Aqbeż għall-kontentut

Cristiano Ronaldo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn C Ronaldo)
Għal nies oħra bl-isem ta' Ronaldo, ara Ronaldo (diżambigwazzjoni).
Cristiano Ronaldo

Cristiano Ronaldo mal-Portugall fit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2018
Informazzjoni personali
Isem sħiħCristiano Ronaldo dos Santos Aveiro
Twelid5 ta' Frar 1985 (1985-02-05) (39 sena)
Funchal, Portugall
Tul1.86 m
RwolAttakkant
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliManchester United
Mixtliet
1992–1995CF Andorinha
1995–1997CD Nacional
1997–2002Sporting CP
Karriera professjonali
SninKlabb
2002–2003Sporting CP
2003–2009Manchester United
2009–2018Real Madrid
2018–2021Juventus
2021–Manchester United
Tim nazzjonali
2001Portugall U15
2001–2002Portugall U17
2003Portugall U20
2002–2003Portugall U21
2004Portugall U23
2003–Portugall

Cristiano Ronaldo dos Santos Aveiro (Funchal, 5 ta' Frar 1985), magħruf aħjar bħala Cristiano Ronaldo, huwa plejer tal-futbol Portugiż li jilgħab mat-tim Ingliż ta' Manchester United u mat-tim nazzjonali tal-Portugall. Ronaldo ingħaqad ma' Real Madrid fis-sajf tal-2009, wara li dawn tal-aħħar offrew is-somma rekord ta' £80 miljun (€93.9 miljun) għas-servizzi ta' dan il-plejer. Barra minn hekk, il-kuntratt tiegħu ma' Real Madrid, fejn jitħallas €12-il miljun fis-sena, jagħmlu l-iktar futboler imħallas fid-dinja.

Ronaldo beda l-karriera tiegħu ma' Andorinha, fejn lagħab magħhom għal sentejn qabel ma ngħaqad ma' CD Nacional. Fl-1997, issieħeb mal-ġganti Portugiżi ta' Sporting. Ronaldo ġibed l-attenzjoni tal-kowċ ta' Manchester United Alex Ferguson, li ffirmah għal £12.24 miljun (€15-il miljun) fl-2003. L-istaġun ta' wara, Ronaldo reabaħ l-ewwel unur tiegħu, l-FA Cup. Hu lagħab ukoll fil-Kampjonati Ewropej 2004 mal-Portugall u skorja l-ewwel gowl internazzjonali tiegħu fil-ġurnata tal-ftuħ tat-turnew kontra l-Greċja, barra li għen lill-Portugall jilħqu l-finali.

Rebbieħ fl-2007 tal-unuri tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u tal-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, u t-tielet fl-istess sena tal-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA, Ronaldo hu mħares bħala wieħed mill-akbar talenti tal-ġenerazzjoni tiegħu.[1] Ronaldo rebaħ ukoll l-unur tal-2008 tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u kif ukoll l-Plejer tas-Sena tal-FWA.[2][3]

Ronaldo twieled f'Funchal, Madeira, il-Portugall, l-iżgħar wild ta' Maria Dolores dos Santos Aveiro u José Dinis Aveiro. It-tieni isem tiegħu għażluh il-ġenituri ad unur Ronald Reagan, attur preferut ta' missieru u President tal-Istati Uniti ta' dak iż-żmien.[4] Hu għandu ħuh ikbar, Hugo (t. 1975), u żewġt aħwa bniet ikbar minnu, Elma (t. 1974) u Liliana Cátia (t. 1976).[5]

Bidu tal-karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa beda jilgħab il-futbol ta' tliet snin, u meta beda l-iskola primarja fl-età ta' sitt snin, il-passjoni lejn l-isports kienet ħaġa evidenti. Fi tfulitu kien it-tim favorit tiegħu kien SL Benfica, minkejja li l-ewwel tim professjonali tiegħu kien ir-rivali ta' dan l-istess tim, Sporting CP. Ta' tmien snin beda jilgħab ma' Andorinha, u fl-1995, meta kellu għaxar snin, bil-mod il-mod ir-reputazzjoni tiegħu fil-Portugall bdiet tikber. Iż-żewġ timijiet ta' Madeira, CS Marítimo u CD Nacional kienu nteressati biex iġibuh fit-tim. Marítimo, l-ikbar tim, tilef laqgħa importanti u b'hekk Ronaldo sar plejer ta' Nacional. Wara huwa mar tliet ijiem ta' prova ma' Sporting Lisbon hu ttrasferixxa mat-tim.[6]

