Lista ta' Siti ta' Wirt Dinji fl-Istati Uniti

Is-Siti ta' Wirt Dinji tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Edukazzjoni, ix-Xjenza u l-Kultura (UNESCO) huma postijiet b'importanza kulturali jew naturali, kif deskritt fil-Konvenzjoni tal-Wirt Dinji tal-UNESCO, li ġiet stabbilita fl-1972.[1] Il-wirt kulturali jikkonsisti minn monumenti (bħal xogħlijiet arkitettoniċi, skulturi monumentali, jew inċiżjonijiet), gruppi ta' binjiet, u siti (fosthom siti arkeoloġiċi). Il-wirt naturali jinkludi karatteristiċi naturali (li jikkonsistu minn formazzjonijiet fiżiċi u bijoloġiċi), ġeoloġiċi u fiżjografiċi (inkluż il-ħabitats ta' speċijiet mhedda ta' annimali u pjanti), u siti naturali li huma importanti mill-puntdivista tax-xjenza, tal-konservazzjoni jew tas-sbuħija naturali.[2] L-Istati Uniti rratifikaw il-Konvenzjoni fis-7 ta' Diċembru 1973, u b'hekk is-siti indikattivi tagħhom setgħu jitqiesu biex jiżdiedu mal-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[3]
B'kollox l-Istati Uniti għandhom 26 Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO, tlettax kulturali, tnax naturali u wieħed imħallat. L-ewwel żewġ Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-Istati Uniti żdiedu fl-1978: il-Park Nazzjonali ta' Yellowstone u l-Park Nazzjonali ta' Mesa Verde. L-iżjed Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO li żdied reċentement mill-Istati Uniti huwa l-Insedjamenti tal-Knisja Moravjana, fl-2024.
Siti ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]L-UNESCO tiddeżinja s-siti abbażi ta' għaxar kriterji tal-għażla; kull sit irid jissodisfa mill-inqas wieħed mill-għaxar kriterji. Il-kriterji (i) sa (vi) huma kulturali, filwaqt li l-kriterji (vii) sa (x) huma naturali.[4]
NB: * Siti transnazzjonali (bl-ikħal)
Sit | Ritratt | Post | Kriterji tal-Għażla | Erja
f'ettari (akri) |
Sena tad-deżinjazzjoni | Deskrizzjoni |
---|---|---|---|---|---|---|
Park Nazzjonali ta' Mesa Verde | ![]() |
Colorado | kulturali: (iii) | — | 1978 | Il-promontorju ta' Mesa Verde ġie okkupat mill-popli Pueblo tal-qedem bejn is-sekli 6 u 12. Ġew skoperti iktar minn 4,000 sit arkeoloġiku, fosthom abitazzjonijiet fl-irdumijiet. Dawn ivarjaw bħala daqs minn kmamar żgħar għal kumplessi li fihom iktar minn 100 kamra. Eżempji notevoli jinkludu l-Palazz tal-Irdum (fl-istampa), id-Dar tal-Gallarija, u d-Dar tat-Torri Kwadru.[5] |
Park Nazzjonali ta' Yellowstone | ![]() |
Wyoming, Montana, Idaho | naturali: (vii), (viii), (ix), (x) | — | 1978 | Yellowstone ġie stabbilit fl-1872 u huwa l-ewwel park nazzjonali fid-dinja. Ikopri kważi 3,500 mil kwadru (9,000 kilometru kwadru). Fih bosta karatteristiċi ġeotermiċi, inkluż iktar minn 300 geyser (iktar minn nofs il-geysers fid-dinja kollha), fawwariet sħan (fl-istampa tidher il-Fawwara Priżmatika Grandjuża), baqbaqa tat-tajn u rilaxxi tal-gassijiet. Fl-inħawi hemm bosta depożiti tal-fossili, fejn ġew identifikati kważi 150 speċi ta' pjanti. Il-park jospita merħliet kbar ta' biżonti, kif ukoll l-ors grizzly u l-lupu griż. Il-park jiffunzjona bħala sistema mudell għall-fehim tal-proċessi li jseħħu fl-ekosistema. Is-sit tniżżel fil-lista tas-siti fil-periklu bejn l-1995 u l-2003 minħabba li kienu ppjanati operazzjonijiet ta' estrazzjoni.[6] |
