Tieqa tad-Dwejra

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
It-Tieqa tad-Dwejra fl-2009

It-Tieqa tad-Dwejra jew it-Tieqa Żerqa kienet arkata naturali fil-gżira ta’ Għawdex. Il-ħnejja naturali li ffurmat tul is-sekli fil-Bajja tad-Dwejra qrib il-bajja interna tad-Dwejra u l-Ġebla tal-Ġeneral, kienet waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin qabel ma waqgħet il-baħar f’maltempata li ħakmet iż-żona fit-8 ta’ Marzu 2017. Il-blata ż-żgħira li għad fadal ’il fuq mil-livell tal-baħar ma għadhiex aċċessibbli bil-mixi. It-Tieqa tad-Dwejra, flimkien ma’ karatteristiċi naturali oħra tal-madwar, dehret f’għadd ta’ films internazzjonali u produzzjonijiet medjatiċi.

Il-ħnejja naturali kienet tikkonsisti minn blata kbira ħierġa mill-baħar qisha pilastru li kienet magħquda mal-irdum permezz ta’ blata orizzontali. It-Tieqa Żerqa nħolqot ħafna snin ilu wara li ċeda s-saqaf ta’ għar naturali, x’aktarx matul is-seklu 19. Iċ-ċediment finali tat-Tieqa fil-baħar ġie wara seklu ta’ erożjoni naturali li bil-mod il-mod kien qiegħed inawwar biċċiet kbar tal-blat tal-franka.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Formazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Wieħed mill-ewwel ritratti tat-Tieqa tad-Dwejra li ħa Richard Ellis lejn l-1890

It-Tieqa tad-Dwejra żviluppat permezz tal-erożjoni tal-irdumijiet mill-qawwa tal-baħar. Kollox jibda minn xaqq żgħir li jirriżulta mill-azzjoni tal-mewġ iħabbat mal-blat. Dan l-ispazju mingħajr blat jikkawża stress tensili diversi drabi li jwasslu għall-formazzjoni ta’ ġontura vertikali li testendi ’l fuq mix-xaqq. Din il-ġontura kulma jmur titwessa’, u l-ewwel tifforma għar u mbagħad eventwalment tifforma arkata. It-tmiem taċ-ċiklu tal-ħajja tal-arkata jintlaħaq meta l-erożjoni tant tkun kielet mill-formazzjoni, li l-artkata tiġi itqal mill-pilastri li jkunu qed jifilħuha u ċċedi.[1] Mhux magħruf eżattament meta l-ħnejja kienet iffurmat, iżda l-proċess kollu x’aktarx li dam madwar 500 sena.[2][3]

It-Tieqa tad-Dwejra ma tissemmiex fid-deskrizzjonijiet tas-sekli 17 u 18 taż-żona tad-Dwejra, li diġà kienet famuża minħabba l-Ġebla tal-Ġeneral viċin tagħha, allura x’aktarx li ma kinitx teżisti dak iż-żmien. Il-ktieb ta’ Giovanni Francesco Abela Della Descrizione di Malta tal-1647 u l-manuskritt ta’ De Soldanis Il Gozo Antico-Moderno e Sacro-Profano tal-1746, it-tnejn li huma jsemmu Tieqa Żerqa (miktuba bl-ortografija arkajka Tieka Szerka)[4] jew Għar iż-Żerqa, iżda x’aktarx li kienu qed jirreferu għad-daħla tal-għar fil-baħar intern tad-Dwejra. Għalhekk, x’aktarx li meta ffurmat it-Tieqa tad-Dwejra, wirtet isem l-għar l-ieħor tal-baħar intern li għadu hemm sa llum.[5]

Id-daħla tal-baħar intern tad-Dwejra

L-iktar dokumentazzjoni antika tat-Tieqa tad-Dwejra hi illustrazzjoni tal-1824 tat-Torri tad-Dwejra. Madankollu, tidher fl-isfond tal-illustrazzjoni, u mhux ċar jekk kinitx għadha għar jew jekk kinitx diġà żviluppat f’arkata. Tpinġija bil-lapes tal-Logotenent Kurunell Richard Irton tat-Tieqa tad-Dwejra ffurmata għalkollox x’aktarx li saret fl-1830.[6] Fl-1866, l-artist Edward Lear żar id-Dwejra u fil-ġurnal tiegħu ddikjara li “ix-xenarju tal-kosta mhuwiex daqshekk sabiħ daqs ix-xenarju ta’ Malta”. L-ewwel ritratti antiki tal-arkata naturali probabbilment ittieħdu minn Richard Ellis, u jinsabu f’album li jappartjeni lil Michael Dundon bid-data tas-26 ta’ Lulju 1879.[7] Ir-ritratt li kien ħa Ellis ġie ppubblikat fi ktieb fl-2011, u juri differenza li tispikka meta mqabbel mar-ritratti tas-sekli 20 u 21.[8]

