Plovdiv

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Plovdiv
 Bulgarija
Amministrazzjoni
PajjiżBulgarija
Oblast of BulgariaPlovdiv Province (en) Translate
Municipality of BulgariaPlovdiv Municipality (en) Translate
Kap tal-Gvern Ivan Totev (en) Translate
Isem uffiċjali Пловдив
Ismijiet oriġinali Пловдив
Kodiċi postali 4000
Ġeografija
Koordinati 42°08′32″N 24°44′29″E / 42.142086°N 24.741454°E / 42.142086; 24.741454Koordinati: 42°08′32″N 24°44′29″E / 42.142086°N 24.741454°E / 42.142086; 24.741454
Plovdiv is located in Bulgaria
Plovdiv
Plovdiv
Plovdiv (Bulgaria)
Superfiċjenti 101.98 kilometru kwadru
Għoli 164 m
Demografija
Popolazzjoni 370,449 abitanti (15 Diċembru 2023)
Informazzjoni oħra
Kodiċi tat-telefon 032
Żona tal-Ħin UTC+2u UTC+3
bliet ġemellati Leipzig, Jeddah, Bursa, Leskovac (en) Translate, Petra, Valencia (en) Translate, Thessaloniki, Gyumri (en) Translate, Kumanovo (en) Translate, Košice, Okayama (en) Translate, Brno, Istanbul, Kutaisi, Luoyang (en) Translate, Oħrid, Poznań, San Pietruburgu, Columbia (en) Translate, Changchun, Samarkanda, Lviv, Shenzhen (en) Translate, Ruma, Kastoria, Yekaterinburg, Ivanovo (en) Translate, Donetsku Daegu
plovdiv.bg

Plovdiv, hi t-tieni l-akbar belt fil-Bulgarija wara Sofija, b'popolazzjoni ta' 341,873. Hi ċ-ċentru amministrattiv tal-Provinċja Plovdiv fin-nofsinhar tal-Bulgarija, kif ukoll l-akbar u l-iżjed belt importanti fir-reġjun storiku ta' Thrace ta' Fuq, famuż għall-kultura antika u diversa u l-istorja millenjali.

Ġeografija u Isem[immodifika | immodifika s-sors]

Plovdiv tinsab fuq ix-xatt tax-xmara Maritsa fil-parti ċentrali ta' Thrace ta' Fuq. Il-kampanja tal-madwar hi nieqsa mill-populazzjoni, għalkemm il-belt dejjem tikber, sa kemm, hi bħal Ruma issa f'bejta madwar sebgħa għoljiet. Għalkemm, it-turisti jirnexilhom jgħoddu biss sitta minnhom, peress li waħda mill-għoljiet inqerdet fil-bidu tas-seklu 20, u issa fadal biss ftiet ġebel li juri din l-għolja fejn kienet.

Matul l-istorja twila tagħha Plovdiv kienet abitata minn nies li tawha ismijiet differenti: fit-Thracian jgħidulha Eumolpias, Pulpudeva; bil-Grieg jgħidulha Filippowpoli u bit-Tork Filibe. Din il-belt bl-Ingliż kienet magħrufa bħalha Philoppopolis sal-bidu tas-seklu 20.

Klima[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-sajf il-klima tkun verament sħuna u xotta, u fox-xiwa tkun ġeneralment umda, imma ġieli tkun ukoll verament kisħa. L-iktar xahar li tagħmel xita fih hu Ġunju b'medja ta' 65mm, filwaqt li l-aktar xahar xott hu Awissu b'medja ta' 27mm. It-temperatura medja ta' matul il-jum f'Lulju tkun 36 grad, filwaqt li f'Jannar tkun 5 gradi. L-iżjed temperatura li qatt ġiet irrekordjata hi 46.7 gradi, u l-anqas waħda hi dik ta' -31.5 gradi.

Kultura[immodifika | immodifika s-sors]

Mużewijiet u Siti Protetti[immodifika | immodifika s-sors]

Plovdiv fih aktar minn 200 sit arkeoloġiku, li 30 minnhom huma t'importanza nazzjonali. Uħud minn dawn is-siti arkeoloġiċi jinkludu t-Teatru Ruman (tal-bidu tas-seklu 2 W.K.) u l-iStadjum (ta' l-aħħar snin tas-seklu 2 W.K.), il-mużajk magnifiku kkulurit tal-villel, il-wieħed tat-tempju episkopali, il-kumpless arkeoloġiku ta' Nebet Tepe u simbolu ta' l-Arkitetura Nazzjonali Bulgura bħal id-Dar Balabanov, id-Dar Kuyumdzhiev, id-Dar Lamartine, u d-djar ta' Georgiadi, Nedkovich, u Hindian.

