Pajjiżi l-Baxxi
In-Netherlands (NL) Nederland |
||||||
---|---|---|---|---|---|---|
Mottu: (FR) "Je maintiendrai" (NL) "Ik zal handhaven" (traduzzjoni: "Jien inżomm") |
||||||
Innu nazzjonali: "Het Wilhelmus" |
||||||
Fejn jinsabu n-Netherlands (aħdar skur)
– fi ħdan l-Unjoni Ewropea (aħdar ċar) fil-kontinent Ewropew (griż skur) |
||||||
Territorji extra-Ewropej tan-Netherlands (aħdar skur)
fil-Karibew
|
||||||
Belt kapitali (u l-ikbar belt) | Amsterdam 52°19′N 05°33′E / 52.317°N 5.55°E
| |||||
Lingwi uffiċjali | Olandiż | |||||
Gruppi etniċi | ara Demografija | |||||
Gvern | Monarkija parlamentari | |||||
- | Re | Willem-Alexander | ||||
- | Prim Ministru | Mark Rutte | ||||
Indipendenza | ||||||
- | Mill-Imperu tal-Asburgi wara l-Gwerra tat-Tmenin Sena min-Netherlands | 26 ta' Lulju, 1581 (rikonoxximent fit-30 ta' Jannar 1648) | ||||
Sħubija fl-UE | 25 ta' Marzu, 19572 | |||||
Erja | ||||||
- | Total | 41,848 km2 (135) 16,158 mil kwadru |
||||
- | Ilma (%) | 18.41 | ||||
Popolazzjoni | ||||||
- | ċensiment tal-2016 (stima) | 17,016,967 (65) | ||||
- | Densità | 409.6/km2 1,040/mili kwadri |
||||
PGD (PSX) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $676.895 biljun[1] | ||||
- | Per capita | $40,764[1] | ||||
PGD (nominali) | stima tal-2010 | |||||
- | Total | $783.293 biljun[1] | ||||
- | Per capita | $47,172[1] | ||||
Valuta | Ewro (€)1 (EUR ) |
|||||
Żona tal-ħin | CET (UTC+1) | |||||
Kodiċi telefoniku | 31 | |||||
TLD tal-internet | .nl3 | |||||
1 Qabel l-1999: Fjorin Olandiż 2Membru fundatur.3 Ukoll .eu, li hi maqsuma flimkien mal-istati membri l-oħra tal-Unjoni Ewropea |
L-Olanda, Netherlands, jew il-Pajjiżi l-Baxxi[2] (bl-Olandiż: Nederland) huma pajjiż fl-Ewropa. Aktar minn 17-il miljun ruħ jgħixu fih. Fit-Tramuntana u fil-Punent tan-Netherlands jinsab il-Baħar tat-Tramuntana. Lejn il-Lvant hemm il-Ġermanja u fin-Nofsinhar hemm il-Belġju. In-Netherlands huma wieħed mill-pajjiżi fundaturi tal-Unjoni Ewropea. In-nies li jgħixu fin-Netherlands jissejħu "Olandiżi". Il-lingwa tan-Netherlands hi wkoll imsejħa Olandiż. Il-belt kapitali ewlenija tan-Netherlands hi Amsterdam. Madankollu, dan mhuwiex il-post fejn il-gvern għandu s-sede tiegħu. Il-Kamra tad-Deputati (bl-Olandiż: "Tweede Kamer") tinsab f'Den Haag.
Etimoloġija
[immodifika | immodifika s-sors]In-Netherlands jew il-Pajjiżi Baxxi jissejħu hekk għax l-art togħla metru wieħed biss 'il fuq mil-livell tal-baħar. Terz tal-art hija taħt il-livell tal-baħar. In-Netherlands huma msejħin ukoll l-Olanda. L-Olanda jew Holland bl-Olandiż kienet żona rikka ħafna fil-parti tal-Punent tan-Netherlands, u b'hekk sar l-iżball. Xi nies li ma jgħixux fil-parti tal-Punent tan-Netherlands jiddejqu meta n-nies isejħu l-pajjiż bħala l-Olanda. Holland tfisser "art bis-siġar" għaliex ir-reġjun ta' Holland kien miksi bil-foresti.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-aħħar tal-Medjuevu, id-Dukat ta' Bourgogne, li issa sar parti minn Franza, kien jiġbor fih sbatax-il reġjun. Dawk iż-żoni kienu jissejħu n-Netherlands. Meta bint Duka iżżewwġet ir-re ta' Spanja, in-Netherlands saru parti minn Spanja. Fis-seklu 16 ħafna mill-Olandiżi saru Protestanti. Ir-re ta' Spanja ma ħax pjaċir u ried l-Olandiżi kollha jkunu Kattoliċi. Iddeċieda li l-Protestanti kollha għandhom jinqatlu. Naturalment il-poplu Olandiż ma għoġbitux din id-deċiżjoni, u fl-1568 bdiet gwerra kontra Spanja. Il-gwerra damet sal-1648, u għalhekk tissejjaħ il-Gwerra ta’ Tmenin Sena. Il-mexxej importanti tal-Olandiżi f'din l-gwerra kien Willem van Oranje imsejjaħ ukoll Guliermu s-Sieket.
