Klaas-Jan Huntelaar
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Dirk Jan Klaas Huntelaar | ||
Twelid | 12 ta' Awwissu 1983 Voor-Drempt, Netherlands | ||
Tul | 1.86 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Mixtliet | |||
1988–1994 | VV H. en K. | ||
1994–2000 | De Graafschap | ||
2000–2002 | PSV | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2002–2004 | PSV | ||
2003 | → De Graafschap (self) | ||
2003–2004 | → AGOVV (self) | ||
2004–2005 | Heerenveen | ||
2005–2009 | Ajax | ||
2009 | Real Madrid | ||
2009–2010 | Milan | ||
2010–2017 | Schalke 04 | ||
2017–2021 | Ajax | ||
2021 | Schalke 04 | ||
Tim nazzjonali | |||
2004–2006 | Netherlands U-21 | ||
2006–2015 | Netherlands |
Klaas-Jan Huntelaar (twieled fit-12 ta' Awwissu 1983) huwa eks-plejer tal-futbol professjonali Netherlandiż li kien jilgħab bħala attakkant.
Imlaqqam bħala The Hunter,[1] Huntelaar iħaddan teknika tajba u atletiċità,[2] u kapaċi jiskorja kull tip ta' gowls kemm b'rasu u anki b'saqajh. L-istil tiegħu ġie mqabbel ma' dak ta' Marco van Basten[3] u Fernando Morientes.[4]
Il-kowċ veteran tat-tim nazzjonali tal-Olanda, Louis van Gaal, stqarr fuq il-plejer "ġewwa l-kaxxa l-kbira, hu l-aqwa plejer fid-dinja".[1]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bidu tal-karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Huntelaar twieled f'Drempt, raħal fir-reġjun ta' Achterhoek ġewwa l-Olanda, imma familtu marret toqgħod Hummelo meta kellu biss sitt ġimgħat. Fl-età ta' ħames snin, Huntelaar flimkien maż-żewġ ħutu, ingħaqdu mat-tim lokali ta' v.v. H. en K. fejn lagħab magħhom għas-sitt snin ta' wara.
Il-prestazzjonijiet tiegħu laqqtu l-għajn tal-klabb ta' De Graafschap li fis-6 ta' April, 1994, ipperswadewh biex jiffirma l-ewwel kuntratt tiegħu, meta kellu biss ħdax-il sena. Matul l-ewwel sentejn tiegħu ma' De Graafschap, Huntelaar lagħab f'diversi pożizzjonijiet fosthom fuq il-faxxa x-xellugija, bħala midfilder offensiv, difensur xellugi u anki gowlkiper; kien biss fit-tielet sena tiegħu li kabbar il-kredenzjali tiegħu bħala attakkant.
Fl-istaġun 1997–98, Huntelaar, li kellu erbatax-il sena, kien l-attakkant prinċipali tat-tim Ċ ta' De Graafschap fejn f'20 logħba skorja 33 gowl. L-istaġun segwenti rah jiġi promoss mat-tim B1, u fl-istaġun 1999–2000 sar l-aqwa skorer tal-kampjonat B1 b'31 gowl. L-abbilitajiet tiegħu attiraw l-attenzjoni ta' PSV Eindhoven, li sussegwentament kisbu l-firma tiegħu f'Ġunju tas-sena 2000.
Karriera mal-klabbs
[immodifika | immodifika s-sors]PSV
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-ewwel staġun tiegħu ma' PSV, Huntelaar mill-ewwel stabilixxa lilu nnifsu bħala skorer prolifiku mat-tim ġovanili A1 taħt il-kowċ Willy van der Kuijlen, fejn sab ix-xibka 26 darba fi 23 logħba, hekk kif spiċċa wkoll l-aqwa skorer ta' dik is-sezzjoni. Fit-tieni staġun tiegħu ma' PSV, Huntelaar tniżżel mal-ewwel tim immexxi minn Guus Hiddink. Id-debutt tiegħu wasal fit-23 ta' Novembru 2002 fir-rebħa barra minn darhom ta' 3-0 fuq RBC Roosendaal, fejn daħal bħala sostitut għal Mateja Kežman fis-76 minuta.[5] Madanakollu, dan l-istaġun kellu jkun wieħed qares għalih minħabba li din kellha tkun l-unika dehra tiegħu.
