Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz
Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz | |
---|---|
Ħajja | |
Twelid | Aksi (mul) , 27 Ottubru 1824 |
Nazzjonalità | Imperu Russu |
Mewt | Tartu, 20 Ottubru 1902 |
Familja | |
Missier | August Matthias Hagen |
Omm | Johanna Hagen |
Konjuga/i | Ludwig Schwarz (en) |
Ulied |
uri |
Edukazzjoni | |
Alma mater | Università Imperjali ta' Dorpat |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni | pittur |
Post tax-xogħol |
San Pietruburgu Dresden Munich Ruma |
Moviment artistiku | ritratt |
Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz ( 27 ta' Ottubru 1824– 20 ta' Ottobru 1902) kienet pittriċi Ġermaniża tal-Baltiku, primarjament tar-ritratti.[1]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Kienet bint il-pittur August Matthias Hagen [2] ; twieldet waqt li l-ġenituri tagħha kienu fuq eskursjoni tal-pittura. Hija uriet interess bikri fit-tpinġija, u għalhekk missierha ma ħela l-ebda żmien biex jagħtiha il-lezzjonijiet. Wara li ggradwat mill-iskejjel pubbliċi, hija rreġistrat fl-Università ta' Dorpat (issa magħrufa bħala l-Università ta' Tartu), fejn ġiet attirata għall-pittura tar-ritratti.
Wara li ggradwat, hija rċeviet borża ta' studju biex tistudja l-Ġermanja. Bdiet tistudja ma' Friedrich Gonne fi Dresden, imbagħad marret Munich, kisbet pożizzjoni fil-workshops ta' Moritz Rugendas.[3] Tliet snin wara, hi rritornat lejn Tartu u rċeviet borża ta' studju oħra miz-Zar Nicholas I biex tistudja l-Italja. Din id-darba, hija kienet akkumpanjata minn missierha, li ttama li l-klima Taljana tgħin biex ittejjiblu l-vista.
Fl-1854 hi rritornat id-dar[4], diġà artist magħruf minħabba l-parteċipazzjoni tagħha f'diversi wirjiet madwar l-Ewropa. Ftit wara, hija żżewġet l-astronomu Ludwig Schwarz, li aktar tard sar Direttur tal-osservatorju lokali. Il-qamar tal-għasel tagħhom kienet tikkonsisti fi spedizzjoni lejn ix-Xlokk tas-Siberja,[3] li tkopri 600 mil, fejn żewġha kien parti minn tim li jesplora riżorsi minerali u jħejji mappa dettaljata f’isem is-Soċjetà Ġeografika Russa. Kif wieħed kien jistenna, hi ħadet l-opportunità biex tpinġi dak kollu li kien ta' interess.
Fl-1858, hija saret l-ewwel mara eletta għall-Akkademja Imperjali tal-Arti. [3] Wara dan, qattgħet ħafna mill-ħin tagħha f'San Pietruburgu, billi tipparteċipa fl-esibizzjonijiet lokali u nazzjonali kollha. B'kollox, hija pproduċiet aktar minn 700 ritratt.
Pittura magħżula
[immodifika | immodifika s-sors]-
Ritratt ta’ missierha (1870s)
-
Ritratt ta’ żewġha (1870)
-
Ritratt ta' Tifla (1870s)
-
Xebba Taljana fi triqitha lejn Ruma (c.1850)
-
Mara ddoqq il-mandolina (1851)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Reinart, Heili
- ^ ""Julie Wilhelmine Emilie Hagen-Schwarz (1824-1902)". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2020-02-20. Miġbur 2020-04-30.
- ^ a b ċ Brief biography from the University of Tartu Library.
- ^ "Julie Wilhelmine Hagen-Schwarz