Kluane / Wrangell–St. Elias / Bajja tal-Glaċieri / Tatshenshini-Alsek* | ![]() |
Yukon | naturali: (vii), (viii), (ix), (x) | — | 1992 | L-erba' parks nazzjonali u żoni protetti jinsabu tul il-fruntiera bejn l-Istati Uniti u l-Kanada u jinkludu l-ikbar art bis-silġ mhux polari fid-dinja u bosta glaċieri kbar. L-inħawi ssawru bl-attività glaċjali u tettonika kontinwa, u jinkludu tipi differenti ta' ħabitats, li jvarjaw minn muntanji għoljin iktar minn 16,000 pied (5,000 metru) għal witgħat oċeaniċi, foresti kostali u widien bix-xmajjar. Fost l-ispeċijiet importanti ta' annimali hemm l-ors grizzly, il-karibu, in-nagħaġ ta' Dall, u l-mogħoż tal-muntanji. Ix-xmajjar huma żoni tar-riproduzzjoni għas-salamun li mbagħad jimraħ lejn l-oċean. Il-Bajja tal-Glaċieri (l-Istati Uniti) oriġinarjament tniżżlet fl-1979. Kluane (il-Kanada; fl-istampa) u Wrangell–St. Elias (l-Istati Uniti) żdiedu fl-1992, u Tatshenshini-Alsek (il-Kanada) fl-1994.[7] |
Park Nazzjonali tal-Grand Canyon | ![]() |
Arizona | naturali: (vii), (viii), (ix), (x) | — | 1979 | Il-Kanjon il-Kbir (bl-Ingliż: Grand Canyon) huwa fondoq spettakolari li x-xmara Colorado ħaffret matul dawn l-aħħar sitt miljun sena filwaqt li l-Promonotrju ta' Colorado ġie olzat. Il-kanyon huwa twil 277 mil (446 kilometru) u huwa wiesa' sa 18-il mil (29 kilometru). Jilħaq sa fond ta' 0.93 mili (1.5 kilometru). Ix-xmara ħaffret fl-istrati ġeoloġiċi ta' madwar żewġ biljun sena, mill-perjodu Pre-Kambrijan sal-perjodu Ċenożojku, u l-partijiet Pre-Kambrijani u Paleożojċi huma esposti sew u fihom rikkezza ta' fossili. Minħabba d-diversità tat-topografija tagħha, iż-żona fiha bosta speċijiet ta' annimali u ta' pjanti, li jvarjaw minn komunitajiet tax-xmajjar deżertiċi għal komunitajiet tal-foresti boreali.[8] |
Park Nazzjonali ta' Everglades | ![]() |
Florida | naturali: (viii), (ix), (x) | — | 1979 | Il-park tal-Everglades huwa magħmul minn għadd kbir ta' artijiet mistagħdra ċatti flimkien ma' ekosistemi kostali u marittimi. Il-ħabitats jinkludu il-foresti tropikali tal-injam iebes, il-foresti tal-mangrovji, l-artijiet tal-blat bis-siġar taż-żnuber (fl-istampa), l-imraġ tal-ilma ħelu u tal-ilma salmastru, u l-irqajja' tal-alka. Fl-inħawi jgħixu l-baqar tal-baħar, il-panteri ta' Florida, l-astuni tal-bebbux, l-alligaturi u l-kukkudrilli. Is-sit tqiegħed fil-lista tas-siti fil-periklu mill-1993 sal-2007 minħabba l-ħsarat imġarrba mill-uragani kif ukoll id-deterjorament tal-fluss u tal-kwalità tal-ilma minħabba l-iżvilupp agrikolu u urban, u mill-ġdid fl-2010 minħabba d-degradazzjoni tas-sit li wasslet f'telf tal-ħabitats marittimi u fi tnaqqis tal-ispeċijiet tal-baħar. Il-park huwa wkoll Art Mistagħdra tar-Ramsar.[9] |
Independence Hall | ![]() |
Pennsylvania | kulturali: (vi) | — | 1979 | Il-binja ġiet iddisinjati minn Andrew Hamilton u tlestiet fl-1753 biex tospita l-assemblea kolonjali tal-Provinċja ta' Pennsylvania. Ġiet rinnovata diversi drabi wara l-kostruzzjoni tagħha. Fil-kampnar tal-injam oriġinali kienet tinżamm il-Qanpiena tal-Libertà. Is-sala kienet is-sit tat-Tieni Kungress Kontinentali, li matulu ġiet iffirmata d-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza fl-1776. Wara r-Rivoluzzjoni Amerikana, fil-binja sar il-Konvenju Kostituzzjonali li ddibatta u ffirma l-Kostituzzjoni tal-Istati Uniti fl-1787. Iż-żewġ dokumenti servew ta' ispirazzjoni għall-fassala tal-liġijiet u għall-karti tal-gvernijiet madwar id-dinja.[10] |
