Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku
Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. cunicularius |
Isem binominali | |
Sylvilagus cunicularius (Waterhouse, 1848) | |
Firxa tal-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku |
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus cunicularis huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-Messiku.
Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku jinsab f' ħafna tipi ta' abitat, minn foresti temperati għal-foresti tropikali xotti u semi-xotti b' siġar li jwaqgħu l-weraq, mill-livell tal-baħar sa elevazzjonijiet ta' 'l fuq minn 4,300m.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku għandu distribuzzjoni mal-pjanuri ċentrali mal-kosta tal-Paċifiku, sal-Messiku ċentrali. Dan id-denb qotni mifrux mil-livell tal-baħar sa elevazjonijiet ta' madwar 4,300 metru fil-Messiku ċentrali.
Din l-ispeċi għadha komuni fiċ-ċentru tal-Messiku fil-foresti tal-pinu u tal-pinu-kwerċa b' ħafna ħaxix taħt is-siġar. Il-Fenek ta' denbu qotni tal-Messiku jinsab f' arja vasta matul il-mountanji Transvulkaniċi ukoll, speċjalment fuq il-vulkani Popocatepetl, Iztaccihualtl, Pelado u Nevado de Trluca. Fil-Punent jinsab fil-foresti xotti b' siġar li jwaqgħu l-weraq, iżda huwa ferm aktar komuni fuq artijiet fejn jirgħu n-nagħaġ u fin-Nofs in-nhar ta' Sinalao lejn in-Nofs in-nhar għall-Punent ta' Michoacan dan jinsab mill-pjanuri tal-kosta mal-livell tal-baħar sa mal-ġnub tal-għoljiet u l-muntanji.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan id-denb qotni huwa 1 minn 9 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u l-ispeċi maqsuma minn ta' linqas f' 2 sottospeċi rikonoxxuti.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus cunicularis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.