Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fil-Brażil
Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] Il-Brażil irratifika l-Konvenzjoni fl-1 ta' Settembru 1977, u b'hekk is-siti indikattivi tiegħu setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox il-Brażil għandu 24 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, ħmistax kulturali, tmienja naturali u wieħed imħallat. L-ewwel Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Brażil żdied fl-1980: ir-Raħal Storiku ta' Ouro Preto. L-iżjed sit li żdied reċentement mill-Brażil huwa l-Park Nazzjonali ta' Lençóis Maranhenses, fl-2024.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tax-Xlokk | Paraná u São Paulo | naturali:
(vii), (ix), (x) |
468,193 (1,156,930) | 1999 | Dan is-sit jinkludi wħud mill-aħħar Foresti Atlantiċi li għad fadal u fih bijodiversità kbira b'bosta speċijiet rari u endemiċi. B'hekk huwa ta' interess kbir għax-xjenzati u għall-konservazzjoni.[5] | |
Brasília | Distrett Federali | kulturali:
(i), (iv) |
— | 1987 | Ippjanata u żviluppata minn Lúcio Costa u Oscar Niemeyer fl-1956, Brasília inħolqot ex nihilo sabiex il-belt kapitali tiġi ttrasferita minn Rio de Janeiro għal pożizzjoni iktar ċentrali. Flimkien ma' Chandigarh fl-Indja hija l-unika post fejn il-prinċipji tad-disinn urban ta' Le Corbusier ġew applikati fuq skala kbira.[6] | |
Gżejjer Atlantiċi Brażiljani: Riżervi ta' Fernando de Noronha u Atol das Rocas | Pernambuco u Rio Grande do Norte | naturali:
(vii), (ix), (x) |
42,270 (104,500) | 2001 | Bħala wieħed mill-ftit ħabitats fin-Nofsinhar tal-Atlantiku, is-sit huwa essenzjali bħala post tan-nutrizzjoni u tar-riproduzzjoni għall-organiżmi tal-baħar, inkluż speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni u mhedda, l-iktar il-fekruna tal-baħar Eretmochelys imbricata.[7] | |
Kumpless ta' Konservazzjoni tal-Amazzonja Ċentrali | Amazonas | naturali:
(ix), (x) |
5,323,018 (13,153,460) | 2000 | Bħala l-ikbar żona protetta fil-baċir tax-xmara tal-Amazzonja, is-sit huwa notevoli għall-bijodiversità kbira tiegħu, għall-firxa ta' ħabitats bħall-foresti várzea u igapó u għadd ta' speċijiet fil-periklu ta' estinzjoni. Ir-reġjun ġie rikonoxxut minn diversi aġenziji tal-konservazzjoni bħala wieħed ta' prijorità għolja.[8] | |
Żoni Protetti ta' Cerrado: Parks Nazzjonali ta' Chapada dos Veadeiros u ta' Emas | Goiás | naturali:
(ix), (x) |
367,356 (907,760) | 2001 | Iż-żewġ parks huma karatteristiċi taż-żona ta' Cerrado, waħda mill-eqdem ekosistemi tropikali fid-dinja u refuġju importanti għall-ispeċijiet fi żminijiet ta' tibdil fil-klima.[9] | |
Riżervi tal-Foresti Atlantiċi tal-Kosta tal-Iskoperti | Bahia u Espírito Santo | naturali:
(ix), (x) |
111,930 (276,600) | 1999 | Is-sit jinkludi wħud mill-aħħar Foresti Atlantiċi li għad fadal u fih bijo diversità kbira b'bosta speċijiet rari u endemiċi. B'hekk huwa ta' interess kbir għax-xjenzati u għall-konservazzjoni.[10] | |
Ċentru Storiku ta' Salvador de Bahia | Bahia | kulturali:
(iv), (vi) |
— | 1985 | Ir-raħal kolonjali antik tal-ewwel belt kapitali tal-Brażil u l-ewwel raħal tas-suq tal-iskjavi fid-Dinja l-Ġdida, ippreserva bosta djar Rinaxximentali b'kuluri jgħajtu u mżejna bl-istukko tas-sekli 16 sa 18.[11] | |
Ċentru Storiku ta' São Luís | Maranhão | kulturali:
(iii), (iv), (v) |