De Graafschap
[immodifika | immodifika s-sors]Lejn il-bidu tal-2003 kien jidher ċar li l-opportunitajiet mal-ewwel tim għal Huntelaar kienu se jonqsu,[6][4] u b'hekk ġie msellef lill-klabb preċedenti tiegħu, De Graafschap, fejn hemmhekk kien hemm zijuh li kellu l-irwol ta' direttur finanzjarju.[7] Id-debutt mat-tim tal-kbar ta' De Graafschap wasal fit-8 ta' Frar, 2003, bħala sostitut għal Han van de Haar kontra Roosendaal.[8] L-unika dehra mal-ewwel ħdax waslet fis-16 ta' Frar, 2003, hekk kif De Graafschap sfaw megħluba 5–1 minn SC Heerenveen.[9] L-aħħar preżenza tiegħu waslet fit-telfa tat-tim ta' nhar id-29 ta' Meju, 2003, kontra Zwolle bl-iskor ta' 2–1, li kkonfermat ir-relegazzjoni mill-Eredivisie.[10] Fil-perjodu ta' self għamel disa' dehriet fil-kampjonat, imma ma skorja l-ebda gowl, b'De Graafschap jiddeċiedu li ma jestendux il-perjodu ta' self.[11]
AGOVV
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-bidu tal-istaġun 2003–04, Huntelaar intbagħat għal darb'oħra taħt self mat-tim promoss fl-Eerste Divisie ta' AGOVV immexxi minn Jurrie Koolhof.[12] L-istaġun ta' Huntelaar kien wieħed fenomenali, fejn barra li skorja fid-debutt tiegħu mal-klabb kontra TOP Oss, u tripletta fit-tieni partita tiegħu kontra Heracles Almelo, hu spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer ta' dik id-diviżjoni b'26 gowl f'35 logħba. Fi tmiem l-istaġun ġie magħżul bħala l-Plejer tal-Istaġun tal-Eerste Divisie.
Heerenveen
[immodifika | immodifika s-sors]Fi tmiem il-perjodu ta' self ma' AGOVV, Huntelaar irrifjuta li jiffirma kuntratt ġdid ma' PSV,[13] u minflok ingħaqad ma' Heerenveen għal somma ta' €100,000. Huntelaar beda l-istaġun 2004–05 billi skorja fid-debutt tiegħu ma' Heerenveen fl-Eredivisie kontra AZ, u sal-waqfa tax-xitwa kien diġà wasal sa 10 gowls fi 17-il logħba. L-istaġun intemm b'Huntelaar jiskorja 17-il gowl f'31 logħba, fejn għen lil Heerenveen jikkwalifikaw għat-Tazza UEFA. L-istaġun segwenti tal-2005–06, kompla bl-istess ritmu bħal ta' qablu, u sax-xitwa kien skorja 17-il gowl fi 15-il logħba, u dan wassal biex diversi klabbs kemm mill-Olanda u anke dawk minn barra l-ixtut bdew josservaw lil dan il-plejer. Finalment, Huntelaar iffirma ma' Ajax, il-klabb li kien jappoġġja meta kien għadu żgħir. Heerenveen irċivew is-somma ta' €9 miljun flimkien ma' inċentivi futuri għall-plejer, bi 15 fil-mija (€1.35 miljun) tmur għal PSV,[14] b'riżultat tar-regola ta' kompensazzjoni imposta mill-FIFA.[15]
Ajax
[immodifika | immodifika s-sors]Huntelaar iddebutta ma' Ajax wara l-waqfa xitwija, u skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb kontra l-klabb preċedenti tiegħu, Heerenveen, fit-Tazza Olandiża.[16] Matul ix-xahar ta' Frar, Huntelaar sab ix-xibka disa' darbiet f'seba' partiti għal Ajax, fosthom kontra t-tim Taljan ta' Inter fid-debutt personali fil-kompetizzjoni taċ-Champions League.[17] Huntelaar temm l-istaġun bħala l-aqwa skorer għal Ajax b'16-il gowl f'16-il partita, minkejja li kien għadu kemm ingħaqad magħhom f'Jannar, u spiċċa wkoll bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi 33 gowl staġjonali.[18] F'47 dehra hu skorja total ta' 44 gowl fil-kompetizzjonijiet kollha.