Matul is-sekli 20 u 21, l-arkata kienet waħda mill-attrazzjonijiet turistiċi ewlenin tal-Gżejjer Maltin, u kienet sfond popolari fir-ritratti ta’ ħafna turisti kif ukoll Maltin u Għawdxin stess. Kienet inkluża f’Żona Speċjali ta’ Konservazzjoni, u fl-1998 ġiet inkluża fil-lista indikattiva ta’ Malta tas-Sit ta’ Wirt Dinji tal-UNESCO, flimkien mal-bqija tal-Bajja tad-Dwejra.[9]

Deterjorament u ċedimenti parzjali[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tieqa tad-Dwejra fl-2006

Bejn is-snin 80 tas-seklu 20 u s-sena 2000, xi partijiet mill-blata orizzontali ta’ fuq tal-arkata ċedew u waqgħu l-baħar, u b’hekk l-arkata twessgħet sew.[1] F’April 2012, biċċa blata kbira fin-naħa ta’ barra tal-arkata waqgħet u l-arkata kompliet tikber.[10][11] F’Marzu 2013, waqgħu xi biċċiet oħra tat-Tieqa u erba’ xhur wara tħejja rapport ġeoloġiku u ġeotekniku mill-konsulent Peter Gatt, li kien jirrappreżenta d-ditta lokali Geoscience Consulting Ltd. Ir-rapport iddetermina li l-arkata kienet “relattivament stabbli u kienet se tibqa’ hekk għal għadd ta’ snin oħra”, u li ma kien hemm l-ebda riskju “imminenti” ta’ ċediment, għalkemm wissa li xi biċċiet oħra setgħu jaqgħu minnha u għaldaqstant setgħet tkun perikoluża għan-nies li joqorbu ħdejn l-arkata.[1][3]

It-Tieqa fl-2013 wara ċ-ċediment parzjali

Fis-snin ta’ wara komplew jaqgħu iktar biċċiet u jiżviluppaw iktar xquq.[12] Is-sajjieda bdew jevitaw li jmorru viċin wisq tal-arkata bid-dgħajjes tagħhom, u tpoġġew sinjali ta’ periklu biex inaffru lin-nies milli jimxu fuqha.[3][13] Madankollu, ħafna nies xorta baqgħu jmorru jimxu fuq it-Tieqa tad-Dwejra regolarment[14], u sal-aħħar jiem baqgħu jittellgħu filmati fuq YouTube ta’ nies jaqbżu l-baħar mit-Tieqa għal isfel.[15][16]

F’Marzu 2016, Gatt wissa li l-użu illegali ta’ splussivi fil-baħar intern tad-Dwejra seta’ jkollu effett fuq it-Tieqa tad-Dwejra li diġà kienet dgħajfa kif inhi. Gatt ressaq il-kummenti tiegħu fid-dawl ta’ investigazzjoni mill-Awtorità tal-Ambjent u l-Ippjanar ta’ Malta li żvelat li “probabbilment kien qed jintuża” materjal splussiv biex jinqata’ l-blat fid-daħla li tagħti għall-baħar intern tad-Dwejra. Kien hemm suspetti li dan il-qtugħ illegali kien qed isir bit-tir li d-daħla titwessa’ sabiex ikunu jistgħu jidħlu dgħajjes ikbar.[17]

F’Diċembru 2016, ġiet ippubblikata ordni ta’ emerġenza li tipprojbixxi lin-nies milli jmorru fuq it-Tieqa tad-Dwejra, u li jiġu mħarrka b’multa ta’ €1,500 jekk ma jirrispettawhiex.[18] Madankollu, din qatt ma ġiet infurzata, u sa Marzu 2017 meta waqgħet, xorta kien hemm min kien baqa’ jmur jimxi fuq l-arkata.[19]

Ċediment finali[immodifika | immodifika s-sors]