Fl-1648, in-Netherlands u Spanja ffirmaw trattat ta' paċi. Il-poplu Olandiż seta' jżomm l-art kollha li kien rebaħ. Il-parti tan-Netherlands li ma kinux rebħu l-Olandiżi baqgħet parti minn Spanja. Aktar tard din il-parti saret il-Belġju.
Meta n-Netherlands saru indipendenti, kienu pajjiż speċjali ħafna. Dak iż-żmien kważi l-pajjiżi kollha tal-Ewropa kienu ggvernati minn re, iżda n-Netherlands ma kinux. In-Netherlands kienu magħmulin minn seba' provinċji, li kienu mmexxija mill-bliet il-kbar. Il-bliet kienu ggvernati mill-muniċipju li kien magħmul minn ċittadini għonja. Flimkien dawn il-provinċji kienu ggvernati minn stadtholder, li għalkemm kellu ħafna qawwa, imqabbel mar-rejiet tal-pajjiżi Ewropej l-oħra kellu ħafna inqas poter. Fis-seklu 17, in-Netherlands kienu l-aktar pajjiż għani u wieħed mill-aktar pajjiżi qawwijin fid-dinja. Għalhekk l-Olandiżi jsejħu s-seklu 17 bħala l-Età tad-Deheb. Huma kellhom artijiet madwar id-dinja. L-art l-aktar importanti kienet l-Indji tal-Lvant, li llum sar l-Indoneżja. L-Olandiżi waqqfu ukoll il-Belt ta' New York, li kienu jsejħulha Amsterdam il-Ġdida. L-Amerikani nattivi kienu jseħu din iż-żona Manhattan u fl-1628 huma bigħuha lill-Olandiżi għal 60 Gilder. In-Netherlands ġġieldu ħafna gwerer kontra pajjiżi oħra Ewropej, speċjalment kontra l-Ingilterra. Michiel de Ruyter, ammirall Olandiż, sar eroj Olandiż meta għeleb il-flotta Ingliża qrib Londra.
Fis-seklu 18, in-Netherlands ftaqru. Ħafna nies ħasbu li dan kien it-tort tal-istadtholders. Ħafna ħasbu li kellhom wisq poter u riedu jeħilsu minnhom. Fl-1789, il-poplu Franċiż neħħa r-re tiegħu. L-armati Franċiżi attakkaw pajjiżi oħra biex ineħħu l-mexxejja tagħhom ukoll. Fl-1795 dawn attakkaw in-Netherlands. L-istadtholder Guliermu V kellu jaħrab lejn l-Ingilterra. In-Netherlands ingħataw isem ġdid, ir-Repubblika Batavjana, u saru demokrazija. Iżda l-Franċiżi ma kinux kuntenti bil-mexxej Olandiż, u allura fl-1806 l-imperatur Franċiż Napuljun għamel lil ħuh Louis Bonaparte re tan-Netherlands. Louis sar popolari fin-Netherlands, iżda l-imperatur għal darb'oħra ma kienx kuntent bih, u minħabba dan fl-1810 in-Netherlands saru parti minn Franza.
Fl-1815, Napuljun ġie megħlub, u n-Netherlands reġgħu saru indipendenti. Il-mexxejja tal-pajjiżi Ewropej ħasbu li kienet idea tajba li jagħmlu n-Netherlands aktar b'saħħithom, biex ikunu kapaċi jirreżistu invażjoni oħra Franċiża. Għalhekk il-Belġju u l-Lussemburgu ġew miżjuda man-Netherlands. Ir-re Guliermu, bin l-istadtholder Guliermu V, sar re. Il-Belġjani ma kinux kuntenti bir-re Olandiż u fl-1830 dawn irribellaw. Guliermu bagħat armata u inizjalment il-qawwa tiegħu kienet aqwa ħafna mill-Belġjani, iżda wara għaxart ijiem il-Franċiżi bagħtu armata biex jgħinuhom. Fl-1831, il-Belġjani għażlu re għalihom, u l-Belġju sar pajjiż indipendenti.