Ta min isemhi ukoll li hemm aktar minn 30,000 artifatt kulturali, li jinżamgħu fil-ħames mużewijiet ta' Plovdiv: il-Mużew Arkeoloġiku, il-Mużew Storiku, il-Mużew Naturali u l-Gallarija ta' l-Arti. it-Teżor tad-Deheb Panagyurishte li jmur lura għas-sitt seklu Q.K. jinkonsisti f'sitt affarijiet bżonnjużi tad-deheb li flimkien jiżnu 6,000kg.

Il-parti antika ta' Plovdiv hi sit ta' priservazzjoni storika magħrufa għall-istil arkitetoniku tar-Rinaxximent Bulgaru. Il-parti antika għandha wesgħa ta' tliet għoljiet ċentrali - in-Nebet Tepe, id-Dzhambaz Tepe u t-Taksim Tepe. Kważi kull dar fil-parti l-antika hi mimlijha bid-dekor intern u estern.

Il-Mużew Bulgaru ta' l-Avjazzjoni jinsab fit-tarf tal-punent ta' l-Ajruport Internazzjonali ta' Plovdiv.

Knejjes, Moskei u Tempji[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm numru sew ta' knejjes tas-seklu 19, li ħafna minnhom japartjenu l-istil arkitetoniku tal-knisja Ortodossa tal-Lvant. Dawn huma l-knejjes ta' San Kostantinu u Santa Liena, ta' Santa Marina, ta' Nedelja, ta' Santa Petka u tal-Madonna Omm Alla. F'Plovdiv isib ukoll katidralli tal-knisja Kattolika Rumana, l-akbar wieħed minnhom hu ta' San Ludoviku. Hemm knejjes moderni ukoll tal-Metodisti, Battisti, Presbiterjani, u knejjes Protestanti oħra, kif ukoll knejjes Appostoliċi ta' stil eqdem. F'Plovdiv fadal ukoll żewġ moskei minn ta' żmien l-Imperu Ottoman. Hemm ukoll sinagoga waħda.

Teatru[immodifika | immodifika s-sors]

l-infrastrutura eżistenti tal-belt iżied ma' l-iżvilupp t'attivitajiet kulturali.il-Plovdiv Drama Theatre, jinsab f'idejn l-ewwel grupp professjonali ta' teatru fil-Bulgarija, li twaqqaf fl-1881. il-Plovdiv Puppet Theatre, fetaħ fl-1948, jibqa' wieħed mill-ewwel istituzzjonijiet f'dan il-ġeneru. Fl-1953 twaqfet il-Plovdiv Opera li tat wirjiet professjonali mhux biss fil-Bulgarija, imm' anki fil-Ġermanja, Danimarka, Spanja u fl-Italja.

Xiri[immodifika | immodifika s-sors]

F'dan l-aħħar snin inbnew diversi hypermarkets kbar fosthom: Metro, Kaufland, Sany, Praktiker, Billa, Mr. Bricolage u oħrajn. Diversi oħra qegħdin fuq il-pjanta jew taħt kostruzzjoni, fosthom żewġ malls kbar. Iż-żona prinċipali tax-xiri hi t-triq ċentrali b'diversi ħwienet, kaffeteriji, u restoranti. Hemm ukoll diversi malls tax-xiri u ċentri ta' negozju.

Trasport[immodifika | immodifika s-sors]

Hemm żewġ toroq ewlenin li jgħaddu minn jew qrib Plovdiv, ir-rotot Sofja-Edirne-Istanbul u Sofja-Stara Zagora-Burgas. Bħala ċentru turistiku Plovdiv jinsab fil-qiegħ tal-Muntanji Rhodope, u ħafna nies li jħobbu jiskopru l-muntanji jagħżluh bħala l-ewwel post taż-żjara tagħhom. Hemm tliet stazzjonijiet tal-ferrovija u tliet vendi tax-xarabanks.

Plovdi għandu sistema ta' trasport pubbliku estensiva u żviluppata ħafna, li jinkludu xarabanks u trenijiet. Uħud minn dawn il-linji joħorġu f'diversi villaġġi madwar il-belt. In-noll tax-xarabank u t-tren regolari hu 60 Stotinki kull rikba, imma il-'cab car-pools' iqumu 70 Stotinki r-rikba. il-'cab car-pooling' hu iżjed veloċi, imma anqas komdu, peress li l-vaguni joqgħodu jwaqfu biex irikbu/iħottu kull lok.

Gallery[immodifika | immodifika s-sors]