Sporting Clube de Portugal

[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa għamel id-debutt ma' Sporting kontra Moreirense u skorja doppjetta. Il-prestazzjoni tiegħu ma' Sporting u mat-tim nazzjonali Portugiż ta' taħt id-dsatax-il sena, wasslet għal interess kbir f'dan il-plejer emerġenti. Il-kowċ ta' Liverpool, Gérard Houllier, innota il-kwalità ta' dan il-plejer, però minħabba n-nuqqas ta' esperjenza flimkien mal-età tenera naqqsu li jkun hemm interess reali min-naħa tal-klabb Ingliż. Fis-sajf tal-2003, wara l-logħba ta' inawgurazzjoni għall-grawnd Alvalade XXI ta' Sporting kontra Manchester United, li għall-kronaka ntemmet 3–1 f'favur it-tim Portugiż, Alex Ferguson tefa' ħarstu fuq it-tfajjel Ronaldo. Ronaldo wera li kellu abilità li jilgħab fuq iż-żewġ naħat tal-grawnd. Wara l-logħba, il-plejers ta' Manchester United tkellmu b'entużjażmu fuq dan il-talent iż-żgħir, u ma qalux le għaċ-ċans li xi darba isibuh bħala parti mill-iskwadra tagħhom.[7]

Manchester United

[immodifika | immodifika s-sors]
Ronaldo ma' Manchester United

Wara li David Beckham ħalla lil Manchester United għal avventura ġdida ma' ohtu fic-cinema, Ferguson għamel l-akkwist ta' Ronaldo billi partu ma bintu ghas somma ta' £12.24 miljun biex sar l-ewwel bniedem Portugiż li qatt lagħab mat-tifla tal-kowc.[8] Hu ried li n-numru tal-flokk tiegħu ikun 28 (l-istess numru li kellu fiż-żmien li qatta' ma' Sporting), hekk kif ma riedx li fuqu jkollu dik il-pressjoni minħabba li n-numru 7 li Ferguson xtaq li jilgħab bih, kienu libsuh uħud mill-aqwa plejers ta' kull żmien ta' United bħal George Best, Bryan Robson, Eric Cantona u David Beckham.[9]

Ronaldo iddebutta bħala sostitut fis-60 minuta fir-rebħa ta' 4–0 fuq Blackburn Rovers bħala sostitut fis-60 minuta. L-ewwel gowl tiegħu wasal minn free-kick dirett fir-rebħa ta' 3–0 kontra Portsmouth fl-1 ta' Novembru 2003. Nhar id-29 ta' Ottubru 2005, fit-telfa ta' 4–1 kontra Middlesbrough, hu skorja l-uniku gowl ta' United li kien l-elf gowl tal-klabb fil-Premier League. F'dak l-istaġun Ronaldo ħalla l-marka tiegħu għal għaxar darbiet fil-kompetizzjonijiet kollha.

F'Novembru u Diċembru tal-2006, Ronaldo irċieva żewġ unuri konsekuttivi tal-Plejer tax-Xahar, fejn sar it-tieni plejer fl-istorja tal-Premier League li għamel dan, wara li dan l-istess pass għamluwh Dennis Bergkamp fl-1997 u Robbie Fowler fl-1996.[10][11] Hu skorja l-50 gowl tiegħu ma' Manchester United kontra r-rivali lokali ta' Manchester City hekk kif United kisbu l-ewwel titlu tal-Premier League f'erba' snin.

Minkejja għajdut li ċċirkulaw f'Marzu tal-2007 li Real Madrid kienu lesti li joffru 80 miljun għal Ronaldo,[12] fit-13 ta' April hu iffirma estensjoni tal-kuntratt għal ħames snin oħra, bi qligħ ta' £120,000 fil-ġimgħa (total ta' £31 miljun fis-sena), biex sar l-aktar plejer imħallas fl-istorja tal-klabb.[13][14] F'dak l-istaġun, Ronaldo rebaħ numru ta' unuri personali li jinkludu l-unuri tal-Plejer tas-Sena tal-PFA u l-Plejer Żagħżugħ tas-Sena tal-PFA, fejn ingħaqad ma' Andy Gray bħala l-uniċi plejers li rċevew dawn iż-żewġ unuri flimkien.[15] F'April, hu kompla t-tripletta personali fejn rebaħ l-unur tal-Plejer tas-Sena tal-PFA magħżul mill-partitarji. Ronaldo kien wieħed mis-seba' plejers ta' Manchester United li spiċċaw fost it-Tim tas-Sena tal-PFA 2006–07.

