Wikipedija:Rebbiegħa CEE 2020

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Il-logo ta' Rebbiegħa CEE

Rebbiegħa CEE 2020 ta' Wikimedia hija inizjattiva ta' Wikipedisti mill-Ewropa Ċentrali u l-Ewropa tal-Lvant bl-għan li jinħloqu paġni dwar nies, suġġetti jew oġġetti minn din il-parti tad-dinja. Malta qed tieħu sehem għall-ewwel darba din is-sena permezz ta' l-għaqda volontaria Wikimedia Community Malta, li hija affiljata mal-Wikimedia Foundation. Dan huwa l-ewwel attentat sistematiku minn din l-għaqda biex jinħolqu paġni bil-Malti fuq il-Wikipedija dwar nies, suġġetti u oġġetti li m'għadhomx x'jaqsmu direttament ma' Malta. Dan qed isir f'kollaborazzjoni ma' Spazju Kreattiv u l-Kummissjoni Ewropeja.

Matul ix-xahar t'April qed norganizzaw ukoll numru ta' workshops u edit-a-toni regolari fuq Google Meet kull nhar ta' Ħamis u nhar ta' Gimgħa bejn is-6pm u t-8pm. Id-dettalji hawn.

Sfond[immodifika s-sors]

F'dawn l-aħħar 100 sena, l-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant għaddiet minn għadd ta' rebbiegħat mhux daqstant sbieħ li ħolqu ħafna diżgwid, kunflitti u diżappunti. Fost dawn nistgħu nsemmu ir-Rebbiegħa ta' Praga fl-1968, il-kunflitt fin-Nagorno-Karabakh tal-1988, l-eskalazzjoni tal-kunflitt Transnistrian fl-1992, jew il-gwerra li faqqgħet fl-Ukrajna fl-2014.

Għaldaqstant, ir-Rebbiegħa CEE ta' Wikimedia għandha l-għan li tappoġġja u tippromovi gruppi lokali fil-ħolqien ta' paġni fil-Wikipedija u proġetti oħra ta' Wikimedia biex jiżdied l-għarfien reċipriku ta' xulxun u jitkattar l-għerf ħieles f'dawn ir-reġjuni.

Lista ta' artikli mill-pajjiżi u reġjuni[immodifika s-sors]

Il-lista ta' paġni mill-pajjiżi u r-reġjuni isservi ta' punt tat-tluq u orjentazzjoni għal ħolqien u titjib tal-paġni - anke jekk il-paġni kollha dwar pajjiżi fl-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant (inkluż il-Kawkasja) jgħoddu fil-konkors. Il-biċċa l-kbira tal-paġni jinstabu fil-Wikipedia bl-Ingliż u spiss huwa faċli ferm li jiġu tradotti minn hemm.

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Għajnuna[immodifika s-sors]

Konkors[immodifika s-sors]

L-Għan[immodifika s-sors]

L-għan ta' dan il-konkors huwa li jinħolqu u jittejbu paġni dwar pajjiżi mill-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Għalkemm kull kontribut relevanti jiġi ġġudikat bħala parti mill-konkors, peress li hemm ħafna xi jsir f'dan il-qasam fuq il-Wikipedija bil-Malti, xogħol fuq paġni fil-lista tal-100 proposti jingħata punteġġ akbar, kif spjegat aktar l-isfel.

Żmien[immodifika s-sors]

Il-konkors jibda f'nofsillejl tal-21 ta' Marzu u jkompli sa nofsillejl tal-31 ta' Mejju.

Regolamenti[immodifika s-sors]

1. Kulħadd jista' jieħu sehem fil-konkors, ħlief għall-organizzaturi lokali u internazzjonali. L-organizzaturi jistgħu jipparteċipaw bla ma jikkompetu.

2. Biex tikkompeti trid tirreġistra formalment. Biex tirreġistra għall-konkors ikteb ismek hawn taħt kif indikat fit-taqsima tal-Parteċipanti.

3. Uża l-Mudell -- huwa essenzjali li tuża l-Mudell {{CEE Spring 2020 | utent = ismek | pajjiż = Malta }} fuq il-paġna tad-diskussjoni ta' kull pagna li taħdem fuqha biex il-kontribuzzjoni tiegħek tkun tgħodd fil-konkors. Dan huwa l-unika mod biex l-organizzaturi jkunu jafu li qed tieħu sehem fil-konkors. Ara/uża ukoll il-mudelli ta' lingwi oħra jekk tagħżel li tikteb bihom apparti l-Malti.