Fis-semifinali tat-Tazza Olandiża, Huntelaar skorja rovexxata biex kiseb il-pari fil-ħin miżjud tal-partita kontra Roda, biex il-partita marret għall-ħin barrani. Ajax rebħu l-konfront 4–1, b'Huntelaar iżid it-tieni gowl personali fil-109 minuta.[19] Fil-finali, kontra PSV, Huntelaar skorja darbtejn biex għen lil Ajax jirbħu din it-tazza 2–1.[20] Huntelaar ingħata l-unur tat-Talent tas-Sena u l-Plejer tas-Sena ta' Ajax għall-2005–06.[21]
Huntelaar ġie nnominat bħala l-viċi-kaptan ta' Ajax għall-istaġun 2006–07.[22] Huntelaar skorja żewġ gowls fil-partita ta' kwalifika għall-UEFA Champions League kontra FC Copenhagen, fejn għen lit-tim jirbaħ l-ewwel leg barra minn daru bl-iskor ta' 2–1. Madanakollu, Ajax tilfu ġewwa darhom it-tieni leg bl-iskor ta' 2–0, u kellhom jikkuntentaw b'post fit-Tazza UEFA. Matul din il-kompetizzjoni, Huntelaar skorja seba' darbiet f'seba' partiti, fosthom fir-rebħa fit-tieni leg tar-rawnd tal-aħħar 32 kontra Werder Bremen, rebħa li ftit swiet minħabba li Ajax inqalgħu barra mill-kompetizzjoni. Fil-kampjonat kellhom jikkuntentaw bit-tieni post, waqt li fit-Tazza Olandiża, Huntelaar skorja erba' gowls f'sitt partiti, fosthom il-gowl tal-pari fil-finali kontra AZ li spiċċat 1–1 wara l-ħin miżjud u dak supplementari. Ajax irnexxielhom iżommu t-tazza f'idejhom meta rebħu 7–8 wara l-għoti tal-penalties, b'Huntelaar jiskorja wieħed minnhom.[23]
Fl-2007–08 Ajax ġew eliminati miċ-Champions League fil-fażi ta' kwalifikazzjoni, b'Huntelaar jitlef penalty fl-ewwel leg kontra Slavia Praha.[24] Lanqas fit-Tazza UEFA ma gawdew minn fortuna hekk kif Dinamo Zagreb ħarġu rebbieħa fil-konfront dirett grazzi għall-gowls barra minn darhom, biż-żewġ gowls ta' Huntelaar ma jkunux biżżejjed biex jiżguraw il-progress f'din il-kompetizzjoni.[25] Fl-ewwel partita tal-istaġun tal-Eredivisie, Huntelaar skorja erba' gowls biex għen lit-tim jirbaħ lit-tim promoss ta' De Graafschap bl-iskor kbir ta' 8–1.[26] Wara l-irtirar ta' Jaap Stam f'Ottubru tal-2007, Huntelaar ingħata l-faxxa ta' kaptan, sakemm jirritorna lura fl-azzjoni l-midfilder esperjenzat Edgar Davids.[27] Fis-6 ta' April, 2008, Huntelaar skorja l-100 gowl tiegħu fil-kampjonat bi tripletta fir-rebħa ta' 4–1 ta' Ajax fuq De Graafschap. Fil-25 sena ta' qabel, kienu biss Dennis Bergkamp u Dirk Kuyt li laħqu dan it-tragward qabel għeluq il-25 sena.[28] Huntelaar għalaq l-istaġun bi 33 gowl f'34 partita, l-aqwa skorer tal-Eredivisie, u l-ewwel plejer ta' Ajax li qatt skorja 30 gowl fi staġun wieħed minn mindu Marco van Basten għamel dan fl-1986–87.[29][30]