Parks Nazzjonali u Statali tas-Siġar tal-Injam tal-Aħmar | ![]() |
California | naturali: (vii), (ix) | — | 1980 | Is-sit huwa magħmul minn park nazzjonali wieħed u tliet parks statali li jinsabu tul il-kosta tat-Tramuntana ta' California. Fihom jgħixu l-ikbar foresti kostali kontigwi tas-siġar tal-injam tal-aħmar, li huma l-itwal speċijiet ta' siġar fid-Dinja. Il-parks jinkludu wkoll żoni kostali mhux mimsusa li fihom jgħixu l-iljuni tal-baħar, l-ajkli Amerikani, u l-pellikani kannella ta' California.[11] |
Park Nazzjonali ta' Mammoth Cave | ![]() |
Kentucky | naturali: (vii), (viii), (x) | — | 1981 | Mammoth Cave hija l-itwal sistema magħrufa ta' għerien fid-dinja, b'iżjed minn 285 mil (459 kilometru) ta' passaġġi esplorati. Fis-sistema ta' għerien jgħixu iktar minn 130 speċi li jgħammru fl-għerien. Is-sistema ta' għerien u l-inħawi tal-madwar fihom bosta eżempji ta' topografija karstika, b'ħofor taħt l-art, xmajjar taħt l-art, speleotemi, u kompartimenti kbar taħt l-art. Is-sistema ta' għerien għandha wkoll varjetà kbira ta' minerali tas-sulfati.[12] |
Park Nazzjonali Olimpiku | ![]() |
Washington | naturali: (vii), (ix) | — | 1981 | Il-park huwa magħmul minn diversità ta' ħabitats, inkluż l-ikbar żona protetta ta' foresti tropikali miti fir-reġjun, żoni estiżi ta' xtut mhux żviluppati tal-Paċifiku, mergħat Alpini, u qċaċet muntanjużi miksija bil-glaċieri. Ix-xmajjar huma ħabitats importanti għal diversi speċijiet anadromi ta' ħut. Minħabba l-iżolament relattiv tiegħu, fil-park jgħixu diversi speċijiet jew sottospeċijiet endemiċi. Fost l-ispeċijiet importanti hemm il-kokka tat-tikek tat-Tramuntana, l-urjetta lewn l-irħam, u t-trota ta' rasha ċatta.[13] |
Sit Storiku Statali tat-Tumbati tal-Ħamrija ta' Cahokia | Illinois | kulturali: (iii), (iv) | — | 1982 | It-Tumbati tal-Ħamrija ta' Cahokia kienu l-ikbar insedjament urban u l-iktar wieħed importanti tal-kultura ta' Mississippi. Barra minn hekk, huma l-ikbar sit arkeoloġiku pre-Kolombjan fit-Tramuntana tal-Messiku. Is-soċjetà laħqet il-quċċata tagħha bejn l-1050 u l-1150, meta huwa stmat li kien hemm popolazzjoni ta' bejn 10,000 u 20,000 ruħ. Is-sit jinkludi madwar 120 tumbata tal-ħamrija, inkluż it-Tumbata tal-Patrijiet (fl-istampa), li hija l-ikbar struttura preistorika tal-ħamrija fl-Amerki. Is-sit jinkludi wkoll l-istruttura ta' Woodhenge, li hija maħsuba li kienet tintuża bħala osservatorju astronomiku. Il-konfigurazzjoni tal-insedjament turi l-eżistenza ta' ġerarkija politika u ekonomika tas-soċjetà.[14] | |
Park Nazzjonali ta' Great Smoky Mountains | ![]() |
North Carolina, Tennessee | naturali: (vii), (viii), (ix), (x) | — | 1983 | Il-park huwa refuġju tal-flora u tal-fawna mill-era tal-Ġeoflora Terzjarja li baqgħet teżisti minkejja l-glaċjazzjonijiet Kwaternarji. Għandu bijodiversità rikka, b'iktar minn 3,500 speċi ta' pjanti u bosta speċijiet ta' annimali, inkluż l-ikbar varjetà ta' salamandri fid-dinja, b'mod partikolari s-salamandri bla pulmuni.[15] |
Sit Storiku Nazzjonali ta' La Fortaleza u ta' San Juan f'Puerto Rico | ![]() |
