Il-Marsa: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Bot: il-fajl Copy_of_Copy_of_Mê.jpg ġie mħassar minn fuq Commons minn Martin H. minħabba: Copyright violation: http://www.timesofmalta.com/...
m r2.7.2) (Bot Żieda: zh:馬爾薩 (馬耳他)
Linja 34: Linja 34:


[[ca:Marsa]]
[[ca:Marsa]]
[[ckb:مارسا]]
[[de:Marsa]]
[[de:Marsa]]
[[en:Marsa, Malta]]
[[es:Marsa (Malta)]]
[[es:Marsa (Malta)]]
[[fa:مارسا]]
[[fa:مارسا]]
[[fr:Marsa (Malte)]]
[[fr:Marsa (Malte)]]
[[hu:Marsa]]
[[it:Marsa (Malta)]]
[[it:Marsa (Malta)]]
[[en:Marsa, Malta]]
[[lt:Marsa]]
[[lt:Marsa]]
[[hu:Marsa]]
[[nl:Marsa (Malta)]]
[[nl:Marsa (Malta)]]
[[pl:Marsa (Malta)]]
[[pl:Marsa (Malta)]]
[[pt:Marsa]]
[[pt:Marsa]]
[[scn:Marsa (Malta)]]
[[scn:Marsa (Malta)]]
[[zh:馬爾薩 (馬耳他)]]
[[ckb:مارسا]]

Reviżjoni ta' 17:38, 11 Diċembru 2012

Il-Marsa
Emblema

Mottu: Il-Marsin Dejjem Warajkom

Isem uffiċjali: Il-Kunsill Lokali tal-Marsa
Stat: Malta Malta
Isem tal-abitanti: Marsi,Marsija,Marsin

Mappa

Latitudni: 35°54' N
Lonġitudni: 14°31' E
Erja: 2.8 km²
Popolazzjoni:
 – Total:
 – Densità:

5344
1,900/km2
Konfini: Il-Ħamrun
Sindku: Christopher Spiteri (PL)
Qaddis patrun:
 – Ġurnata:
It-Trinita' Mqaddsa
f'Mejju
Sit elettroniku: Mudell:Website Uffiċjali

’Il ġewwa fil-Port il-Kbir hemm id-daħliet kennija tal-Marsa, post importanti sa mill-qedem. Il-kelma l-Marsa hija kelma Għarbija li tfisser port fejn jankraw jew jirmiġġjaw il-bastimenti.

Id-daħla kienet ukoll magħrufa bħala taż-“żewġ marsiet”, waħda bl-isem ‘Xatt il-Qwabar’ u l-oħra bl-isem ‘il-Marsa il-kbira’ li tiġbed sa fejn hemm il-knisja ta’ Ċejlu. Kienet saret ukoll magħrufa bħala Portu Novu. Iż-żewg daħliet huma mifrudin mill-“Għolja tal-Giżwiti”, li warajha tinfirex il pjanura kbira li tibqa’ dieħla sat-truf ta’ Ħal Qormi (Città Pinto). Hawn wieħed jista’ jinnota l-livell baxx tal-art u l-widien, wieħed Wied is-Sewda u l-ieħor Wied il-Kbir, li jaqilbu għal hemm.

Żmien ilu, anke sa ftit qabel il-wasla tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, id-daħla baxxa kienet twassal sat-truf ta’ Ħal Qormi (Città Pinto), bħal Taċ-Ċagħqi jew l-Erba’ Qaddisin. Sa mill-qedem il-bnedmin li fittxew kenn f’dawk l-inħawi kienu jaħdmu fir-raba’ u jkabbru l-uċuħ. Fil-witja jingħad li kien hemm is-simar, kanal tas-sallur, qiegħa mimlija arzell bl-arkati, u menqa mimlija ħut.. Is-sejbiet arkeoloġiċi li saru f’partijiet differenti tal-Marsa juru li minn żminijiet ilu dal-post kien magħruf man-nies li għexu f’pajjiżna u għarfu jinqdew bil-kenn li joffru l-portijiet tiegħu.

Fi żminijiet medjevali u għal żmien twil wara, il-Marsa kienet tagħmel mal-parroċċa ta’ San Ġorġ ta’ Ħal Qormi (Città Pinto), sa meta fl-1913 il-Marsa saret parroċċa. Jingħad li fl-1890 fil-Marsa kien hemm 6,200 ruħ u 200 dar, Imma mal-iżvilupp tal-Port il-Ġdid (Potu Novu), il-Marsa bdiet tikber bħala subborg. Wara li baqghet tiżdied għal diversi snin, dawn l-aħħar qed jiġi nnotat li l-popolazzjoni tal-Marsa qed tonqos sew.