67 (170) | 1997 | São Luís ippreserva l-pjanta rettangolari sħiħa tar-raħal u bosta binjiet storiċi. B'hekk huwa eżempju mill-aqwa ta' raħal kolonjali Portugiż.[12] | |
Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Diamantina | Minas Gerais | kulturali:
(ii), (iv) |
29 (72) | 1999 | Dan ir-raħal kolonjali tas-seklu 18 huwa eżempju ppreservat sew ta' arkitettura Barokka. Ġie stabbilit f'ambjent ostili ta' muntanji tal-blat u sar ċentru tal-estrazzjoni tad-djamanti fis-sekli 18 u 19.[13] | |
Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Goiás | Goiás | kulturali:
(ii), (iv) |
40 (99) | 2001 | Stabbilit fl-1727 mill-esploratur Bartolomeu Bueno da Silva, Goiás ippreserva l-biċċa l-kbira tal-wirt kolonjali tiegħu u huwa eżempju ta' insedjament Ewropew fin-naħa ta' ġewwa tal-Amerka t'Isfel.[14] | |
Ċentru Storiku tar-Raħal ta' Olinda | Pernambuco | kulturali:
(ii), (iv) |
120 (300) | 1982 | Ir-raħal ġie stabbilit fl-1537 u stagħna bħala ċentru tal-produzzjoni tal-kannamiela. Wara li nsterqulu r-rikkezzi tiegħu mill-Olandiżi fis-seklu 17, iċ-ċentru storiku jmur lura l-iktar għas-seklu 18 b'taħlita armonjuża ta' binjiet, ġonna, knejjes, kunventi u kappelli.[15] | |
Raħal Storiku ta' Ouro Preto | Minas Gerais | kulturali:
(i), (iii) |
— | 1980 | Il-prosperità tar-raħal bħala ċ-ċentru tal-kilba għad-deheb fil-Brażil fis-seklu 18 hija riflessa fil-bosta knejjes, pontijiet u funtani ppreservati tagħha ddisinjati mill-iskultur Barokk Aleijadinho.[16] | |
Park Nazzjonali ta' Iguaçu | Paraná | naturali:
(vii), (x) |
170,086 (420,290) | 1986 | Flimkien mal-Park Nazzjonali ta' Iguazú fl-Arġentina, il-park Brażiljan jipproteġi l-Kaskati ta' Iguazu, waħda mill-ikbar kaskati fid-dinja, fejn jgħixu bosta speċijiet rari u fil-periklu ta' estinzjoni bħall-wikkiel ġgantesk tan-nemel jew il-lontra ġganteska. Is-sit tqiegħed fil-lista tas-siti fil-periklu fl-1999-2001 minħabba li kienet infetħet triq illegalment minn ġol-park, kienu nbnew digi max-xmara Iguazu u bdew jiġu organizzati titjiriet bil-ħelikopter.[17] | |
Missjonijiet tal-Ġiżwiti għand il-Guarani: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto u Santa Maria Mayor (l-Arġentina), il-Fdalijiet ta' Sao Miguel das Missoes (il-Brażil)* | Rio Grande do Sul, il-Brażil
u Misiones, l-Arġentina 28°32′36″S 54°15′57″W / 28.54333°S 54.26583°W |
kulturali:
(iv) |
— | 1984 | Fis-sekli 17 u 18, il-Ġiżwiti bnew diversi missjonijiet għand il-poplu Guaraní. Il-fdalijiet ta' ħames missjonijiet huma komponenti ta' Sit ta' Wirt Dinji wieħed. Fl-1983 żdiedet il-missjoni fil-Brażil u fl-1984 is-sit sar transnazzjonali għaliex żdiedu l-erba' missjonijiet fl-Arġentina. Il-missjonijiet għandhom konfigurazzjonijiet differenti u l-istat ta' konservazzjoni tagħhom ivarja minn missjoni għal oħra. Tipikament jinkludu l-fdalijiet ta' knejjes u ta' kunventi, pjantaġġuni, u l-pedamenti ta' abitazzjonijiet tal-indiġeni. Fl-istampa tidher il-Missjoni ta' San Ignacio Miní.[18] | |
Kumpless Modern ta' Pampulha | Minas Gerais | kulturali:
(i), (ii), (iv) |
154 (380) | 2016 | Dan is-sit jikkonsisti minn proġett urban li nħoloq fl-1940 f'Belo Horizonte, Minas Gerais. Ġie ddisinjat madwar lag artifiċjali, il-Lag ta' Pampulha, u jinkludi każinò, sala tal-ballu, il-Golf Yacht Club u l-Knisja ta' San Franġisk t'Assisi. Il-binjiet ġew iddisinjati mill-arkitett Oscar Niemeyer, b'kollaborazzjoni mal-arkitett pajsaġġistiku Roberto Burle Marx u artisti Brażiljani tal-Moderniżm.[19] | |