Xi nies ħasbu li r-re Olandiż kellu wisq poter. Riedu li jagħtuh inqas qawwa u jivvutaw għall-gvern huma infushom. Fl-1848, kien hemm irvelli vjolenti kontra r-rejiet ta' bosta pajjiżi Ewropej. Ir-re Olandiż beża' li ħa jiġri l-istess fin-Netherlands. Għalhekk ħalla lil Johan Rudolf Thorbecke jikteb kostituzzjoni. Minn dak iż-żmien in-nies setgħu jivvutaw. Għall-ewwel l-irġiel għonja biss setgħu jivvutaw. Mill-1919, kulħadd seta' jivvota.
Fl-Ewwel Gwerra Dinjija, in-Netherlands ma ħadux sehem fi gwerer. L-Olandiżi riedu jibqgħu newtrali fit-Tieni Gwerra Dinja wkoll, imma fl-1940 il-pajjiż ġie invadut u okkupat mill-Ġermanja. Bħal fil-pajjiżi l-oħra li kienu okkupaw, il-Ġermaniżi bdew joqtlu l-Lhud. Anne Frank kienet tifla Lhudija li għexet fin-Netherlands. Hija mietet f' kamp ta' konċentrament Ġermaniż. Meta hi u l-familja tagħha kienu qed jistaħbew mill-Ġermaniżi, kitbet djarju. Wara l-gwerra d-djarju tagħha sar famuż ħafna. Fl-1944, l-armata Amerikana, Kanadiża, Pollakka u Brittanika lliberat in-Nofsinhar tan-Netherlands mill-Ġermaniżi. Riedu jaqsmu x-xmara Renu sabiex jilliberaw il-bqija tal-pajjiż, iżda ġew megħluba mill-Ġermaniżi. Ħa sa Mejju 1945 qabel ma l-pajjiż kollu ġie lliberat. Matul il-ħames snin tal-okkupazzjoni Ġermaniża, mietu 250,000 ruħ fin-Netherlands.
Ftit wara l-gwerra, l-Indoneżja ddikjarat l-indipendenza. L-Olandiżi bagħtu s-suldati l-Indoneżja. Matul il-gwerra l-Olandiż irrealizzaw kif iħossuhom dawk li jkunu okkupati minn pajjiż ieħor, għalhekk xi nies ħasbu li l-Olandiżi ma kellhomx jagħmlu l-istess lill-Indoneżjani. Wara, pajjiżi oħra inklużi l-Istati Uniti, qalu lill-Olandiżi biex jitilqu mill-Indoneżja, xi ħaġa li finalment ġrat fl-1949.
Wara l-gwerra, in-Netherlands saru wieħed mill-iktar pajjiżi għonja fid-dinja. Fl-2004, il-Ġnus Magħquda qalu li n-Netherlands kienu l-ħames l-aħjar pajjiż biex wieħed jgħix fih.
Politika
[immodifika | immodifika s-sors]In-Netherlands huma monarkija kostituzzjonali. Dan ifisser li l-pajjiż għandu re jew reġina, iżda l-veru poter hu f'idejn il-parlament, magħżul mill-poplu Olandiż. In-nies Olandiżi kollha li għandhom 18-il sena jew aktar jistgħu jivvutaw. Issir elezzjoni kull erba' snin. Wara l-elezzjonijiet, il-partiti li jġibu l-maġġoranza tal-voti joħolqu kabinett. Il-kabinett jikkonsisti minn Prim Ministru u bosta ministri.
Dawn li ġejjin huma l-partiti politiċi fil-parlament:
- CDA, l-Appell Nisrani-Demokratiku. Is-CDA huwa r-raba' l-ikbar partit. Il-membri tas-CDA huma fil-parti l-kbira Insara. Il-Prim Ministru ta' qabel, Jan Peter Balkenende, huwa membru tas-CDA.
- PvdA, il-Partit tal-Ħaddiema. Il-PvdA huwa partit Soċjal-Demokratiku. Hu t-tieni l-akbar partit.
