Aqbeż għall-kontentut

Liebru ta' Tehuantepec

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lepus flavigularis)
Liebru ta' Tehuantepec
Liebru ta' Tehuantepec (Lepus flavigularis)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. flavigularis
Isem binominali
Lepus flavigularis
Wagner, 1844
Firxa tal-Liebru ta' Tehuantepec

Il-Liebru ta' Tehuantepec, magħruf xjentifikament bħala Lepus flavigularis huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), notturnu u endemiku tal-Messiku.

Din l-ispeċi tinsab biss minn Salina Cruz fl-istat ta' Oaxaca, sal-Punent estrem tal-istat ta' Chiapas, fil-Messiku. Din l-arja fil-passat jidher li kienet ta' bejn wieħed u ieħor 150 km², iżda llum iż-żieda fit-talba ta' art għall-agrikoltura qed teqred il-biċċa l-kbira ta' dan l-abitat ta' dan il-liebru.

Fil-preżent il-Liebru ta' Tehuantepec huwa ristrett għal veġetazzjoni matul ix-xmajjar żgħar, fuq ix-xtajtiet tar-ramel u l-foresti tal-arbuxxelli, li qatt ma' jaqbżu l-erba' jew il-ħames kilomentri fil-wisgħa, matul il-kosta tal-għadajjar tal-ilma mielaħ, fit-Tramuntana ma' ġenb il-golf ta' Tehuantepec.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-liebru huwa wieħed minn tmien speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Proeulagus u m'hemm l-ebda sottospeċi magħrufa.

  • Cervantes, F. A., and C. Lorenzo. 1997. Morphometric differentiation of rabbits (Sylvilagus and Romerolagus) and jackrabbits (Lepus) of Mexico. Gibier Faune Sauvage 14:405-425.
  • Sántis, E. C. 2002. Distribución y abundancia de la liebre endémica Lepus flavigularis y el conejo castellano Sylvilagus floridanus (Mammalia: Lagomorpha) en el Istmo de Tehuantepec, Oaxaca, México. Tesis de Licenciado en Biología. Universidad de Ciencias y Artes de Chiapas. Tuxtla Gutierrez, Chiapas, México.
  • Vargas, Z. 2001. Valoración de los vertebrados terrestres por los huaves y zapotecas de la zona lagunar del Istmo de Tehuantepec, Oaxaca. Tesis de Maestría. El Colegio de la Frontera Sur. Chiapas, México.
  • Villa, B., and F. A. Cervantes. 2003. Los mamíferos de México. Iberoamericana. Instituto de Biología, Universidad Nacional Autónoma de México. México, D. F. 140 pp. and CD-rom.