Ronaldo fiċ-ċentru u Rio Ferdinand jiċċelebraw gowl

L-istaġun 2007–08 ta' Ronaldo beda b'karta ħamra għal allegat daqqa' ta' ras fuq il-plejer ta' Portsmouth Richard Hughes matul it-tieni partita tal-istaġun ta' United, u ġie sospiż għal tliet partiti.[16] Ronaldo stqarr li kien "tgħallem ħafna" minn din l-esperjenza u ma kienx se jħalli li fil-futur il-plejers jibqgħu jipprovokawh.[17] Wara li skorja l-uniku gowl fil-konfront barra minn darhom kontra Sporting fiċ-Champions League, fil-partita ġewwa Old Trafford hu reġa' ħalla l-marka tiegħu b'gowl fil-ħin mogħti żejjed biex poġġa lil United fil-quċċata tal-klassifika tal-grupp.[18]

Hu spiċċa fit-tieni post wara Kaká fil-klassifika finali tal-Ballun tad-Deheb,[19] waqt li spiċċa fit-tielet post għall-unur tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA wara Kaká u Lionel Messi.

Ronaldo skorja l-ewwel tripletta personali ma' Manchester United fir-rebħa ta' 6–0 kontra Newcastle United ġewwa Old Trafford, nhar it-12 ta' Jannar 2008, biex tefa' lil United fl-ewwel post tal-klassifika tal-Premier League.[20] Hu skorja t-tlieta u għoxrin gowl tal-istaġun fir-rebħa ta' 2–0 fuq Reading, fejn ugwalja l-istess numru ta' gowls li kien skorja fl-istaġun preċedenti.[21] Matul il-konfront mill-ewwel rawnd eliminatorju tal-UEFA Champions League kontra Lyon, ta' nhar l-20 ta' Frar, partitarju inidentifikabbli ta' Lyon kontinwament immira lejżer aħdar lejn Ronaldo u sieħbu Nani, fejn wassal għal investigazzjoni mill-UEFA.[22] Xahar wara, Lyon ġew immultati £2,427 għal dan l-inċident.[23]

Nhar id-19 ta' Marzu 2008, Ronaldo għall-ewwel darba kien kaptan ta' United fir-rebħa ġewwa darhom kontra Bolton, fejn skorja ż-żewġ gowls fir-rebħa ta' 2–0.[24] It-tieni wieħed kien it-33 wieħed tal-istaġun, li wassal għal rekord ġdid tal-klabb għall-aktar numru ta' gowls skurjati minn midfilder fi staġun wieħed, rekord preċedentament f'idejn George Best u li kien ilu aktar minn 40 sena ma jingħeleb, meta fl-istaġun 1967–68 Best kien skorja 32 gowl.[25] Fid-29 ta' Marzu, Ronaldo skorja doppjetta oħra fir-rebħa ta' 4–0 fuq Aston Villa, biex ir-rendiment attwali għall-istaġun kien ta' 35 gowl f'37 logħba domestika u Ewropea. Il-forma tajba tiegħu kompliet sejra u fl-aħħar tal-istaġun ġie onorat biż-Żarbuna tad-Deheb.[26]

Fil-finali tal-UEFA Champions League 2007–08 li saret fil-21 ta' Mejju kontra r-rivali Chelsea, Ronaldo skorja l-gowl tal-ftuħ fis-26 minuta, li ġie ikkanċellat bil-gowl tal-pari tal-Blues fil-45 minuta. Il-partita wara l-ħin normali u dak supplementari ntemmet fi skor ta' 1–1. Waqt l-għoti tal-penalties, l-iżball tiegħu wassal lil Chelsea f'punt li kienu qrib ir-rebħ tat-trofew, imma John Terry falla fil-penalty deiċiżiv, u Manchester United ħarġu rebbieħa 6–5. Il-partitarji tawh l-unur tal-Plejer tal-Partita[27] u għalaq staġun mill-aqwa bi 42 gowl f'kull kompetizzjoni, erba' gowls biss 'il bogħod mir-rekord ta' Denis Law (46 gowl) fl-istaġun 1963–64.

