Tkabbir tal-Unjoni Ewropea
It-tkabbir tal-Unjoni Ewropea huwa proċess li permezz tiegħu pajjiżi jissieħbu fl-Unjoni Ewropea. S’issa, tnejn u għoxrin pajjiż ingħaqdu mas-sitt membri fondaturi tal-Komunitajiet Ewropej (il-Belġju, Franza, il-Ġermanja, l-Italja, il-Lussemburgu, il-Pajjiżi l-Baxxi)[1]
Kull pajjiż Ewropew li jirrispetta l-valuri tal-UE msemmija fit-Trattat tal-Unjoni Ewropea (TUE) u huwa impenjat li jippromwovihom jista' japplika biex isir membru tal-UE.
Kriterji tal-adeżjoni
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel pass huwa li l-pajjiż jissodisfa l-kriterji tal-adeżjoni. Dawn il-kriterji ġew definiti f'laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Copenhagen fl-1993, u spiss jissejħu l-"kriterji ta' Copenhagen".
Il-kriterji ta' Copenhagen jistabbilixxu numru ta' kondizzjonijiet demokratiċi, ekonomiċi u politiċi għall-pajjiżi li jridu jissieħbu fl-UE:
- istituzzjonijiet stabbli li jiggarantixxu d-demokrazija, l-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u r-rispett u l-protezzjoni tal-minoranzi
- ekonomija tas-suq li tiffunzjona u l-kapaċità tal-pajjiż li jlaħħaq mal-kompetizzjoni u l-forzi tas-suq fl-UE
- il-ħila tal-pajjiż li jwettaq u jimplimenta b'mod effettiv l-obbligi tas-sħubija, fosthom il-konformità mal-għanijiet tal-unjoni politika, ekonomika u monetarja
L-UE teħtieġ ukoll li tkun tista' tintegra membri ġodda.
Mewġiet suċċessivi ta' tkabbir tal-UE
[immodifika | immodifika s-sors]- 2013: il-Kroazja
- 2007: il-Bulgarija u r-Rumanija
- 2004: Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, ir-Repubblika Ċeka, is-Slovakkja, is-Slovenja u l-Ungerija
- 1995: l-Awstrija, il-Finlandja u l-Iżvezja
- 1986: il-Portugall u Spanja
- 1981: il-Greċja
- 1973: id-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit
Benefiċċji tat-tkabbir tal-UE
[immodifika | immodifika s-sors]iktar prosperità għall-istati membri kollha: 3 darbiet aktar skambji kummerċjali bejn stati membri antiki u ġodda, 5 darbiet aktar fost l-
- istati membri l-ġodda
- stabbiltà akbar fl-Ewropa
- aktar saħħa għall-UE fi kwistjonijiet globali
Strateġija għat-tkabbir
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kunsens imġedded dwar it-tkabbir, li ntlaħaq qbil dwaru fil-laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru 2006, ikompli jiggwida l-politika tat-tkabbir tal-UE. Il-mexxejja tal-UE qablu li jsegwu strateġija bbażata fuq:
- il-konsolidazzjoni tal-impenji tal-UE għan-negozjati tal-adeżjoni li għaddejjin
- kundizzjonalità ġusta u rigoruża fl-istadji kollha tan-negozjati mal-pajjiżi kandidati
- aktar trasparenza u komunikazzjoni aħjar biex jiġi żgurat appoġġ wiesa' u sostnut mill-pubbliku
- il-kapaċità tal-UE li tintegra membri ġodda
Matul il-perjodu tal-2014-2020, l-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) jirrapreżenta l-istrument finanzjarju tal-'UE għall-proċess ta’ qabel l-adeżjoni.[1]
Negozjati dwar l-adeżjoni
[immodifika | immodifika s-sors]In-negozjati dwar l-adeżjoni jridu jkunu konklużi qabel Stat Membru ġdid ikun jista’ jissieħeb mal-Unjoni. In-negozjati jridu jseħħu bejn il-ministri u l-ambaxxaturi tal-gvernijiet tal-UE u l-pajjiż kandidat f’dik li tissejjaħ konferenza intergovernattiva.
L-ewwel fażi tinvolvi eżami analitiku rigoruż tal-leġiżlazzjoni 'tal-pajjiż kandidat; in-negozjati mbagħad jipproċedu b’mod metodiku biex iħarsu lejn il-firxa ta’ leġiżlazzjoni tal-UE, li l-pajjiż kandidat irid jadotta, jimplimenta u jinforza. In-negozjati jestendu wkoll għal drittijiet u obbligi oħrajn li l-Istati Membri kollha jridu jaċċettaw - dawn huma magħrufin bħala l-acquis communautaire.
Ir-riformi politiċi u ekonomiċi mwettqa mill-pajjiż kandidat huma ssorveljati u vvalutati regolarment, u l-pass tan-negozjati huwa ddeterminat mir-riżultati. Huwa biss meta l-partijiet kollha jkunu ssodisfati li l-proċess jintemm bl-iffirmar u r-ratifika tat-Trattat tal-Adeżjoni.
Matul il-proċess tan-negozjati dwar l-adeżjoni, il-kandidati u l-pajjiżi kandidati potenzjali jistgħu jingħataw appoġġ permezz tal-Istrument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA). Dan jinkludi numru ta’ programmi transfruntiera mal-Istati Membri tal-UE, li jirriflettu mill-qrib il-funzjonament tal-fondi strutturali.[2]
Il-Balkani tal-Punent
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-laqgħa tiegħu f'Tessaloniki fid-19 u l-20 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill Ewropew afferma d-determinazzjoni tiegħu li jappoġġa bis-sħiħ il-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent.