San Juan, Puerto Rico, l-Istati Uniti | kulturali:(vi) | 33 (82) | 1983 | Bejn is-sekli 16 u 20 inbnew sensiela ta' strutturi difensivi f'punt strateġiku fil-Baħar tal-Karibew sabiex jipproteġu l-belt u l-bajja ta' San Juan. Dawn l-istrutturi jirrappreżentaw wirja fina ta' arkitettura militari Ewropea adattata għas-siti tal-port fil-kontinent Amerikan.[16] |
Statwa tal-Libertà | ![]() |
Belt ta' New York | kulturali: (i), (vi) | — | 1984 | L-istatwa ġiet inawgurata fl-1886 u kienet rigal minn Franza biex jitfakkar iċ-ċentenarju tal-indipendenza Amerikana. Ġiet iddisinjata minn Frédéric Bartholdi b'kollaborazzjoni mal-inġinier Gustave Eiffel,u l-kostruzzjoni tagħha, b'qafas tal-metall li jirfed il-"ġilda" tagħha, l-użu tal-konkos fil-bażi, u l-elettriku biex tinxtegħel it-torċa, tqiesu bħala l-bidu ta' era ġdida. L-istatwa tinsab fid-daħla tal-port ta' New York fejn laqgħet miljuni ta' migranti. Hija simbolu ta' ideat bħal-libertà, il-paċi u d-drittijiet tal-bniedem.[17] |
Park Nazzjonali ta' Yosemite | California | naturali: (vii), (viii) | — | 1984 | Il-park jinsab fil-muntanji tas-Sierra Nevada. Matul il-glaċjazzjoni Kwaternarja, il-glaċieri ħolqu pajsaġġ uniku fis-saff ewlieni tal-granit, bħal widien, irdumijiet, koppli ġeoloġiċi, moreni, u kaskati. Hemm mergħat muntanjużi u foresti tas-siġar ġganteski tal-injam tal-aħmar. Fl-istampa tidher il-veduta panoramika tal-Wied ta' Yosemite, bil-formazzjonijiet ġeoloġiċi tan-Nofs Koppla u ta' El Capitan.[18] | |
Kultura ta' Chaco | ![]() |
New Mexico | kulturali: (iii) | — | 1987 | Il-Kanjon ta' Chaco kien ċentru ewlieni tal-Puebloani Anċestrali u kien okkupat bejn it-850 u l-1250, l-iktar bejn l-1020 u l-1110. Is-soċjetà organizzata ferm kienet tgħix f'ambjent iebes u bniet strutturi monumentali, jew "djar kbar", li kellhom funzjonijiet residenzjali, ta' ħżin u ċerimonjali. Abbażi tad-daqs, x'aktarx li kien ċentru reġjonali tal-inħawi tal-Erba' Rkejjen. Fl-istampa tidher il-kiva l-kbira ta' Chetro Ketl. Is-Sit ta' Wirt Dinji jinkludi wkoll il-fdalijiet tal-Monument Nazzjonali tal-Fdalijiet tal-Azteki u xi siti iżgħar.[19] |
Park Nazzjonali tal-Vulkani ta' Hawaii | ![]() |
Hawaii | naturali: (viii) | — | 1987 | Il-park fil-gżira ta' Hawaii fih Kīlauea u Mauna Loa, tnejn mill-iżjed vulkani attivi u l-iktar studjati fid-dinja. Mauna Loa jilħaq għoli ta' 13,680 pied (4,170 metru) 'il fuq mil-livell tal-baħar, iżda meta wieħed ikejlu mill-qiegħ tal-oċean, huwa l-ikbar massa vulkanika fid-dinja. Il-pajsaġġ tal-park qed jissawwar u jinbidel b'mod kontinwu mill-iżbroffar vulkaniku frekwenti. Fil-park jgħixu speċijiet ta' għasafar rari u foresta ta' felċi ġganteski. Fl-istampa jidher fluss tal-lava.[20] |
Monticello u l-Università ta' Virginia f'Charlottesville | ![]() |
Virginia | kulturali: (i), (iv), (vi) | — | 1987 | Il-binja ta' Monticello (li nbniet bejn l-1769 u l-1809) ġiet iddisinjati minn Thomas Jefferson, it-tielet President tal-Istati Uniti u l-awtur tad-Dikjarazzjoni tal-Indipendenza, bħala l-binja tal-pjantaġġuni tiegħu. Jefferson iddisinja wkoll (1817-1826) il-binjiet bikrin tal-Università ta' Virginia f'Charlottesville, abbażi tal-idea tiegħu ta' "villaġġ akkademiku" ideali. Ir-Rotunda hija mmudellata fuq il-Panteon ta' Ruma. Il-binjiet tal-università huma eżempji prominenti tal-arkitettura Neo-Klassika.[21] |
