Aqbeż għall-kontentut

Tim nazzjonali tal-futbol tal-Belġju

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Belġju
Assoċjazzjoni Federazzjoni tal-futbol tal-Belġju
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Marc Wilmots
Kaptan Vincent Kompany
Stadju prinċipali Stadju King Baudouin
Kodiċi tal-FIFA BEL
L-ewwel kulur
It-tieni kulur

Il-Belġju għandu storja twila fil-futbol internazzjonali fil-fatt l-ewwel logħba teħodna lura għal l-1 ta' Mejju 1904 fejn kontra Franza spiċċa f'draw ta' 3 bi 3 (Belġju 3 - 3 Franza). L-ikbar rebħa ta' dan it-tim, li hu mlaqqam bħala ir-Rode Duivels (Xjaten Ħomor), għamilha kontra t-tim Afrikan taż-Żambja fejn rebaħ bl-iskor ta' 9 b'xejn (Belġu 9 - 0 Żambja) fl-4 ta' Ġunju 1994, kif ukoll kontra San Marino fit-28 ta' Frar ta' l-2001 fejn il-logħba spiċċat Belġju 10 - 1 San Marino. Fil-bidu ta' l-istorja tiegħu dan it-tim kien tilef logħba ferm kerha kontra t-tim Ingliż tad-dilettanti (Ingilterra tad-dilettanti 11 - 2 Belġju) dan seħħ fis-17 t'April 1909. Il-Belġju jitqies bħala wieħed mit-timijiet il-kbar fl-Ewropa għalhekk daħal kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Kampjonati Ewropej. L-aħjar post li kiseb fit-Tazza tad-Dinja kien fl-1986 fejn kien spiċċa r-raba' (4) post, snin oħra fejn ħa sehem f'dan il-logħob prestiġjuż fil-futbol kienu fl-1930, 1934, 1938, 1954, 1970, 1982, 1990, 1994, 1998 u fl-2002. L-ewwel darba li ħadi sehem fil-Kampjonati Ewropej kien fl-1972, u wara fl-1980, 1984 u fis-sena 2000.

Anki fil-Logħob Olimpiku għamel suċċess għax fl-1900 rebaħ il-midalja tal-Bronż u għoxrin sena wara eżatt fl-1920 rebaħ l-aqwa midalja dik tad-Deheb.

Informazzjoni dwar dan it-tim internazzjonali Belġjan tal-futbol li bħala stadjum jużaw il-King Baudouin Stadium:

Assoċjazzjoni: Union Royale Belge des Sociètès de Football-Association (L-Assoċjazzjoni tal-Futbol Belġjana)

Il-Kowċ Attwali: Marc Wilmots (2012- )

L-Awqa skorers: Paul Van Himst u Bernard Voorhoof (b' 30 gowl)

Il-Kodiċi tal-FIFA: BEL

Ir-Ranking tal-FIFA: 5 post

L-Aħjar Ranking (tul iż-żminijiet): 16-il post (Jannar ta' l-2003)

L-Agħar Ranking (tul iż-żminijiet): 57 post (Lulju ta' l-2006)

Ir-Ranking tal-Elo: 41

Skwadra kurrenti

[immodifika | immodifika s-sors]

Din hi l-iskwadra li ntagħżlet biex taffronta lil Maċedonja fit-22 ta' Marzu 2013.

Gowls u preżenzi aġġornati mit-22 ta' Marzu 2012

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preżenzi Gowls Klabb
1G Simon Mignolet 6 ta' Awwissu 1988 (1988-08-06) (36 sena) 11 0 Ingilterra Sunderland
1G Jean-François Gillet 31 ta' Mejju 1979 (1979-05-31) (45 sena) 9 0 Italja Torino
1G Thibaut Courtois 11 ta' Mejju 1992 (1992-05-11) (32 sena) 8 0 Spanja Atlético Madrid

2D Daniel Van Buyten (viċi-kaptan) 7 ta' Frar 1978 (1978-02-07) (46 sena) 70 10 Ġermanja Bayern Munich
2D Vincent Kompany (kaptan) 10 ta' April 1986 (1986-04-10) (38 sena) 52 4 Ingilterra Manchester City
2D Jan Vertonghen 24 ta' April 1987 (1987-04-24) (37 sena) 46 4 Ingilterra Tottenham Hotspur
2D Thomas Vermaelen (viċi-kaptan) 14 ta' Novembru 1985 (1985-11-14) (38 sena) 41 1 Ingilterra Arsenal
2D Nicolas Lombaerts 20 ta' Marzu 1985 (1985-03-20) (39 sena) 21 2 Russja Zenit Saint Petersburg
2D Toby Alderweireld 2 ta' Marzu 1989 (1989-03-02) (35 sena) 22 0 Netherlands Ajax
2D Guillaume Gillet 9 ta' Marzu 1984 (1984-03-09) (40 sena) 19 1 Belġju Anderlecht
2D Laurent Ciman 5 ta' Awwissu 1985 (1985-08-05) (39 sena) 8 0 Belġju Standard Liège
2D Sébastien Pocognoli 1 ta' Awwissu 1987 (1987-08-01) (37 sena) 8 0 Ġermanja Hannover 96

3M Timmy Simons 11 ta' Diċembru 1976 (1976-12-11) (47 sena) 92 6 Ġermanja Nürnberg
3M Mousa Dembélé 16 ta' Lulju 1987 (1987-07-16) (37 sena) 46 5 Ingilterra Tottenham Hotspur
3M Marouane Fellaini 22 ta' Novembru 1987 (1987-11-22) (36 sena) 39 5 Ingilterra Everton
3M Steven Defour 15 ta' April 1988 (1988-04-15) (36 sena) 37 1 Portugall Porto
3M Axel Witsel 12 ta' Jannar 1989 (1989-01-12) (35 sena) 37 5 Russja Zenit Saint Petersburg
3M Eden Hazard 7 ta' Jannar 1991 (1991-01-07) (33 sena) 35 4 Ingilterra Chelsea
3M Dries Mertens 6 ta' Mejju 1987 (1987-05-06) (37 sena) 17 2 Netherlands PSV
3M Nacer Chadli 2 ta' Ottubru 1989 (1989-10-02) (35 sena) 12 2 Netherlands Twente
3M Kevin De Bruyne 28 ta' Ġunju 1991 (1991-06-28) (33 sena) 10 2 Ġermanja Werder Bremen

4A Kevin Mirallas 5 ta' Ottubru 1987 (1987-10-05) (37 sena) 33 6 Ingilterra Everton
4A Romelu Lukaku 13 ta' Mejju 1993 (1993-05-13) (31 sena) 19 3 Ingilterra West Bromwich Albion
4A Jelle Vossen 23 ta' Marzu 1989 (1989-03-23) (35 sena) 11 2 Belġju Racing Genk
4A Christian Benteke 3 ta' Diċembru 1990 (1990-12-03) (33 sena) 11 4 Ingilterra Aston Villa

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]