L-arkata ċediet għall-ħabta tal-09:40 fit-8 ta’ Marzu 2017 wara perjodu ta’ maltempati qawwija, u ma baqa’ jidher xejn fuq wiċċ il-baħar.[20][21][22] L-ewwel ma ċeda kien il-“pilastru”, u dan wassal biex il-parti ta’ fuq tal-arkata ċċedi wkoll miegħu. Il-pilastru xxaqqaq f’biċċiet kbar tal-blat li issa jinsabu f’qiegħ il-baħar.[23] Jingħad li ċ-ċediment kien inevitabbli.[24]

It-Tieqa tad-Dwejra qabel u wara ċ-ċediment finali tal-2017

Iċ-ċediment ġie rrapportat kemm fuq il-mezzi tax-xandir lokali kif ukoll fuq dawk internazzjonali.[25][20] Il-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Joseph Muscat u l-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien Simon Busuttil, it-tnejn li huma kitbu fuq Twitter dwar il-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra.[26] Barra minn hekk, saru ħafna meme fuq il-internet u fil-midja soċjali lokali proprju fuq dan iċ-ċediment.[27][28] L-Awtorità tal-Ambjent u tar-Riżorsi stqarret li l-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra kienet telfa kbira għall-wirt naturali tal-Gżejjer Maltin. Il-Kummissjoni Ambjentali tal-Knisja ddikjarat li l-waqgħa kellha twassal biex il-poplu Malti u Għawdxi jirrifletti fuq il-wirt naturali tiegħu. Il-kunsill lokali ta’ San Lawrenz ħeġġeġ lill-gvern biex jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni għaż-żona kollha tad-Dwejra, li tinkludi diversi karatteristiċi notevoli oħra minkejja t-telfa tat-Tieqa tad-Dwejra.[29]

Dakinhar taċ-ċediment, il-pulizija appellat biex il-pubbliku ma jżurx iż-żona.[30] L-għadis fiż-żona ġie pprojbit temporanjament, minkejja li dan ma ġiex infurzat u ftit jiem wara tfaċċa filmat tal-fdalijiet tal-arkata f’qiegħ il-baħar. Il-fdalijiet tal-arkata ffurmaw għadd ta’ karatteristiċi li ssejħu bħala “ġenna għall-bugħaddasa”, għalkemm l-Awtorità tat-Trasport u l-Awtorità tal-Ambjent u tar-Riżorsi xorta waħda baqgħu jappellaw biex il-pubbliku ma jersaqx lejn iż-żona qabel jintemmu l-ispezzjonijiet u l-istħarriġ meħtieġa.[24][31]

Wara ċ-ċediment tal-arkata, Gatt sostna li wara li fassal ir-rapport tiegħu, hu kien talab biex ikun hemm monitoraġġ tal-arkata u tal-pilastru għal perjodu ta’ żmien, sabiex iż-żona tiġi studjata u jiġi stabbilit jekk il-pilastru li kien qed jirfed l-arkata kienx qed jiċċaqlaq, “madankollu ma kien hemm l-ebda segwitu u l-kundizzjoni tal-pilastru baqgħet mhux magħrufa”.[32]

Wara ċ-ċediment finali[immodifika | immodifika s-sors]

Fid-9 ta’ Marzu 2017, il-gvern ħabbar li kien se jniedi inizjattiva internazzjonali dwar il-futur tad-Dwejra. L-opzjonijiet li kienu qed jitqiesu kienu jinkludu li s-sit jitħalla kif inhu, li l-fdalijiet tat-Tieqa jitneħħew minn qiegħ il-baħar u jiġu esposti xi mkien[33], li tinħoloq rikostruzzjoni artifiċjali jew bir-realtà awmentata[34], li jiġi stabbilit ċentru ta’ interpretazzjoni jew li tinħoloq xi installazzjoni artistika fis-sit. Il-gvern iddikjara li l-arkata ma kinitx se tinbena mill-ġdid.[35] L-uniku rispons għal din is-sejħa internazzjonali kien tal-iżviluppatur Għawdxi Joseph Portelli, li ppropona l-kostruzzjoni ta’ lukanda f’barriera qrib il-post fejn kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra. Il-proġett kien jinkludi żona ta’ interpretazzjoni, ċentru tal-għadis, mużew interattiv, ċentru ta’ osservazzjoni mill-għoli u faċilitajiet tat-trasport.[36] F’Awwissu 2018 ġie mħabbar li l-gvern ma kienx qed jippjana li jissokta bil-proposta.[37]

