Aqbeż għall-kontentut

Triq Patission

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Triq Patission f'Ateni il-Grecja
Triq Patission

Triq Patission (Grieg: Οδός Πατησίων) hija waħda mit-toroq ewlenin fic-centru ta' Ateni, il-Greċja. Għalkemm hija magħrufa bħala Patission, isem din it-triq nbidel għal Triq 28 ta’ Ottubru, li tikkommemora l-ġurnata fl-1940 meta d-dittatur Grieg Ioannis Metaxas irrifjuta id-direttivi tad-dittatur Taljan Benito Mussolini li l-Greċja tissottometti għall-kontroll Taljan, u b’hekk bdiet il-Gwerra Griega-Taljana.

Triq Patission tgħaqqad iż-żona magħrufa bħala Patissia ma' Pjazza Omonoa fiċ-ċentru ta’ Ateni[1].[2] Din it-triq hija ffullata b'karozzi tal-linja u rotot tat-tram, li jgħaqqdu ċ-ċentru tal-belt ma’ Kypseli ( linji tat-Tram 2, 4 u 9) Lamprini (linji tat-tram 5, 13, 14), Patissisia (linja tat-tram 11), N. Fiadelhemia (linja tat-tram 3), Perissos (Rotot tal-linja 605, 054), Marousi[3] (linja tal-linja A8) u Galatsi (Rotta tal-linja 608). Hija rotta f’direzzjoni waħda lejn in-Nofsinhar b’korsija tal-karozzi tal-linja lejn it-Tramuntana sa meta din tiltaqa’ ma’ triq Marnis, u għandha tliet korsiji lejn kull direzzjoni sa Amerikis Square.

  • LL-iffurmar tat-triq beda fl-1841 u kien ibbażat fuq toroq rurali pre-eżistenti.[4]
  • Matul ir-renju ta' Re Otto din it-triq kienet ta’ spiss onorata mill-koppja rjali.
  • Fis-snin 1870, kien hemm villaġġ żgħir jismu Patisia, dan kien inkluż fil-belt ta’ Ateni billi gie maqsum fl-Istati ta’ Patissia ta' fuq u Patissia t'isfel.
  • Fis-snin 1880, ir-rikkieba taż-żwiemel “Philippos Company” li kien għadu kemm ħoloq Efstratios Rallis kienu juzaw it-triq.
  • Fit-23 ta’ April 1882 giet mwaqqfa rotta tat-tram biz-zwiemel minn Patission ghal Syntagma.
  • Fis-seklu 20 inbnew binjiet neoklassici u art-deco modernista bhal: Livieratos Palace (Patision 55 u Epirus), G. Isaia (Patision 65 u Julianos).
  • Fl-1903, Panagiotis Koutalianos f’teatru fil-miftuħ, faċċata tal-Mużew Arkeoloġiku, wera l-qawwa tas-sahha tiegħu b'diversi eżerċizzji improvviżati.
  • Patission giet inawgurata fl-1908 bl-ewwel diviżjoni uffiċjali tal-belt ta’ Ateni — wara l-istudju ta’ Athanasios Georgiadis — li ghaqdet liz-zona Patisia ma' Pjazza Omonia fiċ-ċentru ta’ Ateni. F'dan il-perjodu waslu l-ewwel it-trams bl-elettriku.
  • F’Chaetia (Patision 8), ħdejn Alaska, fil-gurnata tal-Ħadd, 20 ta’ Settembru 1942, grupp żgħir ta’ reżistenza ΠΕΑΝ organizzaw sabotaġġ fil-bini ta' ΕΣΠΟ, Organizazzjoni Nazista Griega li kienet tigbor żgħażagħ mill-Greċja għal Wehrmacht.[5]
  • Matul Diċembru 1944, il-Bini tas-Sigurtà Ġenerali ġie splodut mill-forzi ta’ ΕΛΑΣ fil-kantuniera fejn jiltaqghu it-toroq Stournari u Patission.
  • Fl-1946, wara xoghol fuq it-triq, din bdiet tissejjaħ 28 ta’ Ottubru, biex tiċċelebra l-Anniversarju tal-Liberazzjoni Nazzjonali.[6]
  • Fit-17 ta’ Novembru 1973,f'din it-triq inzammet rewwixta tal-Politeknika.
  • Fit-18 ta’ Diċembru 1980, l-istabbiliment Minion ha n-nar.

Bini importanti fi Triq Patission

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Il-Mużew tal-Arkeoloġija Nazzjonali
  • L-Università Teknika Nazzjonali ta’ Ateni
  • Ir-rinovament fl-atriju ta’ Mużew Arkeoloġiku Nazzjonali ta’ Adrar huwa sors ta' zbuhija ta' estetika u divertiment għal poplu ta' Ateni u viżitaturi tal-belt. Itamos, Acanthus, Liedna, Pyxus, Anġelika, Gilju ta’ l-ilma, Ellissi, Zebbuġ u Ċipress huma wħud mill-700 pjanta mhawwla fil-ġnien.[7]
  • Università tal-Ekonomija ta’ Ateni (ASOEE).
  • Casa di Italia (Konsulat Taljan)
  • id-Dar ta' Maria Callas
  • Il-Bini Neoklassiku Isaias li bhalissa ghandu l-Iskola ta' l-Arti Plakas.[8]
  • L-Acropolis Palace,il-lukanda ta' fama kbira, ġiet mibnija bejn l-1926 u l-1928 u operat bħala lukanda għolja fis-soċjetà ta’ Ateni sal-1980.Hija kienet ġiet iddikjarata bħala bini b'wirt storiku fl-1991. [9] [10]
  • Il-bini tal-Iskola Leontios twaqqaf fl-1923 fil-qieh ta' Triq Patission.[11]
  • Iċ-Cinema Radio City kien famuz ferm fl-1950, specjalment wara z-żjara minn Elizabeth Taylor fl-1958.[12]
  • Stabbilimenti tac-Ċinema “Angela”, “Triannon”, “Athena”, “Minnhom”, “Attika”, “Aello”.
  • L-eqdem appartamenti f’Ateni fl-intersezzjoni bejn Patission u Laskaratou.[13]
  • Il-lukanda Melia (qabel kiened maghrufa bhala Residenza Georgio) fil-kantuniera ta’ Chalkokondyli u Patision.

Toroq importanti f'Ateni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. ^ Synoikies Ton Athenon
  2. ^ Σκιαδάς, Ε. (2001). Οι συνοικίες των Αθηνών. Αθήνα. pp. 491–492. ISBN 978-960-7401-94-6.
  3. ^ Marousi
  4. ^ Patision Istoriki Anadromi
  5. ^ Pathsion Istorias
  6. ^ Patision Istoriki Anadromi
  7. ^ Omorfia tis Patision
  8. ^ Skola ta' l'Arti Zoia
  9. ^ Palace
  10. ^ </Naftemporiki
  11. ^ "https://eall.gr". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2018-07-26. Miġbur 2020-04-04. Ħolqa esterna f'|title= (għajnuna)
  12. ^ Iz-Zjara at' Elizabeth Taylor
  13. ^ Patision