Aqbeż għall-kontentut

Kapitali Ewropea tal-Kultura

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Belt Ewropea tal-Kultura)
Rijeka (il-Kroazja) hija l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2020
Galway (l-Irlanda) hija l-Kapitali Ewropea tal-Kultura għall-2020

Il-Kapitali Ewropea tal-Kultura hija belt magħżula mill-Unjoni Ewropea (UE) għal perjodu ta' sena li matulha jiġu organizzati numru ta' avvenimenti kulturali. Huma ħafna l-bliet li sfruttaw dan iż-żmien sabiex ikebbsu l-patrimonju kulturali tagħhom biex b'hekk jerġgħu jtellgħu l-profil tagħhom fuq skala internazzjonali.

Għas-sena 2020, Galway u Rijeka huma l-bliet magħżula għal dan it-titlu.

Melina Mercouri (1985)

L-idea tal-Belt Ewropea tal-Kultura tnediet nhar il-13 ta' Ġunju 1985 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fuq inizzjativa ta' Melina Mercouri, li kienet tkopri l-inkarigu ta' Ministru tal-Kultura fil-gvern Grieg, bħala mezz biex jingħaqdu ċ-ċittadini Ewropej. L-ewwel belt magħżula filfatt kienet Ateni fl-1985. Minn dak iż-żmien, l-inizjattiva kellha iktar suċċess u l-impatt kulturali u soċjo-ekonomiku kiber grazzi għan-numru ta' viżitaturi li żaru l-bliet magħżula. Oriġinarjament, it-titlu ta' dan l-avveniment kien il-Belt Ewropea tal-Kultura, sakemm dan inbidel matul il-presidenza Ġermaniża tal-1999.[1]

Sal-2004, il-kandidati kienu jiġu magħżula fuq bażi intergovernattiv fejn l-istati membri jagħżlu b'mod unanimu l-bliet l-iktar adattati biex itellgħu l-avveniment u l-Kummissjoni Ewropea tiggarantixxi sussidju għall-bliet magħżula kull sena. Mill-2005, l-istituzzjonijiet Ewropej bdew jieħdu sehem fil-proċedura tal-għażla.

Skont studju mħarreġ mill-Kummissjoni fl-2004, dawn wera li l-għażla tal-Kapitali Ewropea tal-Kultura sservi ta' katalist għall-iżvilupp kulturali u t-trasformazzjoni tal-belt.[2] B'hekk, il-benefiċċji soċjo-ekonomiċi u l-impatt fuq il-belt magħżula huma kkunsidrati fl-għażla tal-ibliet.

Sena Belt Pajjiż
1985 Ateni  Greċja
1986 Firenze  Italja
1987 Amsterdam  Pajjiżi l-Baxxi
1988 Berlin  Ġermanja tal-Lvant
1989 Pariġi  Franza
1990 Glasgow  Renju Unit
1991 Dublin  Irlanda
1992 Madrid  Spanja
1993 Antwerp  Belġju
1994 Liżbona  Portugall
1995 Lussemburgu  Lussemburgu
1996 Kopenħagen  Danimarka
1997 Thessaloniki  Greċja
1998 Stokkolma  Żvezja
1999 Weimar  Ġermanja
2000 Avignon  Franza
Bergen  Norveġja
Bologna  Italja
Brussell  Belġju
Ħelsinki  Finlandja
Kraków  Polonja
Praga  Repubblika Ċeka
Rejkjavik  Iżlanda
Santiago de Compostela  Spanja
2001 Rotterdam  Pajjiżi l-Baxxi
Porto  Portugall
2002 Bruges  Belġju
Salamanca  Spanja
2003 Graz  Awstrija
2004 Genoa  Italja
Lille  Franza
2005 Cork  Irlanda
2006 Patras  Greċja
2007 Sibiu  Rumanija
Lussemburgu  Lussemburgu
2008 Liverpool  Renju Unit
Stavanger  Norveġja
2009 Vilnius  Litwanja
Linz  Awstrija
2010 Essen  Ġermanja
Istanbul  Turkija
Pécs  Ungerija
2011 Turku  Finlandja
Tallinn  Estonja
2012 Guimarães  Portugall
Maribor  Slovenja
2013 Marsilja  Franza
Košice  Slovakkja
2014 Riga  Latvja
Umeå  Żvezja
2015 Mons  Belġju
Plzeň  Repubblika Ċeka
2016 San Sebastián  Spanja
Wrocław  Polonja
2017 Aarhus  Danimarka
Paphos  Ċipru
2018 Leeuwarden  Pajjiżi l-Baxxi
Valletta  Malta
2019 Matera  Italja
Plovdiv  Bulgarija
2020 Rijeka  Kroazja
Galway  Irlanda
2021 Timișoara  Rumanija
Eleusis  Greċja
Novi Sad  Serbja
2022 Kaunas  Litwanja
Esch-sur-Alzette  Lussemburgu
2023 Veszprém  Ungerija
2024 Tartu  Estonja
Bad Ischl  Awstrija
Bodø  Norveġja
  1. ^ Kiran Klaus Patel, ed., The Cultural Politics of Europe: European Capitals of Culture and European Union since the 1980s (Londra: Routledge, 2013)
  2. ^ Palmer, Robert (2004). Kummissjoni Ewropea (ed.). "The Palmer Report on the Capitals of Culture from 1995-2004".

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]