Fl-aħħar tal-2018, l-arkitett Russu Svetozar Andreev ta’ Hoteì Russia, b’kollaborazzjoni ma’ Elena Britanishskaya, ħabbar proposta ta’ kostruzzjoni ta’ struttura tal-azzar fis-sit fejn kien hemm it-Tieqa tad-Dwejra. Il-proġett jismu The Heart of Malta (Il-Qalb ta’ Malta) u jikkonsisti minn struttura b’uċuħ poligonali riflessi tal-azzar, bid-daqs u bil-proporzjonijiet ibbażati fuq dawk tal-arkata naturali li waqgħet. L-istruttura suppost se tinkludi ħames sulari b’erja ta’ iktar minn 5,000 m2 ta’ spazju għall-eżibizzjonijiet, b’kull sular jirrappreżenta perjodu differenti mill-istorja ta’ Malta. Spirali ċentrali tikkollega s-sulari flimkien.[38][39][40] Din il-proposta ntlaqgħet minn reazzjonijiet favur u kontra mill-pubbliku. Il-biċċa l-kbira ta’ dawk li wieġbu l-istħarriġ li sar online kienu favur.[41][42] Madankollu, il-proġett ġie kkritikat ukoll peress li ż-żona park tal-baħar u l-proġett kieku jeqred il-fdalijiet tat-Tieqa tad-Dwejra f’qiegħ il-baħar. Barra minn hekk, il-pedamenti jkollhom ikunu fil-baħar f’fond ta’ iktar minn 50 metru, u s-sit jinsab f’żona fejn spiss ikun hemm maltempata qawwija.[42]

F’Awwissu 2019, triq ġdida fir-raħal ta’ San Lawrenz ġiet imsemmija Triq it-Tieqa tad-Dwejra biex tfakkar is-sit naturali li ċeda.[43]

Ġeoloġija[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tieqa tad-Dwejra kienet arkata naturali għolja xi 28 metru u wiesgħa 25 metru. Kienet tinsab f’xifer irdum magħruf bħala l-Irdumijiet tad-Dwejra. L-arkata kienet tal-franka, blata sedimentarja li tinsab kważi kullimkien fil-Gżejjer Maltin u li ġiet depożitata fl-Epoka Oligoċene. L-arkata kienet maqsuma f’żewġ partijiet ewlenin, il-Parti A u l-Parti B. Il-Parti A ffurmat il-bażi u l-pilastri tal-arkata, u l-Parti B iffurmat il-biċċa l-kbira tal-biċċa ta’ fuq mhux mirfuda tal-arkata.[1]

Il-Parti A kellha ħxuna ta’ xi 20 metru, kienet magħmula l-iktar minn fossili ta’ algi ħomor ikkumpattati f’taħlita ta’ franka u kalċite. Fejn kienet tifforma l-arkata, kellha erba’ uċuħ, imsejħa minn A-1 sa A-4, u l-A-2 kien l-eħxen wiċċ. Dawn is-sedimenti ġew iddepożitati bil-mod u l-proċess seħħ taħt il-baħar f’fond ta’ >30 metru b’kurrenti moderati.[1]

Il-Parti B kellha ħxuna ta’ xi 10 metru u kienet tinkludi ħames uċuħ, imsejħa minn B-1 sa B-5. Il-wiċċ B-1 kien jifforma saff irqiq ta’ franka bajda bejn il-Parti A u l-kumplament tal-Parti B li kien pjuttost artab u għalhekk kien jitnawwar iktar faċilment bl-erożjoni. Għalhekk ifforma depressjoni madwar it-Tieqa. Ġie ddepożitat f’ilma baxx bl-azzjoni ta’ ħafna mewġ. L-uċuħ B-2 u B-3 kienu jiffurmaw saff orizzontali oħxon seba’ metri ta’ ġebel u blat imrammel flimkien, li kien poruż u inqas ikkumpattjat. Il-wiċċ B-5 kien jifforma saff oħxon erba’ metri tal-franka u bil-ġebel u l-blat b’konsistenza mtajna mnixxfa biż-żmien, u kien jifforma l-parti mhux mirfuda tal-arkata. L-uċuħ tal-Parti B kien fihom għadd ta’ fossili, fosthom Scutella, Pecten, xewk kbir tar-rizzi u algi bentiċi kbar. Is-saffi kollha tal-Parti B kienu ġew penetrati minn żewġ ġonturi. Fuq il-wiċċ B-5 kien hemm ukoll saff ibridu tal-franka li kien ittiekel ferm bl-erożjoni.[1]