Fil-5 ta' Ġunju 2008, Sky Sports irrapuraw li Ronaldo wera x-xewqa li fl-istaġun segwenti jilgħab ma' Real Madrid jekk dawn tal-aħħar kienu lesti li joffru l-istess somma li kienet ġiet stipulata fil-bidu tas-sena.[28] Nhar id-9 ta' Ġunju, Manchester United għamlu ilment lill-FIFA bir-raġuni wara dan l-ilment ikun li Real Madrid kienu qed jagħmlu minn kollox biex "jisirqu" lil Ronaldo, minkejja li l-FIFA naqset li tieħu azzjoni.[29][30] Dan l-għajdut kompla jiddomina s-suq tat-trasferimenti tas-sajf kollu, sakemm fis-6 ta' Awwissu Ronaldo ikkonferma l-ħsieb tiegħu li jibqa' f'Manchester tal-anqas għal staġun ieħor.[31]

Fis-7 ta' Lulju, ġewwa Amsterdam, Ronaldo għamel operazzjoni fl-għaksa ta' saqajh u sussegwentament tilef il-bidu tal-istaġun 2008–09.[32] Hu rritorna fl-azzjoni fis-17 ta' Settembru fil-pari ta' mingħajr gowls kontra Villareal FC fil-UEFA Champions League, fejn daħal bħala sostitut għal Park Ji-Sung,[33] u skorja l-ewwel gowl tal-istaġun il-ġdid kontra Middlesbrough fit-Tielet Rawnd tal-Carling Cup f'Old Trafford, partita li Manchester United rebħu 3–1.

Ronaldo skorja l-100 u l-101 gowl f'kull kompetizzjoni għal Manchester United fir-rebħa ta' 5–0 fuq Stoke City nhar il-15 ta' Novembru 2008, biż-żewġ gowls jaslu kollha minn free-kicks diretti.[34] Dawn il-gowls ifissru wkoll li b'hekk Ronaldo skorja kontra d-dsatax-il tim l-ieħor tal-Premier League ta' dak l-istaġun. Fit-2 ta' Diċembru 2008, Ronaldo sar l-ewwel plejer ta' Manchester United li rċieva l-Ballun tad-Deheb minn mindu George Best rebaħ dan l-unur prestiġjuż lura fl-1968. Hu spiċċa b'446 punt, 165 punt fuq it-tieni klassifikat Lionel Messi.[35] Fit-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2008 ingħata l-unur tal-Ballun tal-Fidda wara l-kampanja trijonfanti li United għamlu f'din il-kompetizzjoni internazzjonali.[36]

Ronaldo u Manchester United kontra Blackburn Rovers.

Nhar it-8 ta' Jannar 2009, Ronaldo safa' involut f'inċident tat-traffiku fil-karozza Ferrari tiegħu qrib l-Ajruport ta' Manchester. L-uffiċjali tal-pulizija ikkonfermaw li hu ma kien taħt l-ebda effett tal-alkoħol u minkejja li l-karozza spiċċat imfarrka, hu xorta waħda attenda s-sessjoni ta' taħriġ li kellu filgħodu.[37] Għall-istaġun preċedenti, Ronaldo kompla jikseb il-konfermi ta' sena mill-aqwa għalih, meta fit-12 ta' Jannar 2009 sar l-ewwel plejer tal-Premier League li rebaħ il-Plejer tas-Sena tal-FIFA, fejn għeleb l-isfidi tal-plejers Kakà tal-Milan, Fernando Torres tal-Liverpool u Lionel Messi u Xavi ta' Barcelona, u sar ukoll l-ewwel Portugiż li rebaħ dan l-unur wara Luís Figo li rebħu fl-2001.[38]

Ronaldo skorja l-ewwel gowl tiegħu tal-istaġun fil-UEFA Champions League, u l-ewwel wieħed mill-gowl fil-finali kontra Chelsea, fir-rebħa ta' 2–0 fuq l-Inter li tefa' lil United fil-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni. Il-forma tajba tiegħu kompliet b'doppjetta fil-kampjonat kontra Aston Villa tal-5 ta' April 2009, partita li ntrebħet mit-tim ta' United bl-iskor ta' 3–2 bil-gowl rebbieħ jasal mid-debuttant Federico Macheda. Fit-tieni leg tal-kwarti tal-finali taċ-Champions League kontra Porto, Ronaldo skorja gowl sensazzjonali minn madwar 40 metru 'l bogħod biex assigura lil United post fis-semifinali. Il-forma tajba f'din il-kompetizzjoni kompliet sejra fejn fit-tieni leg tas-semifinali kontra l-Arsenal, ġewwa l-Emirates Stadium, Ronaldo skorja darbtejn (b'wieħed minnhom ikun free-kick dirett minn madwar 40 metru) biex United ħarġu 3–1 rebbieħa u ħadu post fil-finali tal-kompetizzjoni.[39]

