Thomas Vermaelen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Thomas Vermaelen
2015 UEFA Super Cup 39.jpg
Informazzjoni personali
Twelid14 ta' Novembru 1985 (1985-11-14) (35 sena)
Kapellen, Belġju
Tul1.83 m
RwolDifensur ċentrali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliBarcelona
Numru25
Mixtliet
1991–1999Germinal Ekeren
1999–2000Germinal Beerschot
2000–2003Ajax
Karriera professjonali
SninKlabb
2003–2009Ajax
2004–2005RKC Waalwijk (self)
2009–2014Arsenal
2014–Barcelona
2016–2017Roma (self)
Tim nazzjonali
2006–Belġju

Thomas Vermaelen (Kapellen, 14 ta' Novembru 1985) huwa plejer tal-futbol Belġjan li attwalment jinsab jilgħab mat-tim ta' Barcelona bħala difensur. Il-karriera professjonali tiegħu bdiet mal-klabb Olandiż ta' Ajax qabel ma f'Ġunju 2009 ngħaqad mal-Arsenal.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Vermaelen beda l-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu mat-tim ta' Germinal Ekeren, li aktar tard tbiddel l-isem tal-klabb għal Germinal Beerschot wara l-fużjoni.

Fis-sena 2000 ingħaqad mal-akkademja tal-klabb Olandiż ta' Ajax. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-15 ta' Frar 2004, fir-rebħa barra minn darhom ta' 2–0 kontra Volendam. Madanakollu din kienet l-uniku partita tiegħu għal dak l-istaġun, staġun li ra lil Ajax jiġu nkurnati ċampjins Olandiżi. Għall-istaġun 2004–05 ġie msellef lil RKC Waalwijk, fejn għamel tlettax-il dehra u skorja żewġ gowls.

Ir-ritorn tiegħu ma' Ajax, żblokka l-opportunitajiet mal-ewwel tim fejn mal-klabb rebaħ it-Tazza Olandiża. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal sejħa mat-tim nazzjonali Belġjan. Ajax rebħu l-Johan Cruijff Schaal u Tazza Olandiża oħra fl-istaġun ta' wara u fl-2007, reġgħu rebħu għat-tieni sena konsekuttiva t-Tazza Super Olandiża. Bit-tluq ta' Klaas-Jan Huntelaar, Vermaelen kiseb il-faxxa ta' kaptan għall-istaġun 2008–09.

Vermaelen iffirma mal-klabb Ingliż ta' Arsenal nhar id-19 ta' Ġunju 2009, għal somma inizzjali ta' €10 miljum, li tista' titla' sa' €12-il miljun skont l-inċentivi.[1] Fl-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat Ingliż kontra Everton fil-15 ta' Awwissu 2009 hu skorja l-ewwel gowl tiegħu b'permezz ta' daqqa ta' ras minn frikik ta' Robin Van Persie. Nhar is-16 ta' Settembru 2009, Vermaelen sab ix-xibka għall-ewwel darba fiċ-Champions League mal-Arsenal—gowl tal-pari kontroversjali kontra l-klabb Belġjan ta' Standard Liège. Arsenal rebħu dan il-konfront 3–2. Nhar id-19 ta' Settembru 2009, Vermaelen skorja doppjetta fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic ġewwa l-Emirates, u ta' dan ingħata l-unur tal-Plejer tal-Partita. Fi tmiem l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ingilterra hu ġie magħżul fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[2]

Statistika[immodifika | immodifika s-sors]

(aġġornati sal-15 ta' Awwissu 2010)
Klabb Staġun Kampjonat Tazza[3] Ewropa Total
Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists Preż Gowls Assists
Ajax 2003–04 1 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0 0
RKC Waalwijk (self) 2004–05 13 3 0 0 0 0 0 0 0 13 3 0
Ajax 2005–06 29 2 0 0 0 0 5 0 0 34 2 0
2006–07 24 0 0 3 0 0 7 0 0 34 0 0
2007–08 20 1 0 0 0 0 2 0 0 22 1 0
2008–09 31 4 0 0 0 0 9 1 0 40 5 0
Total 118 10 0 3 0 0 23 1 0 144 11 0
Arsenal 2009–10 33 7 1 1 0 0 11 1 1 45 8 2
2010–11 1 0 0 0 0 0 0 0 0 1 0 0
2011–12 29 6 1 4 0 0 7 0 1 40 6 2
2012–13 24 0 0 3 1 0 7 0 0 34 1 0
Total 91 13 3 8 1 0 25 1 2 124 15 5
Total tal-karriera 203 23 3 30 2 0 49 2 2 282 27 5

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Netherlands Ajax
Ingilterra Arsenal
Spanja Barcelona

Individwali[immodifika | immodifika s-sors]

  • Tim tas-Sena tal-Premier League tal-PFA: 2009–10

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Ajax.nl, ed. (19 ta' Ġunju 2009). "Thomas Vermaelen joins Arsenal" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |dataarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |urlarkivju= injorat (għajnuna); Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  2. ^ Daily Mail, ed. (27 ta' April 2010). "Wayne Rooney leads the charge as Manchester United dominate PFA Team of the Year" (bl-Ingliż). Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)
  3. ^ Tinkludi l-FA Cup, il-League Cup u l-FA Community Shield.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]