Cristiano Ronaldo
Dan l-artiklu jew sezzjoni għandu bżonn jiġi aġġornat. Partijiet minn dan l-artiklu huma obsoleti jew jiddiskutu avvenimenti li issa huma fil-passat. Immodifika dan l-artiklu sabiex ittejbu jew żur il-paġna ta' diskussjoni għal aktar dettalji. |
- Għal nies oħra bl-isem ta' Ronaldo, ara Ronaldo (diżambigwazzjoni).
Cristiano Ronaldo mal-Portugall fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018 | |||
Informazzjoni personali | |||
---|---|---|---|
Isem sħiħ | Cristiano Ronaldo dos Santos Aveiro | ||
Twelid | 5 ta' Frar 1985 Funchal, Portugall | ||
Tul | 1.86 m | ||
Rwol | Attakkant | ||
Informazzjoni fuq il-klabb | |||
Klabb attwali | Manchester United | ||
Mixtliet | |||
1992–1995 | CF Andorinha | ||
1995–1997 | CD Nacional | ||
1997–2002 | Sporting CP | ||
Karriera professjonali | |||
Snin | Klabb | ||
2002–2003 | Sporting CP | ||
2003–2009 | Manchester United | ||
2009–2018 | Real Madrid | ||
2018–2021 | Juventus | ||
2021– | Manchester United | ||
Tim nazzjonali | |||
2001 | Portugall U15 | ||
2001–2002 | Portugall U17 | ||
2003 | Portugall U20 | ||
2002–2003 | Portugall U21 | ||
2004 | Portugall U23 | ||
2003– | Portugall |
Cristiano Ronaldo dos Santos Aveiro (Funchal, 5 ta' Frar 1985), magħruf aħjar bħala Cristiano Ronaldo, huwa plejer tal-futbol Portugiż li jilgħab mat-tim Ingliż ta' Manchester United u mat-tim nazzjonali tal-Portugall. Ronaldo ingħaqad ma' Real Madrid fis-sajf tal-2009, wara li dawn tal-aħħar offrew is-somma rekord ta' £80 miljun (€93.9 miljun) għas-servizzi ta' dan il-plejer. Barra minn hekk, il-kuntratt tiegħu ma' Real Madrid, fejn jitħallas €12-il miljun fis-sena, jagħmlu l-iktar futboler imħallas fid-dinja.
Ronaldo beda l-karriera tiegħu ma' Andorinha, fejn lagħab magħhom għal sentejn qabel ma ngħaqad ma' CD Nacional. Fl-1997, issieħeb mal-ġganti Portugiżi ta' Sporting. Ronaldo ġibed l-attenzjoni tal-kowċ ta' Manchester United Alex Ferguson, li ffirmah għal £12.24 miljun (€15-il miljun) fl-2003. L-istaġun ta' wara, Ronaldo reabaħ l-ewwel unur tiegħu, l-FA Cup. Hu lagħab ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2004 mal-Portugall u skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu fil-ġurnata tal-ftuħ tat-turnew kontra l-Greċja, barra li għen lill-Portugall jilħqu l-finali.
Rebbieħ fl-2007 tal-unuri tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, u t-tielet fl-istess sena tal-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA, Ronaldo hu mħares bħala wieħed mill-akbar talenti tal-ġenerazzjoni tiegħu.[1] Ronaldo rebaħ ukoll l-unur tal-2008 tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u kif ukoll l-Plejer tas-Sena tal-FWA.[2][3]
Bijografija
[immodifika | immodifika s-sors]Ronaldo twieled f'Funchal, Madeira, il-Portugall, l-iżgħar wild ta' Maria Dolores dos Santos Aveiro u José Dinis Aveiro. It-tieni isem tiegħu għażluh il-ġenituri ad unur Ronald Reagan, attur preferut ta' missieru u President tal-Istati Uniti ta' dak iż-żmien.[4] Hu għandu ħuh ikbar, Hugo (t. 1975), u żewġt aħwa bniet ikbar minnu, Elma (t. 1974) u Liliana Cátia (t. 1976).[5]
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Bidu tal-karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa beda jilgħab il-futbol ta' tliet snin, u meta beda l-iskola primarja fl-età ta' sitt snin, il-passjoni lejn l-isports kienet ħaġa evidenti. Fi tfulitu kien it-tim favorit tiegħu kien SL Benfica, minkejja li l-ewwel tim professjonali tiegħu kien ir-rivali ta' dan l-istess tim, Sporting CP. Ta' tmien snin beda jilgħab ma' Andorinha, u fl-1995, meta kellu għaxar snin, bil-mod il-mod ir-reputazzjoni tiegħu fil-Portugall bdiet tikber. Iż-żewġ timijiet ta' Madeira, CS Marítimo u CD Nacional kienu nteressati biex iġibuh fit-tim. Marítimo, l-ikbar tim, tilef laqgħa importanti u b'hekk Ronaldo sar plejer ta' Nacional. Wara huwa mar tliet ijiem ta' prova ma' Sporting Lisbon hu ttrasferixxa mat-tim.[6]