Bil-wasla ta' Marco van Basten bħala kowċ ġdid ta' Ajax fil-bidu tal-istaġun 2008–09, Huntelaar ġie msemmi bħala l-kaptan definittiv tat-tim.[31] Huntelaar skorja 9 gowls fi 15-il logħba f'kull kompetizzjoni qabel ma ġibed il-ligamenti ta' irkopptu nhar id-9 ta' Novembru, 2008, waqt partita valida għall-kampjonat kontra Sparta Rotterdam.[32] Ma kellux jilgħab għal aktar minn tmien ġimgħat wara, fejn din kellha tkun l-aħħar partita ma' Ajax.[33]
Real Madrid
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-bidu ta' Diċembru 2008, Real Madrid laħqu qbil ma' Ajax għall-firma ta' Huntelaar fil-bidu tas-sena l-ġdida. Huntelaar ingħaqad ma' Real Madrid f'Jannar tal-2009 għal €20 miljun, somma li tista' titla' sa €27 miljun. Id-debutt tiegħu mal-klabb Madrilen wasal fl-4 ta' Jannar, 2007, fil-partita kontra Villarreal.[34] Hu lagħab 56 minuta tal-partita u għamel erba' dehriet konsekuttivi minn fuq il-bank tas-sostituti, qabel ma fetaħ il-kont tiegħu mat-tim nhar il-15 ta' Frar 2009 fir-rebħa ta' 4–0 kontra Sporting Gijon.[35] Real Madrid kienu lesti li jżidu mal-iskwadra tagħhom għaċ-Champions League 2008–09 liż-żewġ akkwisti l-ġodda, Huntelaar u Lassana Diarra, imma ż-żewġ plejers kienu diġà lagħbu fl-istess staġun fit-Tazza UEFA għal Ajax u Portsmouth rispettivament. Ir-regoli tal-UEFA jimplikaw li wieħed biss mit-tnejn jista' jiġi rreġistrat[36][37] sal-1 ta' Frar 2009, u l-midfilder difensiv Diarra ġie magħżul biex jilgħab fil-kompetizzjoni.[38] Huntelaar temm in-nofs staġun tiegħu ma' Real Madrid bi 8 gowls f'20 dehra.[39]
AC Milan
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar is-6 ta' Awwissu, Milan waslu fi qbil ma' Real Madrid fuq it-trasferiment tal-plejer għal €15-il miljun,[40][41] suġġett għall-eżamijiet mediċi fis-7 ta' Awwissu, 2009. Hu ffirma kuntratt ta' erba' snin mat-tim Minalist.[42] Nhar id-29 ta' Awwissu, Huntelaar idebutta fil-kampjonat mal-Milan bħala sostitut fit-telfa ta' 4–0 kontra r-rivali ta' Inter. Fid-29 ta' Novembru, hu skorja l-ewwel gowls personali fis-Serie A b'permezz ta' doppjetta fil-partita kontra Catania, b'żewġ gowls li waslu fil-ħin miżjud tat-tieni taqsima wara li kien daħal bħala sostitut fl-84 minuta. Il-Milan rebħu din il-logħba grazzi għal dawn il-gowls tiegħu.[43] Minħabba l-forma li kien jinsab fiha Marco Borriello, l-attakkant Olandiż ftit li xejn sab spazju fit-tim. Meta Borriello kien qiegħed isofri minn problemi fiżiċi, ħa din l-opportunità u matul dan iż-żmien skorja numru ta' gowls importanti fosthom doppjetta kontra Udinese (fir-rebħa ta' 3–2) u gowls kontra Fiorentina u Cagliari.