Taos Pueblo | ![]() |
New Mexico | kulturali: (iv) | — | 1992 | Taos Pueblo huwa l-ikbar wieħed fost il-Pueblos stabbiliti tul ix-xmara Rio Grande u t-tributarji tagħha fl-aħħar tas-seklu 13 u fil-bidu tas-seklu 14. Ġie abitat b'mod kontinwu minn dak iż-żmien u huwa eżempju importanti ta' kultura li żammet il-biċċa l-kbira tat-tradizzjonijiet Pre-Kolombjani tagħha. L-insedjament jikkonsisti minn żewġ binjiet b'diversi sular magħmula bil-brikks u bit-tajn, kivas ċerimonjali, knisja Kattolika, u l-fdalijiet ta' binjiet preċedenti.[22] |
Park Nazzjonali tal-Għerien ta' Carlsbad | ![]() |
New Mexico | naturali: (vii), (viii) | — | 1995 | Il-park fih iktar minn 100 għar karstiku, inkluż l-Għerien ta' Carlsbad (fl-istampa) u l-Għar ta' Lechuguilla. Dan tal-aħħar fih speleotemi rari u uniċi, inkluż uħud magħmula mill-ġibs. Il-formazzjonijiet jinkludu wkoll eliktiti, strutturi tal-kalċit, u bijotemi. Il-formazzjoni ta' dawn tal-aħħar hija megħjuna mill-batterji. L-għerien iffurmaw fil-kumpless tal-Iskoll tal-Qroll ta' Capitan matul il-perjodu Permjan, u b'hekk ir-riċerkaturi setgħu jistudjaw l-iskoll tal-qroll antik kemm minn ġewwa kif ukoll mill-partijiet esposti fil-kanjon fuq barra.[23] |
Parks Internazzjonali tal-Paċi ta' Waterton-tal-Glaċieri* | ![]() |
Montana | naturali: (vii), (ix) | — | 1995 | Dan is-sit jinkludi l-Park Nazzjonali tal-Lagi ta' Waterton (fl-istampa) fil-Kanada u l-Park Nazzjonali tal-Glaċieri fl-Istati Uniti. Iż-żewġ parks huma magħrufa għas-sbuħija xenika straordinarja tagħhom bis-saħħa tal-muntanji u tal-formazzjonijiet glaċjali. Il-parks jinsabu tul il-Linja Diviżorja Kontinentali u jinkludu l-Quċċata Diviżorja Tripla. Il-muntanji jiltaqgħu mal-mergħat mingħajr għoljiet bejniethom u l-ġeografija ppermettiet lill-ispeċijiet ta' annimali u ta' pjanti tipiċi tal-Majjistral tal-Paċifiku jinfirxu 'l ġewwa. Dan irriżulta f'għadd kbir ta' speċijiet ta' annimali u ta' pjanti preżenti f'żona żgħira.[24] |
Papahānaumokuākea | ![]() |
Hawaii u l-Gżejjes Minuri tal-Madwar tal-Istati Uniti | imħallat: (iii), (vi), (viii), (ix), (x) | — | 2010 | Papahānaumokuākea, l-ikbar żona protetta tal-baħar fid-dinja, tinsab fil-Punent tal-gżejjer prinċipali ta' Hawaii. Hija estiża fuq madwar 1,200 mil (1,930 kilometru) u tkopri għadd ta' gżejriet, gżejjer tal-iskolli tal-qroll, u muntanji tal-baħar, flimkien mal-oċean tal-madwar. Flimkien dawn joħorġu fid-dieher il-progress gradwali taż-żona protetta ta' Hawaii. Fil-ħabitats terrestri u tal-baħar jgħixu bosta speċijiet ta' għasafar, ħut, foki, qroll u pjanti, u ħafna minnhom huma endemiċi. Il-gżejjer jitqiesu li għandhom importanza tradizzjonali għall-kultura ħajja tan-nattivi ta' Hawaii, u hemm siti arkeoloġiċi fil-gżejjer ta' Nihoa u ta' Makumanamana li jmorru lura għal qabel il-kuntatt mal-Ewropej. Fl-istampa tidher rizza tal-ispeċi Heterocentrotus mamillatus.[25] |
Tumbati Monumentali tal-Ħamrija ta' Poverty Point | ![]() |