Sporting Clube de Portugal
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa għamel id-debutt ma' Sporting kontra Moreirense u skorja doppjetta. Il-prestazzjoni tiegħu ma' Sporting u mat-tim nazzjonali Portugiż ta' taħt id-dsatax-il sena, wasslet għal interess kbir f'dan il-plejer emerġenti. Il-kowċ ta' Liverpool, Gérard Houllier, innota il-kwalità ta' dan il-plejer, però minħabba n-nuqqas ta' esperjenza flimkien mal-età tenera naqqsu li jkun hemm interess reali min-naħa tal-klabb Ingliż. Fis-sajf tal-2003, wara l-logħba ta' inawgurazzjoni għall-grawnd Alvalade XXI ta' Sporting kontra Manchester United, li għall-kronaka ntemmet 3–1 f'favur it-tim Portugiż, Alex Ferguson tefa' ħarstu fuq it-tfajjel Ronaldo. Ronaldo wera li kellu abilità li jilgħab fuq iż-żewġ naħat tal-grawnd. Wara l-logħba, il-plejers ta' Manchester United tkellmu b'entużjażmu fuq dan il-talent iż-żgħir, u ma qalux le għaċ-ċans li xi darba isibuh bħala parti mill-iskwadra tagħhom.[7]
Manchester United
[immodifika | immodifika s-sors]2003–2005
[immodifika | immodifika s-sors]Wara li David Beckham ħalla lil Manchester United għal avventura ġdida ma' ohtu fic-cinema, Ferguson għamel l-akkwist ta' Ronaldo billi partu ma bintu ghas somma ta' £12.24 miljun biex sar l-ewwel bniedem Portugiż li qatt lagħab mat-tifla tal-kowc.[8] Hu ried li n-numru tal-flokk tiegħu ikun 28 (l-istess numru li kellu fiż-żmien li qatta' ma' Sporting), hekk kif ma riedx li fuqu jkollu dik il-pressjoni minħabba li n-numru 7 li Ferguson xtaq li jilgħab bih, kienu libsuh uħud mill-aqwa plejers ta' kull żmien ta' United bħal George Best, Bryan Robson, Eric Cantona u David Beckham.[9]
Ronaldo iddebutta bħala sostitut fis-60 minuta fir-rebħa ta' 4–0 fuq Blackburn Rovers bħala sostitut fis-60 minuta. L-ewwel gowl tiegħu wasal minn free-kick dirett fir-rebħa ta' 3–0 kontra Portsmouth fl-1 ta' Novembru 2003. Nhar id-29 ta' Ottubru 2005, fit-telfa ta' 4–1 kontra Middlesbrough, hu skorja l-uniku gowl ta' United li kien l-elf gowl tal-klabb fil-Premier League. F'dak l-istaġun Ronaldo ħalla l-marka tiegħu għal għaxar darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha.
2006–2007
[immodifika | immodifika s-sors]F'Novembru u Diċembru tal-2006, Ronaldo irċieva żewġ unuri konsekuttivi tal-Plejer tax-Xahar, fejn sar it-tieni plejer fl-istorja tal-Premier League li għamel dan, wara li dan l-istess pass għamluwh Dennis Bergkamp fl-1997 u Robbie Fowler fl-1996.[10][11] Hu skorja l-50 gowl tiegħu ma' Manchester United kontra r-rivali lokali ta' Manchester City hekk kif United kisbu l-ewwel titlu tal-Premier League f'erba' snin.
Minkejja għajdut li ċċirkulaw f'Marzu tal-2007 li Real Madrid kienu lesti li joffru €80 miljun għal Ronaldo,[12] fit-13 ta' April hu iffirma estensjoni tal-kuntratt għal ħames snin oħra, bi qligħ ta' £120,000 fil-ġimgħa (total ta' £31 miljun fis-sena), biex sar l-aktar plejer imħallas fl-istorja tal-klabb.[13][14] F'dak l-istaġun, Ronaldo rebaħ numru ta' unuri personali li jinkludu l-unuri tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, fejn ingħaqad ma' Andy Gray bħala l-uniċi plejers li rċevew dawn iż-żewġ unuri flimkien.[15] F'April, hu kompla t-tripletta personali fejn rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA magħżul mill-partitarji. Ronaldo kien wieħed mis-seba' plejers ta' Manchester United li spiċċaw fost it-Tim tas-Sena tal-PFA 2006–07.