Shalke 04
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-31 ta' Awwissu, il-klabb Ġermaniż ta' Schalke 04 u Milan qabblu li fit-trasferiment ta' Huntelaar għal mat-tim tal-Bundesliga għas-somma ta' €13-il miljun.[44]
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Wara l-prestazzjonijiet tiegħu mat-tim nazzjonali Olandiż ta' taħt il-21 sena, Huntelaar intgħażel minn Marco van Basten għall-partita ta' ħbiberija kontra r-Repubblika tal-Irlanda tas-16 ta' Awwissu 2006. Huntelaar, fid-debutt tiegħu, skorja żewġ gowls u pprova żewġ assist fir-rebħa ta' 4–0 tal-Olanda,[45] biex b'hekk sar l-ewwel plejer li skorja fid-debutt internazzjonali tiegħu minn mindu Dick Nanninga irrepeta dan il-pass fl-1978.[46]
Wara li għal numru ta' partiti ma kienx magħżul fost l-iskwadra, hu reġa' ngħata sejħa f'Ottubru tal-2007 għall-partita ta' kwalifika għall-Kampjonati Ewropej 2008 kontra r-Rumanija u l-Islovenja.[47] Minħabba s-sospensjoni ta' Ruud van Nistelrooy, Huntelaar kien mal-ewwel ħdax u skorja l-ewwel gowl internazzjonali kompetittiv fir-rebħa kontra l-Islovenja bl-iskor ta' 2–0.[48] Huntelaar kien inkluż fl-iskwadra Olandiża għall-fażi finali tal-Kampjonati Ewropej 2008, fejn matul dawn il-kampjonati skorja darba fl-unika apparenza tiegħu fl-aħħar partita ta' Grupp Ċ kontra r-Rumanija, b'riżultat finali ta' 2–0.[49]
Bl-irtirar mix-xena internazzjonali ta' Ruud van Nistelrooy, Huntelaar sar l-ewwel għażla fuq l-attakk għall-kowċ il-ġdid Bert van Marwijk għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010. Huntelaar, s'issa irnexxielu jiskorja 14-il gowl minn 25 dehra mat-tim nazzjonali.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Prestazzjoni mal-labb | Kampjonat | Tazza | Playoffs | Kontinentali | Total | |||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Staġun | Klabb | Kampjonat | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls |
2002–03 | PSV | Eredivisie | 1 | 0 | – | – | – | 1 | 0 | |||
De Graafschap | 9 | 0 | – | – | – | 9 | 0 | |||||
2003–04 | AGOVV | Eerste Divisie | 35 | 26 | 3 | 1 | – | – | 38 | 27 | ||
2004–05 | Heerenveen | Eredivisie | 31 | 16 | 1 | 0 | – | 7 | 3 | 39 | 19 | |
2005–06 | 15 | 17 | 1 | 1 | – | 6 | 2 | 22 | 20 | |||
Ajax | 16 | 16 | 3 | 5 | 4 | 2 | 2 | 1 | 25 | 24 | ||
2006–07 | 32 | 21 | 6 | 4 | 4 | 2 | 9 | 9 | 51 | 36 | ||
2007–08 | 34 | 33 | 3 | 1 | 4 | 0 | 4 | 2 | 45 | 36 | ||
2008–09 | 10 | 6 | 1 | 1 | – | 4 | 2 | 15 | 9 | |||
Real Madrid | La Liga | 20 | 8 | – | – | – | 20 | 8 | ||||
2009–10 | Milan | Serie A | 8 | 2 | 0 | 0 | – | 1 | 0 | 8 | 2 | |
Total tal-karriera | 211 | 145 | 17 | 13 | 12 | 4 | 32 | 19 | 273 | 181 |
Korretti sal-1 ta' Diċembru 2009.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Tim nazzjonali | Sena | Ħbiberija | Kompetittivi | Total | |||
---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Olanda | 2006 | 2 | 2 | 2 | 0 | 4 | 2 |
2007 | 3 | 0 | 2 | 1 | 5 | 1 | |
2008 | 5 | 5 | 4 | 2 | 9 | 7 | |
2009 | 3 | 2 | 4 | 2 | 7 | 4 | |
2010 | 3 | 1 | 6 | 6 | 9 | 7 | |
Total | 18 | 10 | 20 | 11 | 38 | 21 |
Korretti sal-5 ta' Settembru 2009.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]Ajax
- Tazza Olandiża: 2005–06, 2006-07
- Supertazza Olandiża: 2006, 2007
- DFB-Pokal: 2010–11
- DFL-Supercup: 2011
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- L-Aqwa Skorer tal-Eerste Divisie: 2003–04
- Plejer tas-Sena tal-Eerste Divisie: 2003–04
- Talent tas-Sena tal-Eredivisie: 2005–06
- L-Aqwa Skorer tal-Kampjonati Ewropej ta' taħt il-21 sena: 2006
- L-Aqwa Skorer tal-Eredivisie: 2005–06, 2007–08
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b "Huntelaar, the new Dutch goal machine" (bl-Ingliż). The Independent. 2009-03-28. Miġbur 2009-03-28.