Żona ta' Konservazzjoni ta' Pantanal | Mato Grosso u Mato Grosso do Sul | naturali:
(vii), (ix), (x) |
187,818 (464,110) | 2000 | Is-sit jinkludi erba' żoni protetti, li jinkludu waħda mill-ikbar ekosistemi tal-artijiet mistagħdra u tal-ilma ħelu fid-dinja, fejn jgħixu għadd abbundanti u firxa wiesgħa ta' speċijiet.[20] | |
Paraty u Ilha Grande, Kultura u Bijodiversità | Rio de Janeiro23°13′21″S 44°42′50″W / 23.2225°S 44.71389°W
|
imħallat:
(v), (x) |
204,634 (505,660) | 2019 | Dan il-pajsaġġ kulturali, li jinsab bejn il-katina muntanjuża ta' Serra da Bocaina u l-Oċean Atlantiku, jinkludi ċ-ċentru storiku ta' Paraty, wieħed mill-iżjed irħula kostali ppreservati sew tal-Brażil, kif ukoll erba' żoni naturali protetti tal-Foresta Atlantika Brażiljana, wieħed mill-ħames siti ewlenin ta' bijodiversità fid-dinja. F'Paraty hemm diversità impressjonanti ta' speċijiet, uħud minnhom mhedda, bħall-ġagwar (Panthera onca), il-ħanżir tax-xofftejn bojod (Tayassu pecari) u diversi speċijiet ta' primati, inkluż ix-xadina sufija (Brachyteles arachnoides), li hija speċi emblematika tas-sit. Fl-aħħar tas-seklu 17, Paraty kien l-aħħar punt tal-Caminho do Ouro (Rotta tad-Deheb), li minnha kien jiġi ttrasportat id-deheb lejn l-Ewropa. Il-port tiegħu serva bħala punt ta' dħul għall-għodod u għall-iskjavi Afrikani, li kienu jintbagħtu jaħdmu fil-minjieri. Inbniet sistema ta' difiża biex tipproteġi l-ġid tal-port u tar-raħal. Iċ-ċentru storiku ta' Paraty ikkonserva l-pjanta tiegħu tas-seklu 18 u l-biċċa l-kbira tal-arkitettura kolonjali tiegħu tas-seklu 18 u tal-bidu tas-seklu 19.[21] | |
Rio de Janeiro: Pajsaġġi Carioca bejn il-Muntanji u l-Baħar | Rio de Janeiro22°56′52″S 43°17′29″W / 22.94778°S 43.29139°W
|
kulturali:
(v), (vi) |
7,249 (17,910) | 2012 | Is-sit jikkonsisti minn ambjent urban eċċezzjonali iktar milli wirt mibni. Iħaddan l-elementi naturali ewlenin li sawru u ispiraw l-iżvilupp tal-belt: mill-ogħla punt tal-muntanji tal-Park Nazzjonali ta' Tijuca sal-baħar. Dawn jinkludu wkoll il-Ġonna Botaniċi li ġew stabbiliti fl-1808, il-Muntanja ta' Corcovado bl-istatwa famuża ta' Kristu Redentur u l-għoljiet madwar il-Bajja ta' Guanabara, inkluż il-pajsaġġ estensiv tul il-Bajja ta' Copacabana li kkontribwixxa għall-kultura tal-għajxien fil-beraħ ta' din il-belt spettakolari. Rio de Janeiro hija magħrufa wkoll għall-ispirazzjoni artistika li pprovdiet lill-mużiċisti, lill-pajsaġġisti u lill-urbanisti.[22] | |
Santwarju ta' Bom Jesus de Matosinhos | Minas Gerais | kulturali:
(i), (iv) |
— | 1985 | Is-sit inbena fis-seklu 18 u jinkludi knisja, taraġ fil-beraħ u seba' kappelli, imżejna bi statwi magħmula minn Aleijadinho.[23] | |
Pjazza ta' San Franġisk fir-Raħal ta' São Cristóvão | Sergipe | kulturali:
(ii), (iv) |
3 (7.4) | 2010 | Il-pjazza hija mdawra b'żewġ knejjes, palazz u binjiet oħra ta' perjodi storiċi differenti, li joħorġu fid-dieher l-arkitettura Franġiskana fil-Grigal tal-Brażil.[24] | |
Park Nazzjonali ta' Serra da Capivara | Piauí | kulturali:
(iii) |
— | 1991 | Is-sit jinkludi waħda mill-eqdem komunitajiet umani fl-Amerka t'Isfel, u fih għadd kbir ta' tpittir fl-għerien. Uħud minnhom imorru lura saħansitra sa 25,000 sena ilu.[25] | |
Sit Arkeoloġiku tal-Maħżen ta' Valongo | Rio de Janeiro22°53′49.6″S 43°11′14.62″W / 22.897111°S 43.1873944°W
