tal-Istati Indipendenti
3:Tinkludi 3 apparenzi bħala ċ-Ċekoslovakkja
Statisika ġenerali
[immodifika | immodifika s-sors]Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Ġermanja tal-Punent (1960-1988) Ġermanja (mill-1992) |
38 | 19 | 10 | 9 | 55 | 39 | +16 |
Netherlands | 32 | 17 | 8 | 7 | 55 | 32 | +23 |
Franza | 28 | 14 | 7 | 7 | 46 | 34 | +12 |
Spanja | 30 | 13 | 9 | 8 | 38 | 31 | +7 |
Portugall | 23 | 12 | 4 | 7 | 34 | 22 | +12 |
Italja | 27 | 11 | 12 | 4 | 27 | 18 | +9 |
Ċekoslovakkja (1960-1980) Repubblika Ċeka (mill-1996) |
25 | 11 | 5 | 9 | 36 | 32 | +4 |
Unjoni Sovjetika (1960-1988) CIS (1992) Russja (mill-1996) |
27 | 11 | 5 | 11 | 31 | 36 | −5 |
Ingilterra | 23 | 7 | 7 | 9 | 31 | 28 | +3 |
Danimarka | 24 | 6 | 6 | 12 | 26 | 38 | −12 |
Kroazja | 11 | 5 | 3 | 3 | 14 | 13 | +1 |
Żvezja | 14 | 4 | 5 | 5 | 19 | 16 | +3 |
Greċja | 12 | 4 | 2 | 6 | 9 | 13 | −4 |
Belġju | 12 | 4 | 2 | 6 | 13 | 20 | −7 |
Turkija | 12 | 3 | 2 | 7 | 11 | 18 | −7 |
Jugożlavja (1960-1984) Jugożlavja (2000) |
14 | 3 | 2 | 9 | 22 | 39 | −17 |
Skozja | 6 | 2 | 1 | 3 | 4 | 5 | −1 |
Rumanija | 13 | 1 | 4 | 8 | 8 | 17 | −9 |
Żvizzera | 9 | 1 | 2 | 6 | 5 | 13 | −8 |
Irlanda | 3 | 1 | 1 | 1 | 2 | 2 | 0 |
Norveġja | 3 | 1 | 1 | 1 | 1 | 1 | 0 |
Bulgarija | 6 | 1 | 1 | 4 | 4 | 13 | −9 |
Ungerija | 4 | 1 | 0 | 3 | 5 | 6 | −1 |
Slovenja | 3 | 0 | 2 | 1 | 4 | 5 | −1 |
Awstrija | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 3 | −2 |
Polonja | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 4 | −3 |
Latvja | 3 | 0 | 1 | 2 | 1 | 5 | −4 |
L-aħħar aġġornament: 20 ta' Mejju 2013.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ http://www.fifa.com/aboutfifa/federation/releases/newsid=95756.html
- ^ Michael Harold, 'You won't find a superior trophy' (Ingliż), UEFA.com, 27 ta' Jannar 2006
- ^ New trophy for UEFA EURO 2008 (Ingliż), UEFA.com, 23 ta' Jannar 2007
- ^ euro2008.uefa.com - Home Page (Ingliż)
- ^ Bulgaria, Romania discussing joint Euro 2020 bid (Ingliż)
- ^ Euro 2020 - La Tchéco-Slovaquie intéressée (Franċiż)
- ^ http://www.fifa.com/associations/association=rus/index.html
- ^ http://www.fifa.com/associations/association=cze/ranking/gender=m/index.html
- ^ Ma tinkludix il-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewroepj 1992 u l-iskwalifikazzjoni minħabba sanzjonijiet internazzjonali
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Sit uffiċjali fuq uefa.com