- ^ "The Hunter's pursuit of excellence". FIFA. 2007-01-23. Miġbur 2008-04-07.
- ^ "Huntelaar follows Van Basten". UEFA. 2008-04-04. Miġbur 2008-04-07.
- ^ a b "Huntelaar class shines through" (bl-Ingliż). UEFA. 2006-01-13. Miġbur 2007-10-15.
- ^ "RBC Roosendaal - PSV (23-11-2002)" (bl-Olandiż). PSV Eindhoven. 2002-11-23. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-10-13. Miġbur 2007-09-24.
- ^ "PSV looking to loan out kids" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2003-04-28. Miġbur 2009-03-22.
- ^ "De Graafschap herdenkt Cor Huntelaar groots" (bl-Olandiż). Soccernews.nl. 2008-03-15. Miġbur 2008-03-16.
- ^ "08-02-2003 - RBC Roosendaal - De Graafschap (1-0)" (bl-Ingliż). De Graafschap. 2003-02-28. Miġbur 2007-09-24.
- ^ "16-02-2003 - De Graafschap - SC Heerenveen (1-5)" (bl-Olandiż). De Graafschap. 2003-02-16. Miġbur 2007-09-24.
- ^ "29-05-2003 - FC Zwolle - De Graafschap (2-1)" (bl-Olandiż). De Graafschap. 2003-05-29. Miġbur 2007-09-24.
- ^ "De Graafschap ziet af van langer huren van Huntelaar" (bl-Olandiż). Sport1. 2003-06-21. Miġbur 2007-09-24.
- ^ "Klaas-Jan Huntelaar profiel" (bl-Ingliż). NOS Studio Sport. 2007-09-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2013-02-13. Miġbur 2007-09-24.
- ^ "Classy Huntelaar thinking big" (bl-Ingliż). FIFA. 2007-10-01. Miġbur 2007-10-19.
- ^ "Transfer completed: Huntelaar to join Ajax for 4.5 years" (bl-Ingliż). Ajax USA. 2005-12-29. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "FIFA Regulations for the Status and Transfer of Players" (bl-Ingliż). FIFA. 2005-07-01. Miġbur 2009-03-19.
- ^ "Ajax naar halve finale Gatorade Cup door zege op Heerenveen" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-02-02. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-07. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Inter recovery pegs back Ajax" (bl-Ingliż). UEFA. 2006-02-22. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Huntelaar evenaart topscorer Cruijff" (bl-Olandiż). KNVB. 2006-04-21. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-04-21. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Ajax naar bekerfinale na zinderend duel tegen Roda" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-03-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-07. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Huntelaar bezorgt Ajax met twee doelpunten de beker" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-05-07. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-06-07. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Huntelaar gekozen tot beste talent" (bl-Olandiż). Sportweek. 2006-05-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2006-09-28. Miġbur 2007-10-15.
- ^ "Stam nieuwe aanvoerder Ajax, Perez vice-captain" (bl-Olandiż). Ajax Online. 2006-07-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-01-27. Miġbur 2007-11-01.