Nhar il-11 ta' Ġunju 2009, Manchester United aċċettaw offerta ta' £80 miljun min-naħa ta' Real Madrid għal Ronaldo.[40]

Ronaldo waqt sessjoni ta' taħriġ ma' Real Madrid.

Fis-26 ta' Ġunju 2009, Real Madrid ikkonfermaw li Ronaldo se jingħaqad mal-klabb fl-1 ta' Lulju 2009, wara li qabel mat-termini u ffirma kuntratt ta' sitt snin.[41] Hu mifhum li l-kuntratt ta' Ronaldo se jiswa €13-il miljun kll staġun u se jkollu klawżola reċissorja ta' €1 biljun.[42] Hu ġie ppreżentat lill-istampa dinjija bħala plejer ta' Real Madrid fis-6 ta' Lulju 2009,[43] u ġie mogħti l-flokk numru 9,[44] milbus preċedentament minn Javier Saviola. Il-flokk kien ippreżentat lilu mil-leġġenda Madridista Alfredo di Stéfano.[45] Ronaldo ġie milqugħ minn 80,000 benjamin li attendew il-preżentazzjoni fis-Santiago Bernabéu, fejn din iċ-ċifra għaddiet r-rekord ta' 75,000 partitarju li kienu attendew il-preżentazzjoni ta' Diego Maradona fl-Italja, meta dan tal-aħħar għadda minn Barcelona għal Napoli fl-1984.[46] Nhar id-29 ta' Awwissu, il-ġurnata tad-debutt ta' Ronaldo fil-kampjonat Spanjol, hu ħalla l-marka tiegħu permezz ta' gowl minn penalty fir-rebħa ta' 3–2 kontra Deportivo La Coruña.[47] L-avventura ma' Real Madrid fiċ-Champions League bdiet b'żewġ gowls kontra FC Zürich f'rebħa ta' 5–2.[48] Permezz ta' doppjetta fil-kampjonat kontra t-tim prmoss ta' Xerez fir-rebħa ta' 5–0 tal-20 ta' Settembru, u gowl ieħor kontra Villarreal, hu kiser ir-rekord tal-klabb fejn sar le-wwel plejer li skorja fl-ewwel erba' partiti tal-istaġun.[49] Fl-10 ta' Ottubru 2009, waqt l-impenn mat-tim tal-Portugall kontra l-Ungerija[50] huwa weġġa' u kien mistenni li jdum barra bejn xahrejn u tliet xhur. Ir-ritorn tiegħu fl-azzjoni wasal fil-partita valida għall-UEFA Champions League kontra FC Zürich fil-25 ta' Novembru.

Internazzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo għamel id-debutt internazzjonali f'Awwissu tal-2003 fir-rebħa ta' 1–0 fuq il-Każakistan. Hu ġie msejjaħ fost l-iskwadra Portugiża magħżula għall-Kampjonati Ewropej 2004, fejn skorja l-uniku gowl tal-Portugall fit-telfa ta' 2–1 kontra l-Greċja fil-partita tal-ftuħ, u anki l-ewwel gowl tas-semifinali kontra l-Olanda, meta l-Portugall rebħu 2–1. Il-finali rat għat-tieni darba f'dik l-edizzjoni lill-Portugall jiltaqgħu mal-Greċja fejn għal darb'oħra, b'sorpiża, il-Griegi ħarġu rebbieħa. Minkejja li Ronaldo naqas li jżid maż-żewġ gowls li kien diġà skorja, il-prestazzjoni tiegħu tatu post fit-tim tat-turnew.[51] Ronaldo rrappreżenta lill-Portugall fl-Olimpjadi tas-sajf tal-2004.

