Lagomorpha
Lagomorfi Firxa tal-fossili: Kmieni ħafna fl-Eocene sa Reċenti | |
---|---|
Liebru ta' denbu iswed, Lepus californicus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha Brandt, 1855 |
Familji | |
Leporidae | |
firxa tal-Lagomorfi |
Il-Lagomorfi fis-singular lagomorfu (Grieg "lagos" liebru: + "morphē" forma), li jiffurmaw l-ordni Lagomorpha, huma l-Fniek, il-Liebri u l-Piki. Dawn il-mammiferi plaċentati jinqasmu f'2 familji, il-Leporidae (fniek u liebri) u Ochotonidae (piki).
L-ispeċijiet lagomorfi jixbħu r-rodituri (l-ispeċijiet tal-ordni Rodenzja) u sas-seklu 20 dawn kienu kklassifikati bħala superfamilja fl-istess ordni. Minn dak iż-żmien 'l hawn il-klassifikazzjoni tagħhom inbidlet u ġew miġbura fl-ordni Lagomorpha għalihom biss. Għal ċertu żmien kien komuni li jitqiesu bħala relatati biss mill-bogħod mar-rodituri u li x-xebħ kien superfiċjali. Madankollu, minn studji ġenetiċi ħareġ li għalkemm huma distinti mir-rodituri, huma relatati fil-qrib sew, wara kollox.
Karatteristiċi
[immodifika | immodifika s-sors]- Il-Lagomorfi, għandhom 4 snien ta' quddiem jew inċisivi par wara l-ieħor (u mhux 2 biss bħar-rodituri) fix-xedaq ta' fuq.
- Il-Lagomorfi, jieklu biss ħxejjex (mhux bħar-rodituri, li jieklu kemm laħam u ħaxix)
- Il-Lagomorfi fir-raġel l-iscrotum (il-borża tal-ġilda li jkun hemm fiha t-testikoli) qiegħda quddiem jew fuq il-pene u mhux taħt.
- Fil-pene tal-lagomorfi m'hemmx għadma (il-baculum) (waqt li r-rodituri għandhom)
- Fil-Lagomorfi l-ikel jgħaddi darbtejn mis-sistema tad-diġestjoni tagħhom, billi jerġgħu jieklu l-cecotropes li jarmi ġisimhom għall-ewwel darba, dan jagħmluh biex jieħdu dak kollu li hu possibli bħala nutrimenti mid-dieta veġetarjana tagħhom.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Pika Alpina, Ochotona alpina
- Pika tal-fidda, Ochotona argentata
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Pika ta' Hoffmann, Ochotona hoffmanni
- Pika tat-Tramuntana jew Pika tas-Siberja, Ochotona hyperborea
- Pika ta' Pallas, Ochotona pallasi
- Pika Amerikana, Ochotona princeps
- Pika ta' Turuchan, Ochotona turuchanensis
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppe
- Pika ta' Gansu jew Pika Griża, Ochotona cansus
- Pika tax-xofftejn suwed, Ochotona curzoniae
- Pika ta' Daurian, Ochotona dauurica
- Pika ta' Tsing-ling, Ochotona huangensis
- Pika ta' Nubra, Ochotona nubrica
- Pika ta' l-isteppa, Ochotona pusilla
- Pika tal-Afganistan, Ochotona rufescens
- Pika ta' Moupin, Ochotona thibetana
- Pika ta' Thomas, Ochotona thomasi
- Sottoġeneru Conothoa: piki tal-muntanji
- Pika ħamra taċ-Ċina, Ochotona erythrotis
- Pika ta' Forrest, Ochotona forresti
- Pika ta' Gaoligong, Ochotona gaoligongensis
- Pika ta' Glover, Ochotona gloveri
- Pika tal-Ħimalaja, Ochotona himalayana
- Pika ta' Ili, Ochotona iliensis
- Pika ta' Kozlov, Ochotona koslowi
- Pika ta' Ladak, Ochotona ladacensis
- Pika tal-widnejn kbar, Ochotona macrotis
- Pika ta' Muli, Ochotona muliensis
- Pika sewda, Ochotona nigritia
- Pika ta' Royle, Ochotona roylei
- Pika ħamra tat-Turkestan, Ochotona rutila
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Prolagidae (estinta)
- Ġeneru Prolagus
- Pika ta' Sardinja, Prolagus sardus (estint)
- Ġeneru Prolagus
- Familja Leporidae : Fniek u Liebri
- Ġeneru Pentalagus
- Ġeneru Bunolagus
- Ġeneru Nesolagus
- Ġeneru Romerolagus
- Ġeneru Brachylagus
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Fenek tal-art mistgħadra, Sylvilagus aquaticus
- Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti, Sylvilagus brasiliensis
- Fenek ta' denbu qotni ta' Dice, Sylvilagus dicei
- Fenek ta' denbu qotni ta' Omiltemi, Sylvilagus insonus
- Fenek tal-bassasa, Sylvilagus palustris
- Fenek ta' denbu qotni tal-artijiet baxxi tal-Veneżwela, Sylvilagus varynaensis
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tad-deżert, Sylvilagus audubonii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku, Sylvilagus cunicularis
- Fenek ta' denbu qotni tal-Lvant, Sylvilagus floridanus
- Fenek tat-Tres Marias, Sylvilagus graysoni
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji, Sylvilagus nuttallii
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Appalach jew Fenek ta' denbu qottni skur, Sylvilagus obscurus
- Fenek robust, Sylvilagus robustus
- Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
- Sottoġeneru Microlagus
- Sottoġeneru Tapeti
- Ġeneru Oryctolagus
- Ġeneru Poelagus
- Ġeneru Caprolagus
- Ġeneru Pronolagus
- Ġeneru Lepus
- Sottoġeneru Macrotolagus
- Sottoġeneru Poecilolagus
- Sottoġeneru Lepus
- Sottoġeneru Proeulagus
- Sottoġeneru Eulagos
- Liebru xkupa, Lepus castroviejoi
- Liebru ta' Yunnan, Lepus comus
- Liebru Korean, Lepus coreanus
- Liebru Korsikan, Lepus corsicanus
- Liebru Ewropew, Lepus europaeus
- Liebru ta' Granada, Lepus granatensis
- Liebru Manċurjan, Lepus mandshuricus
- Liebru sufi, Lepus oiostolus
- Liebru tal-altipjan ta' l-Etjopja, Lepus starcki
- Liebru ta' denbu abjad, Lepus townsendii
- Sottoġeneru Sabanalagus
- Sottoġeneru Indolagus
- Sottoġeneru Sinolagus
- Sottoġeneru Tarimolagus
- Sottoġeneru incertae sedis
- Familja Ochotonidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 185-211. ISBN 0-8018-8221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.