- VVD, il-Partit Popolari għal-Libertà u d-Demokrazija. Il-VVD hu partit liberali u l-akbar partit. Il-Prim Ministru li hemm issa, Mark Rutte hu membru tal-VVD.
- SP, il-Partit Soċjalista. L-SP kien partit Komunista, iżda issa hu partit soċjalista.
- GroenLinks, ix-Xellug Ħadrani. GroenLinks huwa parit soċjal-demokratiku li jagħti attenzjoni speċjali lill-ambjent.
- D66, id-Demokratiċi 66. Id-D66 twaqqaf fl-1966. Bħall-VVD, hu partit liberali iżda d-D66 hu aktar progressiv mill-VVD.
- ChristenUnie, l-Unjoni Nisranija. ChristenUnie hu partit Nisrani.
- PVV, il-Partit għal-Libertà. Dan huwa partit konservattiv ħafna tal-Lemin u t-tielet l-akbar partit.
- Partij voor de Dieren, il-Partit għall-Annimali. Huwa partit għad-drittijiet tal-annimali.
- PST. Il-PST hu partit Nisrani konservattiv ħafna.
In-Netherlands huma magħrufin għat-tolleranza fil-politika. In-Netherlands huma pajjiż fejn id-drogi ħfief mhumiex kompletament meqjusin illegali. Barra minn hekk, in-Netherlands huma wieħed mill-pajjiżi li jippermettu ż-żwieġ bejn żewġ persuni tal-istess ġeneru, l-ewtanażja u l-prostituzzjoni legali.
Minħabba li huma minn tal-ewwel demokraziji parlamentari, in-Netherlands kienu pajjiż modern sa mit-twaqqif tagħhom. Fost affiljazzjonijiet oħrajn, il-pajjiż huwa membru fundatur tal-Unjoni Ewropea (UE), in-NATO, l-OECD, id-WTO u ffirma wkoll il-Protokoll ta' Kyoto. Flimkien mal-Belġju u mal-Lussemburgu, jagħmlu parti mill-unjoni ekonomika tal-Benelux. Il-pajjiż jilqa' fi ħdanu ħames qrati internazzjonali: il-Qorti Permanenti tal-Arbitraġġ, il-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja, it-Tribunal Kriminali Internazzjonali għall-Eks Jugożlavja, il-Qorti Kriminali Internazzjonali u t-Tribunal Speċjali għal-Libanu. L-ewwel erbgħa jinsabu f'Den Haag bħalma tinsab l-aġenzija tal-intelliġenza kriminali tal-UE, Europol. Għalhekk, li din il-belt ġiet imsejħa "l-kapitali legali tad-dinja".
Provinċji
[immodifika | immodifika s-sors]Fin-Netherlands hemm 12-il provinċja:
|
-
Assen
-
Almere
-
Lelystad
-
Lelystad
-
Lelystad
-
Leeuwarden
-
Leeuwarden
-
Nijmegen
-
Groningen
-
Maastricht
-
Eindhoven
-
Amsterdam
-
Rotterdam
-
Rotterdam fl-1895
-
Enschede
-
Enschede
-
Enschede
-
Enschede
-
Enschede
-
Enschede
-
Enschede
-
Utrecht
-
Utrecht
-
Midelburg
-
Midelburg
-
Den Haag
Hemm ukoll tliet muniċipji speċjali li huma territorji extra-Ewropej tan-Netherlands fil-Karibew:
Minbarra dawn Aruba, Curaçao u Sint Maarten huma wkoll parti mir-Renju tan-Netherlands.
-
Kralendijk, Bonaire
-
Bonaire
-
Openbaar lichaam Saba (Saba)
-
The Bottom, (Saba)
-
Sint Eustatius
-
Oranjestad, Sint Eustatius
Ġeografija
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-fatt, il-biċċa l-kbira tan-Netherlands inħolqu mir-ramel li kaxkru l-ħafna xmajjar li jgħaddu minnha. L-iżjed importanti fosthom huma r-Renu, il-Maas, l-Ijssel u s-Scelt. Ħafna mill-art tan-Netherlands tinsab taħt il-livell tal-baħar. Madankollu, l-Olandiżi nixxfu ħafna lagi u partijiet fejn kien hemm il-baħar biex joħolqu dawk li jgħidulhom polders. Għalhekk għandhom dan il-qawl "Alla ħoloq id-dinja, iżda l-Olandiżi ħolqu n-Netherlands". Minħabba dan, in-Netherlands għandhom art ċatta ħafna. Fix-Xlokk nett tan-Netherlands, f'Limburg, hemm xi għoljiet. Għalhekk, dan ir-reġjun hu attrazzjoni turistika għal ħafna Olandiżi. L-ogħla punt fin-Netherlands, Vaalserberg, huwa 321 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar.