|
kulturali:
(vi) |
0.3895 (0.962) | 2017 | Il-maħżen antik tal-ġebel jinsab fl-eks żona tal-port ta' Rio de Janeiro u nbena għall-iżbark tal-iskjavi Afrikani li waslu fil-kontinent tal-Amerka t'Isfel mill-1811 'il quddiem. Huwa stmat li 900,000 Afrikan waslu fl-Amerka t'Isfel f'Valongo.[26] | |
Sítio Roberto Burle Marx | Rio de Janeiro23°01′26.4″S 43°32′49.6″W / 23.024°S 43.547111°W
|
kulturali:
(ii), (iv) |
40.53 (100.2) | 2021 | Dan is-sit huwa proprjetà f'Barra de Guaratiba tal-arkitett pajsaġġistiku Roberto Burle Marx. Huwa ħoloq ġnien hemmhekk b'madwar 3,500 speċi ta' pjanti.[27] | |
Park Nazzjonali ta' Lençóis Maranhenses | Maranhão | naturali: (vii), (viii) | 156,562 | 2024 | Dan il-park nazzjonali nħoloq fl-1981 u huwa kkaratterizzat mill-ikbar medda ta' għaram tar-ramel fl-Amerka t'Isfel. 90,000 ettaru mis-sit jikkonsistu minn għaram mobbli u laguni ffurmati minn dawn l-għaram. Is-sit jinsab mal-kosta tal-Lvant tal-istat ta' Maranhão u huwa żona federali protetta.[28] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brazil - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Atlantic Forest South-East Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brasilia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Brazilian Atlantic Islands: Fernando de Noronha and Atol das Rocas Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Central Amazon Conservation Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cerrado Protected Areas: Chapada dos Veadeiros and Emas National Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Discovery Coast Atlantic Forest Reserves". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of Salvador de Bahia". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of São Luís". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Diamantina". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Goiás". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Centre of the Town of Olinda". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Historic Town of Ouro Preto". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Iguaçu National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Jesuit Missions of the Guaranis: San Ignacio Mini, Santa Ana, Nuestra Señora de Loreto and Santa Maria Mayor (Argentina), Ruins of Sao Miguel das Missoes (Brazil)". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pampulha Modern Ensemble". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Pantanal Conservation Area". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Paraty and Ilha Grande – Culture and Biodiversity". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Rio de Janeiro: Carioca Landscapes between the Mountain and the Sea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sanctuary of Bom Jesus do Congonhas". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "São Francisco Square in the Town of São Cristóvão". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Serra da Capivara National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Valongo Wharf Archaeological Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Sítio Roberto Burle Marx". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-22.
- ^ "Lençóis Maranhenses National Park". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-29.