Punteġġi[immodifika s-sors]

  • Għal kull artikolu li toħloq tieħu żewġ punti
  • Għal kull artikolu li toħloq mil-lista uffiċjali tieħu tliet punti oħra (ħames punti b'kollox)
  • Għal kull artikolu li ttejjeb tieħu punt
  • Għal kull artikolu li ttejjeb mil-lista uffiċjali tiegħu erba' punti oħra (ħames punti b'kollox)

Paġni dwar suġġetti marbuta direttament ma' Malta ma jgħoddux fil-punti li tista' tirbaħ f'dan il-konkors jekk int utent Malti/ja.

Kull mistoqsija għandha titpoġġa fuq il-paġna tad-diskussjoni.

Premjijiet[immodifika s-sors]

Il-premijiet huma pprovduti minn Wikimedia Community Malta permezz ta' għotja mill-Wikimedia Foundation:

  • L-ewwel post: €50 token għal xiri ta' kotba
  • It-tieni post: €30 token għal xiri ta' kotba
  • It-tielet post: €20 token għal xiri ta' kotba

Parteċipanti[immodifika s-sors]

Daħħal ismek fit-tabella t'hawn taħt. Daħħal l-isem tal-paġna jew paġni li tkun ħdimt fit-tieni kolonna. Fit-tielet kolonna tista ddaħħal paġni li għadek qed taħdem fuqhom. Tista' ddaħħal ukoll il-punti għax-xogħol li tkun għamilt fl-aħħar kolonna; dawn jiġu vverifikati mill-organizzaturi fi tmiem il-konkors u rranġati jekk ikun hemm bżonn.

Jekk issib xi diffikulta bit-tabella ikkuntattja lil Toni Sant jew Nevborg li huma l-organizzaturi u jidhru f'din it-tabella mingħajr punti għax mhux eliġibbli biex jikkompetu.

Utent Paġna/pagni mibdija u/jew imtejba Xogħol għaddej Punti
Nevborg Zlata Filipović, Goran Bregović, Sofija Jovanović, Selma Rıza, Staka Skenderova Nikola Tesla xejn
ToniSant MediaWiki, Wikidata, Rebbiegħa ta' Praga Beer Barrell Polka xejn
Mewga The Emperor Waltz 5
AngieBalzan Hloqt:It-Tbissima tat-Tfal, Skola Nazzjonali tat-Teatru tal-Greċja, Triq Patission, Il-Laguna Missolonghi, Greek Shepherd, Aida Garifullina 30
EnriqueTabone Hloqt: Olga Malinkiewicz, Anna Dorota Chrzanowska, Michalina Wisłocka, Zofia Posmysz, Filtri tal-ilma ta' Varsavja, Vaçe Zela, Aħna l-Muntanji Tagħna, Dora (studju tal-każ), Balaban (strument), Toratau, Kastell ta’ Lida, Jasna Diklić, Nadya Nozharova, Adaviye Efendiyeva, Tempju taʼ Ġove, Split, Knisja tal-Qalb l-Aktar Imqaddsa tal-Mulej, Skojattlu ittikkjat, Kostum nazzjonali Mordovjan, Studju Esperanto tas-Sajf, Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz, Vardzia, Split, Kroazja, Theano Fotiou, Nisa fl-Ungerija, Aliya Moldagulova, Il-Ballett ta' Kosovo, Annie Londonderry, Marcinkonys, Kultura ta' Montenegro, Elena Lagadinova, Bożnija (reġjun), Ikel tal-Moldova, Maria Pronchishcheva, Nadežda Petrović, Mária Kolíková, Angela Piskernik, Mina Witkojc, Alfiya Avzalova, Ajruport ta' Istanbul, Il-Mużew Nazzjonali tal-Arti tal-Ukraina, Esperanto, Nana Alexandria, Ene Ergma, Leilia Adzhametova, Rita Ora, Valdete Idrizi, Era Istrefi, Magda Frank, Süreyya Ağaoğlu, Leman Altınçekiç, Emine Semiye Önasya, Nejla Ateş

Tejjibt: Anna Dorota Chrzanowska, Mali, Tibdil fil-klima, The Emperor Waltz

280
Sarah M Borg
Dans cf. Utent:Dans#CEE_Spring_2020 100
Scutajar Għar Kinderle, Boortsog, Kistibi, Alfabett Sorbjan, Perućica, Griegi fil-Każakistan, Inija Trinkūnienė 35