Total tal-Pajjiżi l-Baxxi: 1,053 km, pajjiżi tal-fruntiera (2): il-Belġju 478 km; Ġermanja 575 km. Hemm ukoll 16-il km bejn il-komun Franċiż barra minn xtutna ta' Saint Martin 16-il km u n-nazzjon separat tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi ta' Sint Maarten.
-
Oranjestad, Aruba
-
Oranjestad, Aruba
-
Oranjestad, Land Aruba
-
Willemstad, Land Curaçao/País Kòrsou
-
Willemstad, Land Curaçao/País Kòrsou
-
Willemstad, Land Curaçao/País Kòrsou
-
Willemstad, Land Curaçao/País Kòrsou
-
Philipsburg, Land Sint Maarten/Country of Sint Maarten
-
Philipsburg, Land Sint Maarten/Country of Sint Maarten
-
Philipsburg, Land Sint Maarten/Country of Sint Maarten
-
Sint Maarten
Idrografija
[immodifika | immodifika s-sors]xmajjar
[immodifika | immodifika s-sors]-
Immaġini bis-satellita tad-delta Rhine-Meuse, li turi l-gżira ta' IJsselmonde (9)
-
Il-parti t'isfel tad-delta Rhine–Meuse
-
Inżul ix-xemx fuq l-IJssel f'Deventer
-
Ix-xmara IJssel
-
Ix-xmara Meuse (Vallonju: Moûze) jew Maas; Limburgish: Maos jew Maas) Għandu tul totali ta' 925 km (575 mil).
-
Ix-xmara Nederrijn ("Lower Rhine"; distinta mir-Rhine t'isfel jew Niederrhein aktar 'il fuq) hija l-parti Olandiża tar-Rhine
-
Ix-xmara Nederrijn ("Lower Rhine"; distinta mir-Rhine t'isfel jew Niederrhein aktar 'il fuq) hija l-parti Olandiża tar-Rhine
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara Wall ħdejn Beneden Leeuwen, il-pont: il-Prins Willem Alexanderbrug
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara Waal
-
Ix-xmara IJssel fl-Velp
-
Ix-xmara IJssel bejn Doesburg u Ellecom
-
Ix-xmara IJssel fl-Zutphen
-
Ix-xmara IJssel fl-Deventer
-
Ix-xmara IJssel fl-Zwolle
-
Ix-xmara IJssel fl-Kampen
-
Ix-xmara IJssel
Nies
[immodifika | immodifika s-sors]In-Netherlands huma pajjiż żgħir, imma hemm ħafna nies li jgħixu hemmhekk. Huma wieħed mill-pajjiżi bl-ogħla densità tal-popolazzjoni fid-dinja.
Il-biċċa l-kbira tan-nies fin-Netherlands jitkellmu bl-Olandiż. Fi Friesland madwar 200,000 ruħ jitkellmu l-Friżjan. Xi Olandiżi jitkellmu bid-djaletti. Id-djaletti Sassoni mitkellma fil-parti tal-Grigal tan-Netherlands huma pjuttost simili għad-djaletti Ġermaniżi tan-Nofsinhar.
Skont stħarriġ magħmul fl-2006, 25 % tal-poplu Olandiż huma Nsara u 3 % jemmnu f'xi reliġjon organizzata oħra, bħall-Ġudaiżmu, l-Iżlam jew l-Induiżmu, eċċ., filwaqt li 26 % għandhom twemmin spiritwali mhux marbut ma' reliġjon. L-44 % l-oħra mhumiex reliġjużi.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d Fond Monetarju Internazzjonali [1] data ta' aċċess 6 ta' Mejju 2011
- ^ Bil-Malti hu magħruf ukoll bħala l-Olanda, però l-isem uffiċjali huwa n-Netherlands, ladarba Olanda jirreferi wkoll għal isem ta' reġjun wieħed tal-istess pajjiż.
- ^ a b [2] Regionale Kerncijfers Nederland 2007
- ^ [3] Bevolking per regio naar leeftijd, geslacht en burgerlijke staat 2007