- ^ "Ajax claim KNVB Cup after 120 minutes and 16 penalties" (bl-Ingliż). Ajax USA. 2007-05-06. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Slavia make Ajax pay the penalty" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-08-15. Miġbur 2007-08-23.
- ^ "Ajax follow French pair out of Europe" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-10-04. Miġbur 2007-10-05.
- ^ "Timely boost for four-goal Huntelaar" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-08-20. Miġbur 2007-08-20.
- ^ "Huntelaar aanvoerder in bekerduel" (bl-Olandiż). AT5. 2007-10-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-11-02. Miġbur 2007-11-01.
- ^ "Strikers toast milestone moments" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-04-09. Miġbur 2009-03-25.
- ^ "Klass Jan Huntelaar factfile" (bl-Ingliż). espnstar.com. 2008-12-03. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-12-07. Miġbur 2009-03-25.
- ^ "Topscorers (2)" (bl-Olandiż). Ajax.nl. 2008-05-31. Miġbur 2008-05-31.
- ^ "Huntelaar to captain Ajax" (bl-Ingliż). Ajax.nl. 2008-07-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-18. Miġbur 2008-07-16.
- ^ "Huntelaar tears ankle ligament" (bl-Ingliż). Ajax.nl. 2008-11-10. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-11-13. Miġbur 2009-04-03.
- ^ "Huntelaar Blow For Ajax" (bl-Ingliż). Goal.com. 2008-11-10. Miġbur 2009-04-03.
- ^ "Klaas Jan Huntelaar Game Logs" (bl-Ingliż). SI.com. 2009-03-22. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-21. Miġbur 2009-04-03.
- ^ "Sporting Gijon 0–4 Real Madrid" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2009-02-15. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-10-21. Miġbur 2009-03-23.
- ^ "UEFA decision on Real Madrid" (bl-Ingliż). UEFA. 2009-01-08. Miġbur 2009-01-08.
- ^ "UEFA Appeals Body decision on Real Madrid" (bl-Ingliż). UEFA. 2009-01-13. Miġbur 2009-01-13.
- ^ "Definitive Champions League list" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-02-02. Miġbur 2009-02-02.
- ^ "Huntelaar is the real deal" (bl-Ingliż). Sporting Life. 2009-03-23. Miġbur 2009-03-23.
- ^ "Huntelaar transferred to AC Milan" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-08-06. Miġbur 2009-08-07.
- ^ "A.C. MILAN: KLAAS-JAN HUNTELAAR, AGREEMENT WITH REAL MADRID". AC Milan. 2009-08-06. Miġbur 2009-08-07.
- ^ "A.C. MILAN COMUNICATO UFFICIALE" (bit-Taljan). AC Milan. 2009-08-07. Miġbur 2009-08-07.
- ^ "Catania 0 - 2 AC Milan" (bl-Ingliż). ESPN Soccernet. 2009-11-30. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-23. Miġbur 2009-12-01.
- ^ "Huntelaar moves to Schalke 04" (bl-Ingliż). goal-arena.com. 2010-08-31. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2011-07-11. Miġbur 2010-09-03.
- ^ "Republic of Ireland 0-4 Holland" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-08-16. Miġbur 2007-09-16.
- ^ "Huntelaar scoort tweemaal bij debuut" (bl-Ingliż). Ajax.nl. 2006-08-16. Miġbur 2006-08-16.
- ^ "Huntelaar and Robben recalled" (bl-Ingliż). Sky Sports. 2007-10-05. Miġbur 2007-10-16.
- ^ "Netherlands near finals goal with win". UEFA. 2007-10-17. Miġbur 2007-10-18.
- ^ Chowdhury, Saj (2008-06-17). "France 0-2 Italy & Netherlands 2-0 Romania" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-06-18.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Klaas-Jan Huntelaar (Klaas-Jan Huntelaar) |
- Sit uffiċjali
- Klaas-Jan Huntelaar fuq National-Football-Teams.com