F'laqgħa tal-Kunsill Ewropew f'Diċembru tal-2006, il-mexxejja tal-UE kkonfermaw li l-futur tal-Balkani tal-Punent huwa fl-Unjoni Ewropea.
Il-Balkani tal-Punent ser isiru parti integrali mill-UE ladarba jkunu kompletament konformi ma':
- il-kriterji tal-adeżjoni
- il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-Proċess ta' Stabbilizzazzjoni u ta' Assoċjazzjoni (PSA)
Fi Frar 2018, il-Kummissjoni Ewropea adottat strateġija għall-Balkani tal-Punent.
Is-summit UE-Balkani tal-Punent sar f'Sofija, il-Bulgarija, fis-17 ta' Mejju 2018. Dan laqqa':
- il-kapijiet ta' stat jew ta' gvern mill-istati membri tal-UE
- il-mexxejja tas-sitt pajjiżi sħab tal-Balkani tal-Punent: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, is-Serbja, il-Montenegro, ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq u l-Kosovo*
Il-mexxejja tal-UE qablu dwar id-dikjarazzjoni ta' Sofija, li s-sħab tal-Balkani tal-Punent allinjaw ruħhom magħha. Huma adottaw ukoll l-aġenda ta' prijoritajiet ta' Sofija, bħala anness għad-dikjarazzjoni, li tiddeskrivi miżuri l-ġodda għal kooperazzjoni akbar fir-reġjun. Waqt is-summit il-mexxejja tal-UE tennew l-appoġġ inekwivoku tagħhom għall-perspettiva Ewropea tal-Balkani tal-Punent. L-UE hija determinata li ssaħħaħ l-appoġġ tagħha għat-trasformazzjoni politika, ekonomika u soċjali tar-reġjun.
Fl-10 ta' Diċembru 2018, il-ministri għall-affarijiet barranin iddiskutew il-Balkani tal-Punent. Wara sena ta' relazzjonijiet intensivi ħafna bejn l-UE u l-Balkani tal-Punent, il-ministri kellhom l-opportunità biex jevalwaw l-involviment u l-kooperazzjoni tal-UE mar-reġjun. Huma fakkru fl-aspettattivi tagħhom għall-passi li jmiss fil-progress tar-reġjun fil-mixja Ewropea tiegħu, b'mod partikolari fir-rigward tal-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.
)==Sitwazzjoni attwali===
- Bidu tan-negozjati għall-adeżjoni
- Is-Serbja - Jannar 2014
- Il-Montenegro - Ġunju 2012
- It-Turkija - Ottubru 2005
- Deċiżjonijiet biex jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni
- L-Albanija - pajjiż kandidat minn Ġunju 2014
- Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq - pajjiż kandidat minn Diċembru 2005
- Kandidati potenzjali
- Il-Bożnija-Ħerzegovina - applikazzjoni mressqa fi Frar 2016
- Il-Kosovo - Il-Ftehim ta' Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni daħal fis-seħħ f'April 2016
Fil-Kunsill
[immodifika | immodifika s-sors]Il-konfigurazzjoni tal-Kunsill Affarijiet Ġenerali (KAĠ) tistabbilixxi u tissorvelja l-proċess tat-tkabbir u n-negozjati tal-adeżjoni tal-UE. Meta pajjiż jippreżenta applikazzjoni biex jissieħeb fl-UE, il-Kunsill jistieden lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta l-opinjoni tagħha dwar din l-applikazzjoni.
Id-deċiżjonijiet tal-KAĠ jiftħu proċedura ta' evalwazzjoni teknika li għandha tiddetermina:
- jekk il-pajjiż jissodisfax il-kriterji neċessarji kollha biex jiġi kkunsidrat bħala kandidat uffiċjali għas-sħubija fl-UE
- jekk in-negozjati formali għas-sħubija jistgħux jinfetħu u jintemmu b'suċċess
- jekk il-pajjiż kandidat jistax jissieħeb fl-UE
Id-deċiżjonijiet kollha meħuda fil-KAĠ biex jiġi evalwat il-progress li jkun sar mill-pajjiżi kandidati jeħtieġu qbil unanimu bejn l-istati membri tal-UE.
Kull sena, il-KAĠ jikkunsidra s-sitwazzjoni tal-proċess tat-tkabbir. Id-diskussjoni u kull deċiżjoni potenzjali jkunu bbażati fuq ir-rapporti dwar il-progress individwali ta' kull pajjiż tat-tkabbir u l-istrateġija annwali dwar it-tkabbir tal-Kummissjoni.
L-aħħar żviluppi
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-24 ta' Marzu 2020, il-ministri għall-affarijiet Ewropej qablu politikament li jinfetħu n-negozjati tal-adeżjoni mal-Albanija u mar-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq. Fil-25 ta' Marzu, il-konklużjonijiet dwar it-tkabbir u l-proċess ta' stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni ġew formalment adottati bi proċedura bil-miktub. Fis-26 ta' Marzu 2020, il-membri tal-Kunsill Ewropew approvaw il-konklużjonijiet.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b Tkabbir, Il-Kummissjoni Ewropea
- ^ Il-Kummissjoni Ewropea - Negozjati dwar l-adeżjoni
- Tkabbir tal-UE, Kunsill tal-Unjoni Ewropea