Beerschot AC
![]() | |||
Isem sħiħ | Koninklijke Beerschot Antwerpen Club | ||
---|---|---|---|
Ismijiet oħra | De Mannekes | ||
Fundazzjoni | 1999 | ||
Xoljiment | 2013 | ||
Grawnd | Olympisch Stadion, Antwerp | ||
Kampjonat | L-Ewwel Diviżjoni Belġjana | ||
| |||
Sit uffiċjali |
Koninklijke Beerschot Antwerpen Club, magħruf ukoll bħala Beerschot AC, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Antwerp. Huma bdew jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni mill-istaġun 1989-90. Il-klabb ġie stabbilit fl-1999 bħala riżultat tal-għaqda bejn K Beerschot VAC u KFC Germinal Ekeren, li b'hekk ħadu f'idejhom il-matricule number u l-istorja. Qabel din l-għaqda, Germinal Ekeren kien klabb tal-ewwel diviżjoni għal 10 snin, filwaqt li l-kampjuni Belġjani għal seba' 7 darbiet Beerschot kienu qed jitħabtu ma' problemi finanzjarji fit-tielet diviżjoni. Il-klabb rebaħ żewġ Tazzi Belġjani, waħda bħala Germinal Ekeren, u l-oħra bħala Germinal Beerschot. L-aħjar klassifikazzjoni tagħhom fil-kampjonat kien it-tielet post fl-istaġuni 1995-96 u 1997-98.

Mal-għaqda, il-klabb ċaqlaq postu minn Veltwijckstadion fil-muniċipalità ta' Ekeren għall-Olympisch Stadion fil-viċinati ta' Kiel ġewwa Antwerp. Il-ħwejjeġ tagħhom ġew imħallta bl-isfar u l-aħmar ta' Germinal Ekeren u bil-vjola ta' Beerschot. L-akbar rivali tagħhom huma Royal Antwerp FC. Fis-17 ta' Mejju 2011, il-klabb bidel ismu mill-ġdid għall-Koninklijke Beerschot Antwerpse Club jew Beerschot AC. Il-bidla tal-isem kien ir-riżultat tal-ġlieda interna li qasmet il-bord tad-diretturi li ntemmet mal-ewwel bil-membri tal-bord ta' Germinal Ekeren ibattlu l-pożizzjoni tagħhom, din wittiet triq ħielsa li neħħiet l-aċċenn ta' Germinal [1] fl-isem tat-tim mid-diretturi ġodda bħala parti mill-pjan ta' negozju biex jirrestawraw l-ewwel glorja ta' K. Beerschot VAC.
Wara li kienu relegati fl-istaġun 2012–13, il-klabb kien falla fl-aħħar tal-istaġun u tneħħa mill-kompetizzjoni għal kollox. F'Ġunju tal-2013 il-klabb KFCO Wilrijk ingħaqad ma' Beerschot AC u fforma KFCO Beerschot-Wilrijk. Dan il-klabb il-ġdid se jibda jilgħab fl-ewwel diviżjoni tal-Kampjonati Provinċjali Belġjani.[2]
Stadju
[immodifika | immodifika s-sors]L-Olympisch Stadion jew Kielstadion[3] kien mibni bħala stadju prinċipali għall-Olimpjadi tas-sajf 1920 ġewwa Antwerp. Dan l-istadju ospita bosta mil-logħob fl-Olimpjadi. Illum dan il-grawnd jintuża għall-logħob tal-futbol u huwa l-istadju ta' Beerschot AC.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]- It-Tieni Diviżjoni Belġjana:
- Rebbieħa (1): 1988-89
- Tazza Belġjana:
- Rebbieħa (2): 1996-97, 2004-05
- Runners-up (2): 1989-90, 1994-95
- Supercup Belġjana:
- Runners-up (2): 1997, 2005
Parteċipazzjoni fl-Ewropa
[immodifika | immodifika s-sors]- Minn Diċembru, 2008.
Kompetizzjoni | Apparenzi | Logħob | Rebħ | Dro | Telf | GF | GK |
---|---|---|---|---|---|---|---|
Cup Winners' Cup | 1 | 4 | 2 | 1 | 1 | 8 | 9 |
UEFA Cup | 4 | 10 | 3 | 4 | 3 | 11 | 12 |
Intertoto Cup | 2 | 6 | 2 | 3 | 1 | 11 | 7 |
Staġun | Kompetizzjoni | Rawnd | Klabb | Home | Away | |
---|---|---|---|---|---|---|
1991-92 | UEFA Cup | 1R | ![]() |
Celtic FC | 1-1 | 0-2 |
1995 | UEFA Intertoto Cup | Grupp 3 | ![]() |
FC Aarau | 3-3 | |
![]() |
HB Torshavn | 1-1 | ||||
![]() |
Universitatea Cluj | 4-1 | ||||
![]() |
Tromsø IL | 2-0 | ||||
1996-97 | UEFA Cup | 1R | ![]() |
Grazer AK | 3-1 | 0-2 |
1997-98 | UEFA Cup Winners' Cup | 1R | ![]() |
Crvena Zvezda | 3-2 | 1-1 |
2R | ![]() |
Vfb Stuttgart | 0-4 | 4-2 | ||
1998-99 | UEFA Cup | 1RK | ![]() |
FK Sarajevo | 4-1 | 0-0 |
2RK | ![]() |
Servette FC | 1-4 | 2-1 | ||
2005-06 | UEFA Cup | 1R | ![]() |
Olympique Marseille | 0-0 | 0-0 (1-4 pen.) |
2008 | UEFA Intertoto Cup | 2R | ![]() |
Neftchi Baku | 1-1 | 0-1 |
Plejers notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]
|
|
|
Kowċis notevoli
[immodifika | immodifika s-sors]Albert Beers (1988–90)
René Desayere (1990)
Urbain Haesaert (1990–93)
Aime Anthuenis (1993–94)
Herman Helleputte (1994–96)
Stanisław Gzil (1996–97)
Herman Helleputte (1997–Lul 00)
Franky van der Elst (1999–Lul 03)
Marc Brys (Lul 2003–Set 05)
Jos Daerden (Set 2005–Ġun 06)
Marc Brys (Lul 2006–Ġun 07)
Harm van Veldhoven (Lul 2007–Nov 08)
Aime Anthuenis (Nov 2008–Aww 09)
Jos Daerden (Set 2009–Ġun 10)
Glen De Boeck (Lul 2010–Nov 10)
Jacky Mathijssen (Diċ 2010–Mar 12)
Wim De Corte (Mar 2012–Lul 2012)
Adrie Koster (Lul 2012–Nov 2012)
Wim De Corte (Nov 2012–Jan 2013)
Jacky Mathijssen (Jan 2013–Mej 2013)
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Beerschot AC fuq Transfermarkt.co.uk
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ sporza.be, ed. (2011-05-20). "Don't say Germinal Beerschot but Koninklijke Beerschot AC" (bl-Olandiż).
- ^ http://www.hln.be/hln/nl/10356/Beerschot-AC/article/detail/1643683/2013/05/31/Beerschot-verandert-in-KFCO-Beerschot-Wilrijk-en-start-in-eerste-provinciale.dhtml
- ^ The Football Grounds of Europe. 1990. p. 69. Parametru mhux magħruf
|kuljom=
injorat (forsi ridt tuża|kunjom=
minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf|wkawtur=
injorat (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt:|1=
(għajnuna);|isem=
nieqes|isem=
(għajnuna) ISBN 0-00-218305-6