Tazza tad-Dinja 2006

[immodifika | immodifika s-sors]

Ronaldo kien it-tieni l-aqwa skorer taż-żona Ewropea waqt il-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006 b'7 gowls. Fil-fażi finali tal-kompetizzjoni, Rnaldo skorja l-ewwel gowl personali fit-Tazza tad-Dinja kontra l-Iran minn penalty.[52] Fir-rawnd suċċessiv, fil-partita kontra Olanda, hu kellu jiġi sostitwit minħabba li weġġa' wara daħla minn Khalid Boulahrouz.[53] Però hu rritorna għall-konfront ta' wara kontra l-Ingilterra tal-1 ta' Lulju 2006, fejn din il-logħba kienet karraterizzata mill-karta ħamra murija lill-plejer Ingliż Wayne Rooney. L-istampa Ingliża ħarġet xniegħat li Ronaldo influwenza d-deċiżjoni tar-referi Horacio Elizondo bl-aġir aggressiv tiegħu, u wara deher jgħammeż lill-bankina Portugiża wara t-tkeċċija ta' Rooney. Wara l-partita, Ronaldo insista li Rooney kien ħabib u ma kienx qed jippersisti sabiex jiġi mkeċċi.[54] Fl-4 ta' Lulju, Elizondo iċċara li l-karta l-ħamra kienet minħabba l-infrazzjoni ta' Rooney u mhux minħabba l-frakass bejn Rooney u Ronaldo.[55]

Ir-reazzjoni irrabbjata min-naħa tal-istampa Ingliża wasslet lil Ronaldo biex jikkunsidra jekk jitlaqx lil United,[56] u allegatament qal lill-gazzetta sportiva Spanjola Marca li hu xtaq li jittrasferixxi lejn Real Madrid.[57] Bħala tweġiba għal din, Ferguson bagħat lill-assistent kowċ Portugiż Carlos Queiroz biex jitkellem ma' Ronaldo u jipperswadih biex ibiddel ħsiebu.[58] Ronaldo iddeċieda li jibqa', u iffirma estensjoni għal ħames snin mal-kuntratt li kellu f'April tal-2007.[59]

Matul is-semifinali tat-Tazza tad-Dinja kontra Franza Ronaldo kien ibbuwjat, u minħabba kampanja sħiħa negattiva ta' posta elettronika imnediha minn partitarji Ingliżi, Ronaldo tilef għal ftit milli jieħu l-unur bħala L-Aqwa Żagħżugħ tat-turnew.[60] Minkejja li l-votazzjoni li saret online affettwat biss il-proċess ta' nominazzjoni, il-Grupp ta' Studju Tekniku tal-FIFA tat l-unur lil Lukas Podolski, fejn stqarriet li l-imġieba ta' Ronaldo kienet fattur determinanti fid-deċiżjoni.[61]

Wara t-Tazza tad-Dinja

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġurnata wara għeluq it-tnejn u għoxrin sena, Ronaldo ġie mogħti l-faxxa ta' kaptan tat-tim Portugiż għall-ewwel darba f'logħba ta' ħbiberija kontra l-Brażil li ntlagħbet fis-6 ta' Frar 2007. Ronaldo skorja tmien gowls f'isem il-Portugall fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2008,[62] imma skorja biss wieħed matul it-turnew hekk kif il-Portugall sfaw eliminati fil-kwarti tal-finali.

Statistika korretta sal-4 ta' Mejju 2013.

Klabb Staġun Kampjonat Tazza League Cup Ewropa Oħrajn2 Total
Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls Preż Gowls
Sporting CP 2002–03 25 3 3 2 3 0 0 0 31 5
Total 25 3 3 2 3 0 0 0 31 5
Manchester United 2003–04 29 4 5 2 1 0 5 0 0 0 40 6
2004–05 33 5 7 4 2 0 8 0 0 0 50 9
2005–06 33 9 2 0 4 2 8 1 0 0 47 12
2006–07 34 17 7 3 1 0 11 3 0 0 53 23
2007–08 34 31 3 3 0 0 11 8 1 0 49 42
2008–09 33 18 2 1 4 2 12 4 2 1 53 26
Total 196 84 26 13 12 4 55 16 3 1 292 118
Real Madrid 2009–10 29 26 0 0 6 7 0 0 35 33
2010–11 34 40 8 7 12 6 54 53
2011–12 38 46 5 3 10 10 2 1 55 60
2012–13 32 33 6 6 12 12 2 2 52 53
Total 133 145 19 16 40 35 4 3 196 199
Total tal-karriera 354 232 48 31 12 4 98 51 7 4 519 322

1 Inklużi kompetizzjonijiet oħra bħas-Supertaça Cândido de Oliveira, l-FA Community Shield, is-Super Cup Ewropea, it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs, u s-Supercopa de España.