2007–2008
[immodifika | immodifika s-sors]L-istaġun 2007–08 ta' Ronaldo beda b'karta ħamra għal allegat daqqa' ta' ras fuq il-plejer ta' Portsmouth Richard Hughes matul it-tieni partita tal-istaġun ta' United, u ġie sospiż għal tliet partiti.[16] Ronaldo stqarr li kien "tgħallem ħafna" minn din l-esperjenza u ma kienx se jħalli li fil-futur il-plejers jibqgħu jipprovokawh.[17] Wara li skorja l-uniku gowl fil-konfront barra minn darhom kontra Sporting fiċ-Champions League, fil-partita ġewwa Old Trafford hu reġa' ħalla l-marka tiegħu b'gowl fil-ħin mogħti żejjed biex poġġa lil United fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp.[18]
Hu spiċċa fit-tieni post wara Kaká fil-klassifika finali tal-Ballun tad-Deheb,[19] waqt li spiċċa fit-tielet post għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA wara Kaká u Lionel Messi.
Ronaldo skorja l-ewwel tripletta personali ma' Manchester United fir-rebħa ta' 6–0 kontra Newcastle United ġewwa Old Trafford, nhar it-12 ta' Jannar 2008, biex tefa' lil United fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League.[20] Hu skorja t-tlieta u għoxrin gowl tal-istaġun fir-rebħa ta' 2–0 fuq Reading, fejn ugwalja l-istess numru ta' gowls li kien skorja fl-istaġun preċedenti.[21] Matul il-konfront mill-ewwel rawnd eliminatorju tal-UEFA Champions League kontra Lyon, ta' nhar l-20 ta' Frar, partitarju inidentifikabbli ta' Lyon kontinwament immira lejżer aħdar lejn Ronaldo u sieħbu Nani, fejn wassal għal investigazzjoni mill-UEFA.[22] Xahar wara, Lyon ġew immultati £2,427 għal dan l-inċident.[23]
Nhar id-19 ta' Marzu 2008, Ronaldo għall-ewwel darba kien kaptan ta' United fir-rebħa ġewwa darhom kontra Bolton, fejn skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0.[24] It-tieni wieħed kien it-33 wieħed tal-istaġun, li wassal għal rekord ġdid tal-klabb għall-aktar numru ta' gowls skurjati minn midfilder fi staġun wieħed, rekord preċedentament f'idejn George Best u li kien ilu aktar minn 40 sena ma jingħeleb, meta fl-istaġun 1967–68 Best kien skorja 32 gowl.[25] Fid-29 ta' Marzu, Ronaldo skorja doppjetta oħra fir-rebħa ta' 4–0 fuq Aston Villa, biex ir-rendiment attwali għall-istaġun kien ta' 35 gowl f'37 logħba domestika u Ewropea. Il-forma tajba tiegħu kompliet sejra u fl-aħħar tal-istaġun ġie onorat biż-Żarbuna tad-Deheb.[26]
Fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 li saret fil-21 ta' Mejju kontra r-rivali Chelsea, Ronaldo skorja l-gowl tal-ftuħ fis-26 minuta, li ġie ikkanċellat bil-gowl tal-pari tal-Blues fil-45 minuta. Il-partita wara l-ħin normali u dak supplementari ntemmet fi skor ta' 1–1. Waqt l-għoti tal-penalties, l-iżball tiegħu wassal lil Chelsea f'punt li kienu qrib ir-rebħ tat-trofew, imma John Terry falla fil-penalty deiċiżiv, u Manchester United ħarġu rebbieħa 6–5. Il-partitarji tawh l-unur tal-Plejer tal-Partita[27] u għalaq staġun mill-aqwa bi 42 gowl f'kull kompetizzjoni, erba' gowls biss 'il bogħod mir-rekord ta' Denis Law (46 gowl) fl-istaġun 1963–64.