Louisiana | kulturali: (iii) | — | 2014 | Il-kumpless enormi ta' tumbati tal-ħamrija ta' Poverty Point inbena bejn l-1700 u l-1100 Q.K., matul l-Perjodu Arkajku Aħħari. Inħoloq minn soċjetà tal-foraġġ ta' sajjieda, kaċċaturi u ġemmiegħa, minflok soċjetà agrikola insedjata. Il-kumpless jikkonsisti minn qishom ħitan semiellittiċi bi pjazza ċentrali, u diversi tumbati. Kien jintuża għal skopijiet residenzjali u ċerimonjali. Kien ukoll ċentru ta' network kummerċjali enormi, estiż fuq mijiet ta' kilometri għall-provvista tal-ġebel u tal-minerali. Dan it-tip ta' kostruzzjonijiet tal-ħamrija baqa' jeżisti fl-Amerka ta' Fuq għal iktar minn 2,000 sena.[26] |
Missjonijiet ta' San Antonio | Texas | kulturali: (ii) | — | 2015 | Is-sit huwa magħmul minn ħames kumpless ta' missjonijiet fil-fruntiera, mibnija fis-seklu 18 mill-missjunarji Franġiskani Spanjoli, kif ukoll ranch fil-qrib. Il-missjonijiet inbnew tul ix-xmara ta' San Antonio sabiex ir-reliġjon tinfirex, iż-żona tiġi kkolonizzata, u l-fruntiera tiġi difiża. Joħorġu fid-dieher l-interazzjonijiet kulturali bejn l-Ispanjoli u l-Coahuiltecan u gruppi oħra ta' kaċċaturi u ġemmiegħa, li saru bdiewa insedjati fi żmien ġenerazzjoni waħda. L-elementi dekorattivi fil-knejjes jirrappreżentaw taħlita ta' motivi indiġeni u Kattoliċi. Fl-istampa tidher il-Missjoni ta' Espada.[27] | |
L-Arkitettura tas-Seklu 20 ta' Frank Lloyd Wright | ![]() |
Arizona, California, Illinois, New York, Pennsylvania, Wisconsin | kulturali: (ii) | — | 2019 | Dan is-sit jinkludi tmien binjiet iddisinjati mill-arkitett Frank Lloyd Wright fl-ewwel nofs tas-seklu 20. Wright żviluppa l-kunċett ta' "arkitettura organika", li hija l-arkitettura adattata għall-ambjent u għall-ħtiġijiet tal-utenti. L-istil tiegħu huwa mmarkat mill-użi ġodda ta' materjali bħall-azzar u l-konkos. Il-binjiet elenkati jinkludu binjiet residenzjali (fl-istampa tidher il-binja residenzjali ta' Fallingwater), knisja, u l-Mużew ta' Solomon R. Guggenheim. Ix-xogħol ta' Wright influwenza lil arkitetti oħra madwar id-dinja.[28] |
Tumbati Ċerimonjali tal-Ħamrija ta' Hopewell | ![]() |
Ohio | kulturali: (i), (iii) | — | 2023 | Is-sit jinkludi sensiela ta' karatteristiċi tal-kultura ta' Hopewell mill-perjodu ta' Woodland tal-ewwel millenju W.K. Dawn bnew tumbati ċerimonjali tal-ħamrija fuq skala kbira, fosthom tumbati tat-tajn u ħitan b'disinni ġeometriċi. Fort Ancient huwa eżempju ta' forti fil-quċċata ta' għolja. Il-Park Storiku Nazzjonali tal-Kultura ta' Hopewell jinkludi ħames siti (fl-istampa tidher Belt it-Tumbati li fiha iktar minn 30 tumbata tat-tajn u tal-ħamrija) b'ħitan b'għamliet kwadri u tondi. It-Tumbati tal-Ħamrija ta' Newark fihom kompartimenti kbar magħluqa b'konfini. L-iskavi fis-siti żvelaw diversi oġġetti ta' artiġjanat fin li nkisbu permezz tal-ivvjaġġar lejn żoni remoti saħansitra sal-baċir ta' Yellowstone.[29] |
Insedjamenti tal-Knisja Moravjana* | il-Ġermanja, id-Danimarka, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti | kulturali: (iii), (iv) | — | 2024 | L-insedjamenti tal-Knisja Moravjana, denominazzjoni Protestanta, mit-tieni nofs tas-seklu 18 huma bliet ippjanati, li jirriflettu l-filosofija egalitarja tal-komunità. Għandhom konfigurazzjonijiet urbani simili, inkluż spazji miftuħa u ġonna, binja kongregazzjonali, ċimiterju, santwarju u djar għal għajxien komunali, isseparati skont l-età, il-ġeneru u l-istatus taż-żwieġ. Christiansfeld fid-Danimarka ilha li tniżżlet bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO mill-2015. Fl-2024 is-sit ġie estiż biex jinkludi d-Distrett ta' Bethlehem fl-Istati Uniti, Herrnhut (fl-istampa) fil-Ġermanja, u Gracehill fir-Renju Unit.