San Lawrenz (Għawdex)
San Lawrenz (Għawdex) | |||
---|---|---|---|
Malta | |||
| |||
Amministrazzjoni | |||
Stat sovran | Malta | ||
Reġjuni ta’ Malta | Għawdex | ||
Gżira | Għawdex | ||
Ġeografija | |||
Koordinati | 36°03′18″N 14°12′15″E / 36.055°N 14.2042°EKoordinati: 36°03′18″N 14°12′15″E / 36.055°N 14.2042°E | ||
Superfiċjenti | 3.6 kilometru kwadru | ||
Għoli | 131 m | ||
Demografija | |||
Popolazzjoni | 748 abitanti (31 Marzu 2014) | ||
Informazzjoni oħra | |||
bliet ġemellati | Colle Umberto | ||
sanlawrenz.gov.mt |
San Lawrenz huwa raħal u unità amministrattiva ta' Malta, fil-gżira ta' Għawdex. L-isem oriġina minn San Lawrenz ta' Ruma li huwa l-qaddis patrun tal-lokalità. Ir-raħal għandu popolazzjoni ta' 748 ruħ, skont iċ-ċensiment ta' Marzu 2014.
Ir-Riżerva Naturali tad-Dwejra amministrattivament tagħmel parti mir-raħal. B'mod prominenti fir-riżerva hemm il-Ġebla tal-Ġeneral, u fl-imgħoddi reċenti anke t-Tieqa Żerqa li kienet attrazzjoni ewlenija qabel ma ġġarrfet fit-8 ta' Marzu 2017.[1][2]
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ir-raħal ta' San Lawrenz huwa mibni fuq pjanura mdawra bi tliet għoljiet, Għammar, Gelmus and Ta' Dbieġi. Din tal-aħħar hija għolja 195 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar u hija l-ogħla punt ta' Għawdex. Fil-limiti ta' San Lawrenz, hemm ukoll il-bajja tad-Dwejra, li hija magħrufa għall-formazzjonijiet ġeoloġiċi partikolari tagħha.
Ir-raħal kollox ma' kollox irnexxielu jżomm l-istil ta' ħajja tradizzjonali u rurali tiegħu matul iż-żmien.
San Lawrenz huwa wieħed minn żewġ irħula Għawdxin li ssemmew għall-qaddis patrun tagħhom. Ir-raħal l-ieħor huwa dak ta' Santa Luċija. San Lawrenz ġie stabbilit bħala parroċċa fil-15 ta' Marzu 1893. Qabel dik id-data, l-inħawi kienu magħrufa bħala Ta' Ċangura. X'aktarx li l-inħawi kienu ssemmew hekk għal xi kunjom jew laqam ta' familja li kienet tgħix hemm. Id-data tal-oriġini ta' dawn l-inħawi mhijiex magħrufa. Madankollu, l-isem Ta' Ċangura jmur lura sa qabel l-Assedju ta' Għawdex, jiġifieri sa qabel Lulju 1551.
Sa meta San Lawrenz ġie ddikjarat bħala parroċċa fl-1893, kien jifforma parti mill-Għarb. Madankollu, maż-żmien iċ-ċittadini ta' San Lawrenz bdew jiffurmaw komunità separata u b'hekk riedu l-knisja tagħhom. L-ewwel ġebla ta' din il-knisja ġdida tpoġġiet u ġiet ikkonsagrata mill-Isqof Peter Pace fil-21 ta' Novembru 1886. Ir-relikwa ta' San Lawrenz tpoġġiet taħt din il-ġebla. Iċ-ċittadini kollha tar-raħal ħadu sehem fil-kostruzzjoni tal-knisja.
Il-festa tar-raħal ta' San Lawrenz tiġi ċċelebrata kull sena fl-eqqel tas-sajf, għall-ħabta tal-ewwel ġimgħa ta' Awwissu.
Hemm ristorant wieħed, ħanut tal-merċa wieħed u każin lokali (immexxi mill-klabb tal-futbol lokali għall-ġbir tal-fondi).
B'popolazzjoni ta' 748 ruħ (f'Marzu 2014), ir-raħal huwa t-tieni l-inqas popolat f'Għawdex u t-tielet l-inqas mill-irħula tal-Gżejjer Maltin kollha. It-tim tal-futbol lokali huwa s-St. Lawrence Spurs FC.
Toroq prinċipali
[immodifika | immodifika s-sors]- Pjazza San Lawrenz
- Triq Ta' Ċangura
- Triq id-Duluri
- Triq il-Ġebla tal-Ġeneral
- Triq il-Wileġ
- Triq San Lawrenz
Toroq oħra
[immodifika | immodifika s-sors]- Daħlet Pawluzzu
- Pjazza Dwejra
- Trejqa l-10 ta' Awissu
- Trejqet il-Wilġa Ta' Ġidrin
- Triq Dun Salv Portelli
- Triq Għajn Abdul
- Triq Għar Ilma
- Triq ir-Rokon
- Triq it-Torri
- Triq Nikola Monsarrat
- Triq ta' Bieb il-Għar
- Triq Wied Guno
- Triq Wied Merill
Ġemellaġġ
[immodifika | immodifika s-sors]San Lawrenz huwa ġemellat ma':
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ Malta – Guide Verdi Europa (in Italian). Touring Editore. 2007. p. 143. ISBN 9788836533176.
- ^ "Ċensiment tal-popolazzjoni". web.archive.org. 2015-06-21. Arkivjat mill-oriġinal fl-2015-06-21. Miġbur 2022-08-21.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "Twinning". localgovernment.gov.mt (bil-Malti). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2022-08-22. Miġbur 2022-08-21.