Daniel Van Buyten

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Daniel Van Buyten
Daniel Van Buyten.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħDaniel Van Buyten
Twelid7 ta' Frar 1978 (1978-02-07) (43 sena)
Chimay, Belġju
Tul1.96 m
RwolDifensur
Mixtliet
1986–1991JS Froidchapelle
1991–1993Olympic Charleroi
1993–1994UBS Auvelais
1994–1997FC Somzée
1997–1998Charleroi
Karriera professjonali
SninKlabb
1998–1999Charleroi
1999–2001Standard Liège
2001–2004Marseille
2004Manchester City (self)
2004–2006Hamburger SV
2006–2014Bayern Munich
2010–2011Bayern Munich II
Tim nazzjonali
2001–2014Belġju

Daniel Van Buyten (Chimay, 7 ta' Frar 1978) huwa eks-futboler Belġjan li kien jilgħab bħala difensur ċentrali.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Wara li beda l-karriera tiegħu ma' Charleroi ġewwa l-Belġju, aktar tard ingħaqad ma' Standard Liège fejn matul iż-żmien żviluppa bħala wieħed mill-aqwa difensuri fil-kampjonat nazzjonali. Fl-2001, waslet il-qabża l-kbira meta ingħaqad ma' Olympique Marseille ġewwa Franza għal somma ta' 12-il miljun ewro. Ma' dan il-klabb hu kopra l-irwol ta "difensur-attakkant", fejn barra d-daqqiet ta' ras tajbin li kellu, kien jipposjedi xuttijiet qawwijin. Għall-istaġun 2003–04 ġie msellef lill-klabb Ingliż ta' Manchester City, esperjenza li ratu biss jilgħab ħames logħbiet fil-kampjonat.

Fl-2004, hu ngħaqad ma' Hamburg fejn fiż-żewġ staġuni li qatta' mal-klabb irfina r-reputazzjoni tiegħu fil-Bundesliga. Din ir-reputazzjoni attirat lil Bayern Munich, li fl-2006 akkwistawh fejn iffirma kuntratt li kien se jżommu mal-klabb Bavarjan sal-istaġun 2009–10. Minkejja l-kompetizzjoni qawwija li kienet teżisti għal post regulari fl-iskwadra, Van Buyten żviluppa ma' Lúcio koppja difensiva affidabbli, li kienet il-preferuta tal-kowċ Ottmar Hitzfeld. L-ewwel gowl tiegħu wasal fid-9 ta' Diċembru, 2006, hekk kif il-gowl tiegħu issiġilla r-rebħa ta' 2–1 kontra Energie Cottbus. Madanakollu, l-ikbar kontribuzzjoni tiegħu fl-ewwel staġun tiegħu waslet fiċ-Champions League meta nhar it-3 ta' April, 2007, skorja darbtejn (wieħed minnhom fl-aħħar minuta) fl-ewwel leg tal-kwarti tal-finali barra minn darhom kontra Milan.

Fiż-żewġ staġuni li segwew hu sab postu iktar fuq il-bank tas-sostituti. Bit-tluq ta' Lúcio, għall-istaġun 2009–10 il-kowċ Louis van Gaal ta post regulari lil Van Buyten li beda jifforma koppja difensiva ma' Martin Demichelis. Dan l-istaġun kien immarkat bil-finali tal-UEFA Champions League, fejn hu lagħab il-logħba sħiħa minkejja li Bayern ħarġu telliefa.

Fi Frar tal-2010, Bayern Munich ħabbru li Van Buyten iffirma kuntratt ġdid li se jżommu mal-klabb sal-2012.

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Van Buyten issejjaħ għall-ewwel darba mat-tim nazzjonali Belġjan fl-2001 u kien fl-iskwadra magħżula għat-Tazza tad-Dinja 2002.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Hamburger SV
Bayern Munich

Ħajja privata[immodifika | immodifika s-sors]

Missieru, Franz, kien lottatur popolari Belġjan fl-Ewropa bejn l-1960 u l-1980. Ommu, Renate, hija ta' nazzjonalità Ġermaniża.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]