[30] |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The World Heritage Convention". web.archive.org. 2016-08-27. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-08-27. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - Convention Concerning the Protection of the World Cultural and Natural Heritage". web.archive.org. 2021-02-01. Arkivjat mill-oriġinal fl-2021-02-01. Miġbur 2022-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "United States of America - UNESCO World Heritage Convention". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ "UNESCO World Heritage Centre - The Criteria for Selection". web.archive.org. 2016-06-12. Arkivjat mill-oriġinal fl-2016-06-12. Miġbur 2023-08-14.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mesa Verde National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Yellowstone National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Kluane / Wrangell-St. Elias / Glacier Bay / Tatshenshini-Alsek". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Grand Canyon National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Everglades National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Independence Hall". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Redwood National and State Parks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Mammoth Cave National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Olympic National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Cahokia Mounds State Historic Site". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Great Smoky Mountains National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "La Fortaleza and San Juan National Historic Site in Puerto Rico". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-19.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Statue of Liberty". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Yosemite National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Chaco Culture". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hawaii Volcanoes National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monticello and the University of Virginia in Charlottesville". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Taos Pueblo". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Carlsbad Caverns National Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Waterton Glacier International Peace Park". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Papahānaumokuākea". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Monumental Earthworks of Poverty Point". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "San Antonio Missions". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "The 20th-Century Architecture of Frank Lloyd Wright". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Hopewell Ceremonial Earthworks". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-09-21.
- ^ "Moravian Church Settlements". whc.unesco.org. Miġbur 2024-07-30.