2008–2009
[immodifika | immodifika s-sors]Fil-5 ta' Ġunju 2008, Sky Sports irrapuraw li Ronaldo wera x-xewqa li fl-istaġun segwenti jilgħab ma' Real Madrid jekk dawn tal-aħħar kienu lesti li joffru l-istess somma li kienet ġiet stipulata fil-bidu tas-sena.[28] Nhar id-9 ta' Ġunju, Manchester United għamlu ilment lill-FIFA bir-raġuni wara dan l-ilment ikun li Real Madrid kienu qed jagħmlu minn kollox biex "jisirqu" lil Ronaldo, minkejja li l-FIFA naqset li tieħu azzjoni.[29][30] Dan l-għajdut kompla jiddomina s-suq tat-trasferimenti tas-sajf kollu, sakemm fis-6 ta' Awwissu Ronaldo ikkonferma l-ħsieb tiegħu li jibqa' f'Manchester tal-anqas għal staġun ieħor.[31]
Fis-7 ta' Lulju, ġewwa Amsterdam, Ronaldo għamel operazzjoni fl-għaksa ta' saqajh u sussegwentament tilef il-bidu tal-istaġun 2008–09.[32] Hu rritorna fl-azzjoni fis-17 ta' Settembru fil-pari ta' mingħajr gowls kontra Villareal FC fil-UEFA Champions League, fejn daħal bħala sostitut għal Park Ji-Sung,[33] u skorja l-ewwel gowl tal-istaġun il-ġdid kontra Middlesbrough fit-Tielet Rawnd tal-Carling Cup f'Old Trafford, partita li Manchester United rebħu 3–1.
Ronaldo skorja l-100 u l-101 gowl f'kull kompetizzjoni għal Manchester United fir-rebħa ta' 5–0 fuq Stoke City nhar il-15 ta' Novembru 2008, biż-żewġ gowls jaslu kollha minn free-kicks diretti.[34] Dawn il-gowls ifissru wkoll li b'hekk Ronaldo skorja kontra d-dsatax-il tim l-ieħor tal-Premier League ta' dak l-istaġun. Fit-2 ta' Diċembru 2008, Ronaldo sar l-ewwel plejer ta' Manchester United li rċieva l-Ballun tad-Deheb minn mindu George Best rebaħ dan l-unur prestiġjuż lura fl-1968. Hu spiċċa b'446 punt, 165 punt fuq it-tieni klassifikat Lionel Messi.[35] Fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008 ingħata l-unur tal-Ballun tal-Fidda wara l-kampanja trijonfanti li United għamlu f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.[36]
Nhar it-8 ta' Jannar 2009, Ronaldo safa' involut f'inċident tat-traffiku fil-karozza Ferrari tiegħu qrib l-Ajruport ta' Manchester. L-uffiċjali tal-pulizija ikkonfermaw li hu ma kien taħt l-ebda effett tal-alkoħol u minkejja li l-karozza spiċċat imfarrka, hu xorta waħda attenda s-sessjoni ta' taħriġ li kellu filgħodu.[37] Għall-istaġun preċedenti, Ronaldo kompla jikseb il-konfermi ta' sena mill-aqwa għalih, meta fit-12 ta' Jannar 2009 sar l-ewwel plejer tal-Premier League li rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-FIFA, fejn għeleb l-isfidi tal-plejers Kakà tal-Milan, Fernando Torres tal-Liverpool u Lionel Messi u Xavi ta' Barcelona, u sar ukoll l-ewwel Portugiż li rebaħ dan l-unur wara Luís Figo li rebħu fl-2001.[38]