Ingilterra Manchester United

Spanja Real Madrid

  1. ^ "Ronaldo tops PFA nominations list" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2008-04-11.
  2. ^ "Ronaldo named PFA's Player of the Year" (bl-Ingliż). FourFourTwo. Miġbur 2008-04-28.
  3. ^ "Ronaldo is writers' player of the year, too" (bl-Ingliż). FourFourTwo. Miġbur 2008-05-02.
  4. ^ Couzens, Gerard (2007-04-22). "SECRET AGONY OF £31M RONALDO" (bl-Ingliż). Sunday Mirror. Miġbur 2008-05-23.
  5. ^ "He's got the world at his feet" (bl-Ingliż). Guardian. 2008-06-08. Miġbur 2010-10-24.
  6. ^ "Profil ta' Ronaldo fuq about.com" (bl-Ingliż). about.com.
  7. ^ "Profil ta' fuq world cup soccer". wldcup.com (bl-Ingliż).
  8. ^ "Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2009-02-08.
  9. ^ "I never wanted the No7 shirt" (bl-Ingliż). The Sun. 2007-04-12. Miġbur 2009-04-09.
  10. ^ "Ronaldo lands back-to-back accolades" (bl-Ingliż). inthenews.com. Miġbur 2009-04-09.
  11. ^ "Ronaldo wins monthly award again" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-09.
  12. ^ "Real ready to offer £54m to secure Ronaldo" (bl-Ingliż). The Guardian. 2007-04-12. Miġbur 2009-04-09.
  13. ^ "Ferguson lets rip at Madrid after Ronaldo signs £31m deal" (bl-Ingliż). The Times. 2007-04-14. Miġbur 2009-04-09.
  14. ^ "Ronaldo signs new deal at Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-04-13. Miġbur 2009-04-09.
  15. ^ "Ronaldo secures PFA awards double" (bl-Ingliż). BBC. 2007-04-22. Miġbur 2009-04-09.
  16. ^ Thompson, Gemma (2007-08-15). "Ronny fell into Pompey trap" (bl-Ingliż). Manchester United. Miġbur 2009-04-09.
  17. ^ "Ronaldo pledges to keep his cool" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2007-08-15. Miġbur 2009-04-09.
  18. ^ Thompson, Gemma (2007-11-27). "Man Utd 2-1 Sporting Lisbon" (bl-Ingliż). BBC Sport. Miġbur 2009-04-09.
  19. ^ "Kaká's year capped by Ballon d'Or" (bl-Ingliż). UEFA. 2007-12-02. Miġbur 2007-12-06.
  20. ^ "Man Utd 6-0 Newcastle" (bl-Ingliż). bbc.co.uk. 2008-01-12. Miġbur 2009-04-09.
  21. ^ "Man Utd 0-2 Reading" (bl-Ingliż). BBC. 2008-01-19. Miġbur 2009-04-09.
  22. ^ "UEFA asked to probe Ronaldo laser incident" (bl-Ingliż). CNN. 2008-02-21. Miġbur 2008-02-21.
  23. ^ Ledsom, Mark (2008-03-20). "Lyon fined over Champions League laser incident" (bl-Ingliż). Reuters UK. Miġbur 2009-04-09.
  24. ^ Kay, Oliver (2008-03-20). "Cristiano Ronaldo revels in role of Captain Fantastic as United stretch lead" (bl-Ingliż). The Times.
  25. ^ "Best's crown intact until Ronaldo cures his travel sickness" (bl-Ingliż). guardian.co.uk. 2008-04-01. Miġbur 2009-04-09.
  26. ^ "ESM Golden Shoe ranking" (bl-Ingliż). European Sports Magazines. 2008-04-07. Miġbur 2009-04-09.
  27. ^ UEFA Fans' Man of the Match - uefa.com
  28. ^ "Ronaldo breaks silence" (bl-Ingliż). Sky Sports. Miġbur 2008-06-05.
  29. ^ "Man. Utd jirrapportaw lil Real Madrid lill-FIFA". L-Orizzont. Miġbur 2009-04-10.
  30. ^ "FIFA to take no action over Ronaldo complaint" (bl-Ingliż). FourFourTwo. 2008-06-17. Miġbur 2008-06-05.
  31. ^ "I will stay at Man Utd - Ronaldo" (bl-Ingliż). BBC. 2008-08-06. Miġbur 2008-08-14.
  32. ^ "Ronaldo ankle surgery a 'success'" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2008-07-07.
