Beerschot AC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Beerschot AC
Isem sħiħ Koninklijke Beerschot Antwerpen Club
Ismijiet oħra De Mannekes
Fundazzjoni 1999
Xoljiment 2013
Grawnd Olympisch Stadion, Antwerp
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni Belġjana
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Koninklijke Beerschot Antwerpen Club, magħruf ukoll bħala Beerschot AC, huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Antwerp. Huma bdew jilagħbu fl-Ewwel Diviżjoni mill-istaġun 1989-90. Il-klabb ġie stabbilit fl-1999 bħala riżultat tal-għaqda bejn K Beerschot VAC u KFC Germinal Ekeren, li b'hekk ħadu f'idejhom il-matricule number u l-istorja. Qabel din l-għaqda, Germinal Ekeren kien klabb tal-ewwel diviżjoni għal 10 snin, filwaqt li l-kampjuni Belġjani għal seba' 7 darbiet Beerschot kienu qed jitħabtu ma' problemi finanzjarji fit-tielet diviżjoni. Il-klabb rebaħ żewġ Tazzi Belġjani, waħda bħala Germinal Ekeren, u l-oħra bħala Germinal Beerschot. L-aħjar klassifikazzjoni tagħhom fil-kampjonat kien it-tielet post fl-istaġuni 1995-96 u 1997-98.

Mal-Bidla, arma ġdida ġiet introdotta wkoll, li ssostitwixxit l-arma antika ta' Germinal Beerschot

Mal-għaqda, il-klabb ċaqlaq postu minn Veltwijckstadion fil-muniċipalità ta' Ekeren għall-Olympisch Stadion fil-viċinati ta' Kiel ġewwa Antwerp. Il-ħwejjeġ tagħhom ġew imħallta bl-isfar u l-aħmar ta' Germinal Ekeren u bil-vjola ta' Beerschot. L-akbar rivali tagħhom huma Royal Antwerp FC. Fis-17 ta' Mejju 2011, il-klabb bidel ismu mill-ġdid għall-Koninklijke Beerschot Antwerpse Club jew Beerschot AC. Il-bidla tal-isem kien ir-riżultat tal-ġlieda interna li qasmet il-bord tad-diretturi li ntemmet mal-ewwel bil-membri tal-bord ta' Germinal Ekeren ibattlu l-pożizzjoni tagħhom, din wittiet triq ħielsa li neħħiet l-aċċenn ta' Germinal [1] fl-isem tat-tim mid-diretturi ġodda bħala parti mill-pjan ta' negozju biex jirrestawraw l-ewwel glorja ta' K. Beerschot VAC.

Wara li kienu relegati fl-istaġun 2012–13, il-klabb kien falla fl-aħħar tal-istaġun u tneħħa mill-kompetizzjoni għal kollox. F'Ġunju tal-2013 il-klabb KFCO Wilrijk ingħaqad ma' Beerschot AC u fforma KFCO Beerschot-Wilrijk. Dan il-klabb il-ġdid se jibda jilgħab fl-ewwel diviżjoni tal-Kampjonati Provinċjali Belġjani.[2]

Stadju[immodifika | immodifika s-sors]

L-Olympisch Stadion jew Kielstadion[3] kien mibni bħala stadju prinċipali għall-Olimpjadi tas-sajf 1920 ġewwa Antwerp. Dan l-istadju ospita bosta mil-logħob fl-Olimpjadi. Illum dan il-grawnd jintuża għall-logħob tal-futbol u huwa l-istadju ta' Beerschot AC.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Diċembru, 2008.
Kompetizzjoni Apparenzi Logħob Rebħ Dro Telf GF GK
Cup Winners' Cup 1 4 2 1 1 8 9
UEFA Cup 4 10 3 4 3 11 12
Intertoto Cup 2 6 2 3 1 11 7
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Klabb Home Away
1991-92 UEFA Cup 1R Skozja Celtic FC 1-1 0-2
1995 UEFA Intertoto Cup Grupp 3 Svizzera FC Aarau 3-3
Gżejjer Faroe HB Torshavn 1-1
Rumanija Universitatea Cluj 4-1
Norveġja Tromsø IL 2-0
1996-97 UEFA Cup 1R Awstrija Grazer AK 3-1 0-2
1997-98 UEFA Cup Winners' Cup 1R Serbja Crvena Zvezda 3-2 1-1
2R Ġermanja Vfb Stuttgart 0-4 4-2
1998-99 UEFA Cup 1RK Bosnja-Ħerzegovina FK Sarajevo 4-1 0-0
2RK Svizzera Servette FC 1-4 2-1
2005-06 UEFA Cup 1R Franza Olympique Marseille 0-0 0-0 (1-4 pen.)
2008 UEFA Intertoto Cup 2R Ażerbajġan Neftchi Baku 1-1 0-1

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Arġentina
Belġju
Brażil
Burkina Faso
Kolombja
Kroazja
Danimarka
Maċedonja
Norveġja
Serbja
Afrika t'Isfel
Sirja
Urugwaj

Kowċis notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ sporza.be, ed. (2011-05-20). "Don't say Germinal Beerschot but Koninklijke Beerschot AC" (bl-Olandiż).
  2. ^ http://www.hln.be/hln/nl/10356/Beerschot-AC/article/detail/1643683/2013/05/31/Beerschot-verandert-in-KFCO-Beerschot-Wilrijk-en-start-in-eerste-provinciale.dhtml
  3. ^ The Football Grounds of Europe. 1990. p. 69. Parametru mhux magħruf |kuljom= injorat (forsi ridt tuża |kunjom= minflok) (għajnuna); Parametru mhux magħruf |wkawtur= injorat (għajnuna); Ċitazzjoni għandu parametr mhux magħruf u vojt: |1= (għajnuna); |isem= nieqes |isem= (għajnuna) ISBN 0-00-218305-6