Greek Shepherd

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
il-Kelb tar-Razza Greek Shepherd
Il-Kelb tar-Razza Greek Shepherd

Greek Shepherd (Grieg: Ελληνικός Ποιμενικός, Ellinikós Pimenikós), hu kelb ta' razza Griega li jieħu ħsieb il-merħla, u jgħasses il-bhejjem fir-reġjuni muntanjużi tal-Grecja.

Deskrizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-kelb Greek Sheepdog huwa kelb ta’ daqs medju sa kbir, b’qawwa fiżika kbira li kapaċi jeskorta qatgħa bhejjem, jiġġieled mal-għadu filwaqt li jżomm l-awtorità. Għandu rasu kbira bil-forma ta' wiċċu kważi wiesgħa daqs kemm hi twila. Ħuġbejh huma wesgħin u fondi. Għandu gidma ta' mqass bil-ġilda ta' xuftejh mitluqa. Huwa miksi b'pil dens u folt. Mhux permess li jinqatgħulu xi parti mill-widnejn u klieb b’widnejn minsusa ma jistgħux jintwerew fil-wirjiet tal-klieb.

Għajnejh huma kannella u f’forma ta’ bajda, imqiegħda b’mod simmetriku f’linji paralleli f'wiċċu, b’distanza komda bejniethom. Dan il-kelb għandu harsa penetranti kalma u ta' serjeta. Għandu sidru wiesa’ u fond daqs l-għoli minn minkbejh. Id-denb huwa oħxon fil-bidu. Uħud għandhom dnub twal filwaqt li oħrajn għandhom truf qosra bla denb. Għandu pil dens u abbundanti. Il-kuluri ta' sufu jinkludu l-iswed, il-kannella fil-griż u l-abjad. Ir-razza qatt ma kienet imrobbija għall-kulur, iżda pjuttost għal skeletru tqil, muskolu tajjeb, u pil oħxon. [1]

Dettalji

Tul: Irgiel 25–29 inches (65–75 cm) Nisa 23–26 inches (60–68 cm)

Toqol: Irgiel 84–110 libbra (38–50 kg) Nisa 70–92 libbra (32–42 kg)

Tul ta' Hajja: Madwar 12 il-sena

Rikonoxxuti minn: KCG, APRI, DRA

Temperament[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kelb Greek Shepherd jista’ ma jkunx ideali għal dawk li ser ikollhom kelb għall-ewwel darba. Bħall-klieb kollha ta’ l-għassiesa tal-bhejjem, dawn għandhom it-tendenza li jkunu ħassieba indipendenti. Huma kkunsidrati kuraġġużi, deċiżiva, leali, u jaħdmu b’sens ta’ dmir u istint protettiv qawwi lejn annimali tal-merħla u l-ambjent tagħhom. B’mod naturali joqogħdu lura, leali lejn ir-ragħaj tal-merħla biss.

Dan il-kelb jista’ jiġi kkaratterizzat bħala l-kelb tar-ragħaj tal-Muntanji Kbar tal-Greċja. Huma ma joqodux ghal imġiba vjolenti jew xi forma ta' taħriġ. Dawn il-klieb huma indipendenti u jeħtieġu taħriġ konsistenti u tghalim intelliġenti. Huma jeħtieġu sidien li jifhmu kif jahdem mohhom li l-prijorita taghhom hi li jħarsu l-qatgħa. Meta mqiegħda f’sitwazzjoni ta’ grupp ta' klieb ohra, dawn huma magħrufa li jsostnu l-pożizzjoni tagħhom ta' awtoria b’mod aggressiv.

Fil-preżenza ta’ persuni li ma jafux dawn juru suspett u ma jagħmlux ħbieb faċilment. Jistgħu jidhru kalmi, iżda jkunu lesti li jħarsu l-interessi taghhom kollha fi kwalunkwe ħin. Meta jipproteġu l-qatgħa tul il-fruntiera, jagħżlu postijiet minn fejn ikunu jistgħu jaraw żona wiesgħa. Huma aggressivi fir-rigward tal-annimali selvaġġi u kapaċi jjzommuhom lura bin-nebha fonda tagħhom. Jekk din-nebha ma tahdimx, ikunu lesti jsegwu l-annimal u jattakkawh. Importanti li meta jkun ghadu zghir dan il-kelb jithallt ma' nies u klieb ohra biex jikber b'temperament affidabbli. Jistgħu jiġu mħarrġa iżda għandhom it-tendenza li jiġġudikaw is-sitwazzjoni huma u mhux dak li jkun ikkmandhom.

Zminijiet tal-Llum[immodifika | immodifika s-sors]

It-tnaqqis fit-trobbija tal-bhejjem u żieda fit-tgħammir ma’ razzez ta' klieb oħra biddli l-karatteristici distintivi tal-Greek Shepherd. Hu stmat li bħalissa hemm inqas minn 3,000 kelb pur ta' din ir-razza fil-Greċja. F’tentattiv ta’ biex tissalva din ir-razza, l-organizazzjoni ARKTUROS (ΑΡΚΤΟΥΡΟΣ) ilha min 1988 timplimenta Programm ta’ Tnissil tal- kelb Greek Shepherd.[2]

Ara Wkoll[immodifika | immodifika s-sors]

Siti ohra[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ dogbreedinfo.com
  2. ^ Arcturos