Ronaldo skorja l-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun fil-UEFA Champions League, u l-ewwel wieħed mill-gowl fil-finali kontra Chelsea, fir-rebħa ta' 2–0 fuq l-Inter li tefa' lil United fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni. Il-forma tajba tiegħu kompliet b'doppjetta fil-kampjonat kontra Aston Villa tal-5 ta' April 2009, partita li ntrebħet mit-tim ta' United bl-iskor ta' 3–2 bil-gowl rebbieħ jasal mid-debuttant Federico Macheda. Fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Porto, Ronaldo skorja gowl sensazzjonali minn madwar 40 metru 'l bogħod biex assigura lil United post fis-semifinali. Il-forma tajba f'din il-kompetizzjoni kompliet sejra fejn fit-tieni leg tas-semifinali kontra l-Arsenal, ġewwa l-Emirates Stadium, Ronaldo skorja darbtejn (b'wieħed minnhom ikun free-kick dirett minn madwar 40 metru) biex United ħarġu 3–1 rebbieħa u ħadu post fil-finali tal-kompetizzjoni.[39]
Nhar il-11 ta' Ġunju 2009, Manchester United aċċettaw offerta ta' £80 miljun min-naħa ta' Real Madrid għal Ronaldo.[40]
Real Madrid
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-26 ta' Ġunju 2009, Real Madrid ikkonfermaw li Ronaldo se jingħaqad mal-klabb fl-1 ta' Lulju 2009, wara li qabel mat-termini u ffirma kuntratt ta' sitt snin.[41] Hu mifhum li l-kuntratt ta' Ronaldo se jiswa €13-il miljun kll staġun u se jkollu klawżola reċissorja ta' €1 biljun.[42] Hu ġie ppreżentat lill-istampa dinjija bħala plejer ta' Real Madrid fis-6 ta' Lulju 2009,[43] u ġie mogħti l-flokk numru 9,[44] milbus preċedentament minn Javier Saviola. Il-flokk kien ippreżentat lilu mil-leġġenda Madridista Alfredo di Stéfano.[45] Ronaldo ġie milqugħ minn 80,000 benjamin li attendew il-preżentazzjoni fis-Santiago Bernabéu, fejn din iċ-ċifra għaddiet r-rekord ta' 75,000 partitarju li kienu attendew il-preżentazzjoni ta' Diego Maradona fl-Italja, meta dan tal-aħħar għadda minn Barcelona għal Napoli fl-1984.[46] Nhar id-29 ta' Awwissu, il-ġurnata tad-debutt ta' Ronaldo fil-kampjonat Spanjol, hu ħalla l-marka tiegħu permezz ta' gowl minn penalty fir-rebħa ta' 3–2 kontra Deportivo La Coruña.[47] L-avventura ma' Real Madrid fiċ-Champions League bdiet b'żewġ gowls kontra FC Zürich f'rebħa ta' 5–2.[48] Permezz ta' doppjetta fil-kampjonat kontra t-tim prmoss ta' Xerez fir-rebħa ta' 5–0 tal-20 ta' Settembru, u gowl ieħor kontra Villarreal, hu kiser ir-rekord tal-klabb fejn sar le-wwel plejer li skorja fl-ewwel erba' partiti tal-istaġun.[49] Fl-10 ta' Ottubru 2009, waqt l-impenn mat-tim tal-Portugall kontra l-Ungerija[50] huwa weġġa' u kien mistenni li jdum barra bejn xahrejn u tliet xhur. Ir-ritorn tiegħu fl-azzjoni wasal fil-partita valida għall-UEFA Champions League kontra FC Zürich fil-25 ta' Novembru.
Internazzjonali
[immodifika | immodifika s-sors]Ronaldo għamel id-debutt internazzjonali f'Awwissu tal-2003 fir-rebħa ta' 1–0 fuq il-Każakistan. Hu ġie msejjaħ fost l-iskwadra Portugiża magħżula għall-Kampjonati Ewropej 2004, fejn skorja l-uniku gowl tal-Portugall fit-telfa ta' 2–1 kontra l-Greċja fil-partita tal-ftuħ, u anki l-ewwel gowl tas-semifinali kontra l-Olanda, meta l-Portugall rebħu 2–1. Il-finali rat għat-tieni darba f'dik l-edizzjoni lill-Portugall jiltaqgħu mal-Greċja fejn għal darb'oħra, b'sorpiża, il-Griegi ħarġu rebbieħa. Minkejja li Ronaldo naqas li jżid maż-żewġ gowls li kien diġà skorja, il-prestazzjoni tiegħu tatu post fit-tim tat-turnew.[51] Ronaldo rrappreżenta lill-Portugall fl-Olimpjadi tas-sajf tal-2004.
Tazza tad-Dinja 2006
[immodifika | immodifika s-sors]Ronaldo kien it-tieni l-aqwa skorer taż-żona Ewropea waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 b'7 gowls. Fil-fażi finali tal-kompetizzjoni, Rnaldo skorja l-ewwel gowl personali fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Iran minn penalty.[52] Fir-rawnd suċċessiv, fil-partita kontra Olanda, hu kellu jiġi sostitwit minħabba li weġġa' wara daħla minn Khalid Boulahrouz.[53] Però hu rritorna għall-konfront ta' wara kontra l-Ingilterra tal-1 ta' Lulju 2006, fejn din il-logħba kienet karraterizzata mill-karta ħamra murija lill-plejer Ingliż Wayne Rooney. L-istampa Ingliża ħarġet xniegħat li Ronaldo influwenza d-deċiżjoni tar-referi Horacio Elizondo bl-aġir aggressiv tiegħu, u wara deher jgħammeż lill-bankina Portugiża wara t-tkeċċija ta' Rooney. Wara l-partita, Ronaldo insista li Rooney kien ħabib u ma kienx qed jippersisti sabiex jiġi mkeċċi.[54] Fl-4 ta' Lulju, Elizondo iċċara li l-karta l-ħamra kienet minħabba l-infrazzjoni ta' Rooney u mhux minħabba l-frakass bejn Rooney u Ronaldo.[55]
Ir-reazzjoni irrabbjata min-naħa tal-istampa Ingliża wasslet lil Ronaldo biex jikkunsidra jekk jitlaqx lil United,[56] u allegatament qal lill-gazzetta sportiva Spanjola Marca li hu xtaq li jittrasferixxi lejn Real Madrid.[57] Bħala tweġiba għal din, Ferguson bagħat lill-assistent kowċ Portugiż Carlos Queiroz biex jitkellem ma' Ronaldo u jipperswadih biex ibiddel ħsiebu.[58] Ronaldo iddeċieda li jibqa', u iffirma estensjoni għal ħames snin mal-kuntratt li kellu f'April tal-2007.[59]
Matul is-semifinali tat-Tazza tad-Dinja kontra Franza Ronaldo kien ibbuwjat, u minħabba kampanja sħiħa negattiva ta' posta elettronika imnediha minn partitarji Ingliżi, Ronaldo tilef għal ftit milli jieħu l-unur bħala L-Aqwa Żagħżugħ tat-turnew.[60] Minkejja li l-votazzjoni li saret online affettwat biss il-proċess ta' nominazzjoni, il-Grupp ta' Studju Tekniku tal-FIFA tat l-unur lil Lukas Podolski, fejn stqarriet li l-imġieba ta' Ronaldo kienet fattur determinanti fid-deċiżjoni.[61]
Wara t-Tazza tad-Dinja
[immodifika | immodifika s-sors]Ġurnata wara għeluq it-tnejn u għoxrin sena, Ronaldo ġie mogħti l-faxxa ta' kaptan tat-tim Portugiż għall-ewwel darba f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Brażil li ntlagħbet fis-6 ta' Frar 2007. Ronaldo skorja tmien gowls f'isem il-Portugall fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008,[62] imma skorja biss wieħed matul it-turnew hekk kif il-Portugall sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali.
Statistika
[immodifika | immodifika s-sors]Statistika korretta sal-4 ta' Mejju 2013.
Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza | League Cup | Ewropa | Oħrajn2 | Total | ||||||
---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | Preż | Gowls | ||
Sporting CP | 2002–03 | 25 | 3 | 3 | 2 | – | 3 | 0 | 0 | 0 | 31 | 5 | |
Total | 25 | 3 | 3 | 2 | – | 3 | 0 | 0 | 0 | 31 | 5 | ||
Manchester United | 2003–04 | 29 | 4 | 5 | 2 | 1 | 0 | 5 | 0 | 0 | 0 | 40 | 6 |
2004–05 | 33 | 5 | 7 | 4 | 2 | 0 | 8 | 0 | 0 | 0 | 50 | 9 | |
2005–06 | 33 | 9 | 2 | 0 | 4 | 2 | 8 | 1 | 0 | 0 | 47 | 12 | |
2006–07 | 34 | 17 | 7 | 3 | 1 | 0 | 11 | 3 | 0 | 0 | 53 | 23 | |
2007–08 | 34 | 31 | 3 | 3 | 0 | 0 | 11 | 8 | 1 | 0 | 49 | 42 | |
2008–09 | 33 | 18 | 2 | 1 | 4 | 2 | 12 | 4 | 2 | 1 | 53 | 26 | |
Total | 196 | 84 | 26 | 13 | 12 | 4 | 55 | 16 | 3 | 1 | 292 | 118 | |
Real Madrid | 2009–10 | 29 | 26 | 0 | 0 | – | 6 | 7 | 0 | 0 | 35 | 33 | |
2010–11 | 34 | 40 | 8 | 7 | – | 12 | 6 | – | 54 | 53 | |||
2011–12 | 38 | 46 | 5 | 3 | – | 10 | 10 | 2 | 1 | 55 | 60 | ||
2012–13 | 32 | 33 | 6 | 6 | – | 12 | 12 | 2 | 2 | 52 | 53 | ||
Total | 133 | 145 | 19 | 16 | – | 40 | 35 | 4 | 3 | 196 | 199 | ||
Total tal-karriera | 354 | 232 | 48 | 31 | 12 | 4 | 98 | 51 | 7 | 4 | 519 | 322 |
1 Inklużi kompetizzjonijiet oħra bħas-Supertaça Cândido de Oliveira, l-FA Community Shield, is-Super Cup Ewropea, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, u s-Supercopa de España.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Klabb
[immodifika | immodifika s-sors]- Premier League: 2006–07, 2007–08, 2008–09
- FA Cup: 2003-04
- Football League Cup: 2005–06, 2008–09
- Community Shield: 2007
- UEFA Champions League: 2007–08
- Tazza tad-Dinja tal-Futbol tal-Klabbs: 2008
- La Liga: 2011–12
- Copa del Rey: 2010–11
- Supercopa de España: 2012
Individwali
[immodifika | immodifika s-sors]- Trofew Bravo: 2004
- Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA: 2006–07
- Tim tas-Sena tal-UEFA: 2003–04, 2006–07, 2007–08, 2008–09, 2009–10, 2010–11
- Tim tas-Sena tal-Premier League: 2005–06, 2006–07, 2007–08, 2008–09
- Plejer tax-Xahar tal-Premier League: Novembru 2006, Diċembru 2006, Jannar 2008, Marzu 2008
- FIFPro World XI: 2007, 2008, 2009, 2010, 2011
- Plejer tas-Sena tal-FIFA: 2008
- Plejer tas-Sena tal-FIFPro: 2007–08
- Plejer tas-Sena tal-UEFA: 2007–08
- L-Aqwa Attakkant tal-UEFA: 2007–08
- FIFA Puskás Award: 2009
- Plejer tas-Sena tal-FWA: 2006–07, 2007–08
- Plejer tas-Sena tal-PFA: 2006–07, 2007–08
- Żarbuna tad-Deheb: 2007–08, 2010–11
- Ballun tad-Deheb: 2008
- Onze d'Or: 2008
- L-aqwa skorer tal-UEFA Champions League: 2007–08
- L-aqwa skorer tal-Premier League: 2007–08
- L-aqwa skorer tal-Kampjonati Ewropej: 2012
- Trofew Pichichi: 2010–11
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "Ronaldo tops PFA nominations list" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-04-11.
- ^ "Ronaldo named PFA's Player of the Year" (bl-Ingliż). FourFourTwo. Miġbur 2008-04-28.
- ^ "Ronaldo is writers' player of the year, too" (bl-Ingliż). FourFourTwo. Miġbur 2008-05-02.
- ^ Couzens, Gerard (2007-04-22). "SECRET AGONY OF £31M RONALDO" (bl-Ingliż). Sunday Mirror. Miġbur 2008-05-23.
- ^ "He's got the world at his feet" (bl-Ingliż). Guardian. 2008-06-08. Miġbur 2010-10-24.
- ^ "Profil ta' Ronaldo fuq about.com" (bl-Ingliż). about.com.
- ^ "Profil ta' fuq world cup soccer". wldcup.com (bl-Ingliż).
- ^ "Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2009-02-08.
- ^ "I never wanted the No7 shirt" (bl-Ingliż). The Sun. 2007-04-12. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Ronaldo lands back-to-back accolades" (bl-Ingliż). inthenews.com. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Ronaldo wins monthly award again" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Real ready to offer £54m to secure Ronaldo" (bl-Ingliż). The Guardian. 2007-04-12. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Ferguson lets rip at Madrid after Ronaldo signs £31m deal" (bl-Ingliż). The Times. 2007-04-14. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Ronaldo signs new deal at Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-04-13. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Ronaldo secures PFA awards double" (bl-Ingliż). BBC. 2007-04-22. Miġbur 2009-04-09.
- ^ Thompson, Gemma (2007-08-15). "Ronny fell into Pompey trap" (bl-Ingliż). Manchester United. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Ronaldo pledges to keep his cool" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-08-15. Miġbur 2009-04-09.
- ^ Thompson, Gemma (2007-11-27). "Man Utd 2-1 Sporting Lisbon" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Kaká's year capped by Ballon d'Or" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-12-02. Miġbur 2007-12-06.
- ^ "Man Utd 6-0 Newcastle" (bl-Ingliż). bbc.co.uk. 2008-01-12. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "Man Utd 0-2 Reading" (bl-Ingliż). BBC. 2008-01-19. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "UEFA asked to probe Ronaldo laser incident" (bl-Ingliż). CNN. 2008-02-21. Miġbur 2008-02-21.
- ^ Ledsom, Mark (2008-03-20). "Lyon fined over Champions League laser incident" (bl-Ingliż). Reuters UK. Miġbur 2009-04-09.
- ^ Kay, Oliver (2008-03-20). "Cristiano Ronaldo revels in role of Captain Fantastic as United stretch lead" (bl-Ingliż). The Times.
- ^ "Best's crown intact until Ronaldo cures his travel sickness" (bl-Ingliż). guardian.co.uk. 2008-04-01. Miġbur 2009-04-09.
- ^ "ESM Golden Shoe ranking" (bl-Ingliż). European Sports Magazines. 2008-04-07. Miġbur 2009-04-09.
- ^ UEFA Fans' Man of the Match - uefa.com
- ^ "Ronaldo breaks silence" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2008-06-05.
- ^ "Man. Utd jirrapportaw lil Real Madrid lill-FIFA". L-Orizzont. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "FIFA to take no action over Ronaldo complaint" (bl-Ingliż). FourFourTwo. 2008-06-17. Miġbur 2008-06-05.
- ^ "I will stay at Man Utd - Ronaldo" (bl-Ingliż). BBC. 2008-08-06. Miġbur 2008-08-14.
- ^ "Ronaldo ankle surgery a 'success'" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-07.
- ^ "Villarreal return to frustrate United" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-09-17. Miġbur 2008-09-28.
- ^ "Man Utd 5-0 Stoke" (bl-Ingliż). BBC. 2008-11-15. Miġbur 2008-11-16.
- ^ "Cristiano Ronaldo jirbaħ il-Ballun tad-Deheb". MaltaRightNow. 2008-12-02. Miġbur 2008-12-02.
- ^ "Tazza tad-Dinja tal-Klabbs" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-12-18. Miġbur 2009-01-08.
- ^ "Ronaldo unhurt after car crash" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-01-08. Miġbur 2009-01-13.
- ^ "Cristiano Ronaldo is FIFA Player of the Year" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-01-12. Miġbur 2009-01-13.
- ^ "Arsenal 1 United 3 (aggregate 1-4)" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2009-05-05. Miġbur 2009-05-05.
- ^ "Man Utd accept £80m Ronaldo bid" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-11. Miġbur 2009-06-11.
- ^ "Real Madrid and Manchester United seal the transfer of Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-06-26. Miġbur 2009-06-26.
- ^ "Cristiano Ronaldo ya es Real" (bl-Ispanjol). Diario Marca. 2009-06-26. Miġbur 2009-06-26.
- ^ "Seen Around the World" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-07-04. Miġbur 2009-07-05.
- ^ ""Cristiano to wear the number '9'"" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-07-06. Miġbur 2009-07-06.
- ^ "Ronaldo aims shot at English game" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-07-06. Miġbur 2009-07-06.
- ^ "Cristiano Ronaldo welcomed by 80,000 fans at Real Madrid unveiling" (bl-Ingliż). The Guardian. 2009-07-06. Miġbur 2009-07-06.
- ^ "Ronaldo in winning start for Real" (bl-Ingliż). BBC. 2009-08-29. Miġbur 2009-08-29.
- ^ "Tuesday's Champions League review" (bl-Ingliż). BBC. 2009-09-15. Miġbur 2009-09-15.
- ^ "Cristiano makes Real Madrid history" (bl-Ingliż). RealMadrid.com. 2009-09-23. Miġbur 2009-09-23.
- ^ "Portugal 3 Hungary 0: Queiroz's team keep hopes alive but lose injured Ronaldo" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2009-10-11. Miġbur 2009-10-11.
- ^ "Profil ta' Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). 4thegame.com.
- ^ "Portugall - Iran" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ "Portugall - Olanda" (bl-Ingliż). FIFA.
- ^ Tim Spanton (2006-07-02). "Ronaldo: I never asked for Rooney red card" (bl-Ingliż). The Sun. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "Ronaldo cleared over Rooney red card". Soccernet (bl-Ingliż). 2006-07-04. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "Ronaldo intends to leave Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-08. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "Cristiano Ronaldo plans Real move" (bl-Ingliż). Reuters. 2006-06-28. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "Ferguson sends Man Utd No2 Queiroz to Ronaldo meeting" (bl-Ingliż). TribalFootball. 2006-07-11. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "Ronaldo signs new deal at Man Utd". BBC Sport (bl-Ingliż).
- ^ "Supporters 'hijack' Ronaldo vote" (bl-Ingliż). BBC. 2006-07-06. Miġbur 2009-04-10.
- ^ "Podolski beats Ronaldo to award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-07. Miġbur 2009-10-10.
- ^ "Top scorers for Euro 2008 European Qualifying campaign". soccernet.com (bl-Ingliż).
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Cristiano Ronaldo |
Fil-Wikikwota hemm kollezzjoni ta' kwotazzjonijiet li għandhom x'jaqsmu ma': Cristiano Ronaldo |
- Sit uffiċjali
- Cristiano Ronaldo fuq Soccerbase
- Cristiano Ronaldo fuq National-Football-Teams.com
- Cristiano Ronaldo – rekord kompetittiv tal-FIFA (arkivjat)