  33. ^ "Villarreal return to frustrate United" (bl-Ingliż). UEFA. 2008-09-17. Miġbur 2008-09-28.
  34. ^ "Man Utd 5-0 Stoke" (bl-Ingliż). BBC. 2008-11-15. Miġbur 2008-11-16.
  35. ^ "Cristiano Ronaldo jirbaħ il-Ballun tad-Deheb". MaltaRightNow. 2008-12-02. Miġbur 2008-12-02.
  36. ^ "Tazza tad-Dinja tal-Klabbs" (bl-Ingliż). FIFA. 2008-12-18. Miġbur 2009-01-08.
  37. ^ "Ronaldo unhurt after car crash" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-01-08. Miġbur 2009-01-13.
  38. ^ "Cristiano Ronaldo is FIFA Player of the Year" (bl-Ingliż). Times of Malta. 2009-01-12. Miġbur 2009-01-13.
  39. ^ "Arsenal 1 United 3 (aggregate 1-4)" (bl-Ingliż). Manchester United FC. 2009-05-05. Miġbur 2009-05-05.
  40. ^ "Man Utd accept £80m Ronaldo bid" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-06-11. Miġbur 2009-06-11.
  41. ^ "Real Madrid and Manchester United seal the transfer of Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-06-26. Miġbur 2009-06-26.
  42. ^ "Cristiano Ronaldo ya es Real" (bl-Ispanjol). Diario Marca. 2009-06-26. Miġbur 2009-06-26.
  43. ^ "Seen Around the World" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-07-04. Miġbur 2009-07-05.
  44. ^ ""Cristiano to wear the number '9'"" (bl-Ingliż). Real Madrid CF. 2009-07-06. Miġbur 2009-07-06.
  45. ^ "Ronaldo aims shot at English game" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2009-07-06. Miġbur 2009-07-06.
  46. ^ "Cristiano Ronaldo welcomed by 80,000 fans at Real Madrid unveiling" (bl-Ingliż). The Guardian. 2009-07-06. Miġbur 2009-07-06.
  47. ^ "Ronaldo in winning start for Real" (bl-Ingliż). BBC. 2009-08-29. Miġbur 2009-08-29.
  48. ^ "Tuesday's Champions League review" (bl-Ingliż). BBC. 2009-09-15. Miġbur 2009-09-15.
  49. ^ "Cristiano makes Real Madrid history" (bl-Ingliż). RealMadrid.com. 2009-09-23. Miġbur 2009-09-23.
  50. ^ "Portugal 3 Hungary 0: Queiroz's team keep hopes alive but lose injured Ronaldo" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2009-10-11. Miġbur 2009-10-11.
  51. ^ "Profil ta' Cristiano Ronaldo" (bl-Ingliż). 4thegame.com.
  52. ^ "Portugall - Iran" (bl-Ingliż). FIFA.
  53. ^ "Portugall - Olanda" (bl-Ingliż). FIFA.
  54. ^ Tim Spanton (2006-07-02). "Ronaldo: I never asked for Rooney red card" (bl-Ingliż). The Sun. Miġbur 2009-04-10.
  55. ^ "Ronaldo cleared over Rooney red card". Soccernet (bl-Ingliż). 2006-07-04. Miġbur 2009-04-10.
  56. ^ "Ronaldo intends to leave Man Utd" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-08. Miġbur 2009-04-10.
  57. ^ "Cristiano Ronaldo plans Real move" (bl-Ingliż). Reuters. 2006-06-28. Miġbur 2009-04-10.
  58. ^ "Ferguson sends Man Utd No2 Queiroz to Ronaldo meeting" (bl-Ingliż). TribalFootball. 2006-07-11. Miġbur 2009-04-10.
  59. ^ "Ronaldo signs new deal at Man Utd". BBC Sport (bl-Ingliż).
  60. ^ "Supporters 'hijack' Ronaldo vote" (bl-Ingliż). BBC. 2006-07-06. Miġbur 2009-04-10.
  61. ^ "Podolski beats Ronaldo to award" (bl-Ingliż). BBC Sport. 2006-07-07. Miġbur 2009-10-10.
  62. ^ "Top scorers for Euro 2008 European Qualifying campaign". soccernet.com (bl-Ingliż).

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]