Skola Nazzjonali tat-Teatru tal-Greċja
L-Iskola ta’ Drama Nazzjonali tal-Greċja (GNT Drama School) twaqqfet fl-1930, fejn ghal dawn is-snin kollha ħadmet id f’id mat-Teatru Nazzjonali tal-Greċja.
Fl-istorja tagħha ta’ 75 sena, numru kbir ta' gradwati saru atturi ewlenin u stilel tat-Teatru Nazzjonali fil-Grecja.
Fosthom insibu lil Dimitris Horn, Mary Aroni, Vasso Manolidou, Nikos Tzigias, Melina Mercouri, Thanos Kostopoulos , Alexis Solomos, Stelios Vokopoulos, Nikos Kourkoulos, Anna Synodinou u M. Zozo Zarpa[1]
Ħafna minnhom komplew jgħallmu fl-istess skola li dejjem kienet magħrufa għal-livell għoli tat-tagħlim tagħha.
Ismijiet kbar oħra li ghallmu fi-iskola jinkludu Dimitris Rondiris, Kutina Paxinou, Takis Moulenidis, Angelis Terzakis, Antigone Valakou, Tassos Lignadis, Giannis Sideris, u Emilios Hobomozios fost ohrajn [2]
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]L-għan ta’ din l-Iskola hija li tħarreġ u tipprovdi gwida liż-żgħażagħ li beħsiebhom jidħlu fil-professjoni tat-Teatru. Il-kors idum tliet snin u huwa mingħajr ħlas. Il-klassijiet tagħha jaqgħu fi tliet kategoriji:
- L-Irrectar jiġi mgħallem minn atturi u diretturi professjonali. Ikun hemm tliet għalliema fis-sena.
- It-teorija ta' Drammaturgija, Storja tat-Teatru, Litteratura Griega Moderna u l-Istorja taċ-Ċinema huma mgħallma minn esperti f’kull settur.
- Zfin Tekniku u Gynnastika, Zfin u l-Moviment Espressiv, Zfin Grieg, Kumbattiment Teatrali, Taħriġ fid-diskors Musikali, Kant u Disinn ta' Palk Teatrali, Disinn tal-Kostumi u Irtokk jiġu mgħallma f’kull waħda minn dawn it-tliet snin.[3]
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]L-iskola tinsab fi Pireos 52, 185 47, Neo Faliro — Piraeus, f'bini rinovat ta’ “Scholion tis Athinasies as — Irini Papa”.