Ritratt panoramiku tat-Tieqa tad-Dwejra u l-madwar fl-2012

L-arkata kienet tinsab viċin il-baħar intern tad-Dwejra, kavità ċirkolari kbira bi ħnejja żgħira fuqha li żviluppat tul ġontura fil-blat. Il-Ġebla tal-Ġeneral, gżejra li ffurmat meta l-pont ta’ arkata naturali waqa’, tinsab fil-qrib ukoll. Fiż-żona hemm ukoll it-Torri tad-Dwejra, torri kostali tal-għassa tas-seklu 17 li nbena mill-Ordni ta’ San Ġwann.[44] Fil-Grigal tad-Dwejra, xi 3.7 km ’il bogħod, hemm ukoll arkata naturali oħra msejħa t-Tieqa tal-Wied il-Mielaħ, li mhix magħrufa daqs it-Tieqa tad-Dwejra.[45][8][1][3]

Dehriet fil-mezzi tax-xandir[immodifika | immodifika s-sors]

It-Tieqa tad-Dwejra dehret f’għadd ta’ films, fosthom Clash of the Titans (1981), The Count of Monte Cristo (2002) u l-film Indjan bit-Tamil Vinnaithaandi Varuvaaya.[46] Dehret ukoll fil-minisensiela tat-televiżjoni The Odyssey (1997).[47][48] Intużat bħala post fejn inġibdet ix-xena tat-tieġ tad-Dothraki fl-ewwel staġun tas-sensiela televiżiva tal-HBO Game of Thrones.[49] Meta nġibed Game of Thrones inqalgħet kontroversja sħiħa minħabba li ekosistema protetta ġiet danneġġata minn sottokuntrattur.[50] F’filmat tar-reklami tad-ditta Hugo Boss tal-2017, David Colturi jidher jaqbeż mit-Tieqa tad-Dwejra u minn dik tal-Wied il-Mielaħ.[51]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b ċ d e f ġ "Geoscience Consulting (July 2013). Geological and geotechnical report on the Azure Window, Gozo: Rock assessment and recommendations on preservation and conservation (PDF) (Report). Ministry for Sustainable Development, the Environment and Climate Change. Arkivjat 08-03-2017" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2017-03-08. Miġbur 2021-02-19. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  2. ^ "Martin, Ivan (19 July 2013). "The Azure Window is still safe... for now". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  3. ^ a b ċ d "Dwejra – A Coastal Nature Park (PDF). Life Project (Report). European Commission. pp. 1–8" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  4. ^ "Ciantar, Giovannantonio (1772). Malta illustrata ovvero descrizione di Malta isola del Mare Siciliano e Adriatico (in Italian). Malta. p. 353". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  5. ^ "Carabott, Sarah (14 March 2017). "Azure Window probably inherited name from nearby less-popular crevice". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  6. ^ "Carabott, Sarah (2 January 2019). "Dwejra's Azure Window was '50 years older' than thought". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  7. ^ "Carabott, Sarah (13 March 2017). "Was the Azure Window really just 140 years old?". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  8. ^ a b Ian Ellis, ed. (2011). Richard Ellis – The Photography Collection: Malta & Gozo. 4. p. 100. ISBN 978-99957-33-29-2.
  9. ^ ""Qawra/Dwejra" - UNESCO". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  10. ^ "Meschini, Maria Celeste (2016). Valentina Diaconale (ed.). "La Finestra Azzurra" (PDF). The Trip (Malta)" (PDF). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  11. ^ ""Part of Dwejra 'Azure window' collapses". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  12. ^ ""A huge part of the Dwejra Window rock collapsed". TVM". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  13. ^ ""Dwejra Azure Window fissure grows, collapse may be close". The Malta Independent". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  14. ^ ""Iconic Azure Window in Dwejra loses another chunk (but people are still walking on it)". The Malta Independent". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  15. ^ "Mizzi, Daniel (27 November 2016). "Rocks fall off picturesque Azure Window after cliff jumper dive". Malta Today". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  16. ^ ""Watch: Rocks fall as man jumps off the Azure Window". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  17. ^ "Ltd, Allied Newspapers. "Expert warns of explosives' impact on Azure Window". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  18. ^ ""€1,500 fine if you step on Azure Window from now on". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  19. ^ ""Dozens trespass across Azure Window without a care in the world". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  20. ^ a b "Morris, Hugh. "Malta's famous Azure Window arch collapses into the sea". The Daily Telegraph". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  21. ^ ""Dwejra Window collapses; geologist says pillar gave way". The Malta Independent". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  22. ^ "Schicluna, Chris; Balmer, Crispian (8 March 2017). "Malta's 'Azure Window' rock formation collapses into the sea". Reuters". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  23. ^ "Caruana, Claire (11 March 2017). "Pillar likely broke into pieces when Azure Window fell". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  24. ^ a b "Grech, Herman (12 March 2017). "Mariners, divers urged to stay clear of Azure Window site, underwater and aerial footage emerges". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  25. ^ ""Malta's Azure Window collapses into the sea". BBC News Online". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  26. ^ ""The Azure Window: lost and gone forever". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  27. ^ ""The Azure Window: humour takes over". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  28. ^ "Grech Urpani, David (8 March 2017). "13 Brutally Hilarious Memes of the Azure Window Collapse". Lovin Malta. Arkivjat 08-03-2017". Arkivjat minn l-oriġinal fl-8 March 2017. Miġbur 19 February 2021. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  29. ^ ""Loss of Azure Window should make us reflect on heritage damage – Church". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  30. ^ ""Police appeal to public not to approach Dwejra Window area". TVM". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  31. ^ ""New video shows shattered Azure Window is now divers' paradise". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  32. ^ ""Updated (2) – Watch: Dwejra Window collapses; geologist says pillar gave way". The Malta Independent". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  33. ^ "Schembri, Gabriel (9 March 2017). "Azure Window collapse – government considering retrieving rock pieces, exhibiting them". The Malta Independent". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  34. ^ "Diacono, Tim (9 March 2017). "Government moots 3D augmented reality reconstruction of Gozo's Azure Window". Malta Today". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  35. ^ ""Dwejra rock will not be rebuilt, but government paves way for 'ideas'". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  36. ^ "Agius, Monique (19 August 2018). "Only one proposal made to Muscat's "international call" – a hotel for Dwejra". Newsbook". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  37. ^ ""Hotel in Dwejra: Will the proposal be accepted?". Newsbook". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  38. ^ ""The Heart of Malta / Project by Svetozar Andreev Studio". Hotei Russia". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  39. ^ "Baldwin, Eric (1 January 2019). "Svetozar Andreev Reimagines Iconic Azure Window as a Metallic Arch". ArchDaily". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  40. ^ "Vella, Matthew (12 December 2018). "Dwejra's Azure Window reimagined into steel structure by Russian". Malta Today". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  41. ^ "Sann, Wong Yoon (31 December 2018). "Malta's famous Azure Window, which was featured in 'Game of Thrones,' collapsed into the ocean, but it could be replaced by a quirky steel structure"". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  42. ^ a b "Cilia, Daniel (22 December 2018). "Dwejra steel structure". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  43. ^ ""Azure Window gets posthumous accolade". The Malta Independent". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  44. ^ ""Dwejra Tower" (PDF). National Inventory of the Cultural Property of the Maltese Islands. Arkivjat 09-01-2018" (PDF). Arkivjat mill-oriġinal fl-2018-01-09. Miġbur 2021-02-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  45. ^ Malta – Guide Verdi Europa (in Italian). Touring Editore. 2007. p. 143. ISBN 9788836533176.
  46. ^ "Khomami, Nadia. "'It's heartbreaking': Maltese mourn collapse of Azure Window arch". The Guardian". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  47. ^ "Andrews, Travis M. "'That sad day arrived': Malta's Azure Window, as seen on 'Game of Thrones,' collapses into sea". The Washington Post". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  48. ^ "Macphail, Cameron. "Malta's Azure Window: Everything you need to know about Gozo's lost arch". The Daily Telegraph". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  49. ^ "Roberts, Josh. "Where HBO's hit Game of Thrones was filmed". USA Today. Arkivjat 01-04-2012". Arkivjat mill-oriġinal fl-2012-04-01. Miġbur 2021-02-20. Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  50. ^ "Peregin, Christian (17 November 2010). "'Total elimination of ecosystem' at Dwejra". Times of Malta". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)
  51. ^ ""La "finestra azzurra" dell'isola di Gozo non-c'è più". AGI". Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna)