Liebru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lepus)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Liebri
Feldhase.jpg
Liebru Ewropew (Lepus europaeus)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Sottodiviżjoni: * Macrotolagus
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Linnaeus, 1758
Ras ta' skeletru ta' Liebru Ewropew (Lepus europaeus)
Snien inċisivi tal-lagomorfi li ma ntiklux mal-ikel. i - l-ewwel par ta' inċisivi, i2 - it-tieni par ta' inċisivi fuq wara ta' l-ewwel par, inċisivi tipiċi tal-Lagomorfi.

Il-liebri (sing. Liebru) huma l-leporidi tal-ġeneru Lepus għalkemm uħud minn dawn jissejħu fniek ħmir u erba' speċi oħra ta' leporidi tal-ġeneri Caprolagus u Pronolagus xi drabi jissejħu liebru u liebru l-ġebel rispettivament ukoll, biss dawn huma fniek.

Il-liebri huma mammiferi ta' ħeffa kbira (eż. il-Liebru Ewropew Lepus europaeus kapaċi jilħaq veloċità ta' 70 kilometru jew 45 mil fis-siegħa).

Normalment il-liebru huwa mammiferu ta' natura mistħija u jgħix ħajja solitarja jew bħala par, għalkemm il-Liebru Ewropew jibdel l-attitudni tiegħu lejn ir-rebbiegħa fejn dawn jibdew jiġru wara xulxin matul il-ġurnata fid-dawl tax-xemx f'nofs il-kampanja. Din l-imġiba hija xejn aktar ħlief kompetizzjoni bejn l-irġiel biex jakkwistaw id-dominanza u b'hekk aċċess għal aktar nisa biex jirriproduċu magħhom. Waqt dan iż-żmien ta' freneżija fost il-liebri, wieħed jista' jarahom jagħtu u jiġġieldu bl-idejn. Għal żmien twil ħafna kienu jaħsbu li dan kien ikun ġlied ta' kompetizzjoni bejn l-irġiel, iżda minn osservazzjonijiet aktar fil-qrib irrisulta li dan ma kienx ħlief ġlied bejn in-nisa u l-irġiel, biex in-nisa juru li għadhom m'humiex lesti għat-tgħammir jew biex jaraw id-determinazzjoni ta' l-irġiel.

Il-liebri ma jgħixux bħal biċċa l-kbira tal-fniek f' bejta taħt l-art u dan lanqas meta jasal iż-żmien taż-żrameġ. It-twelid taż-żgħar isir ġo bejta magħmulha minn ħofra baxxa jew fil-ħaxix mirfus u mgħaffeġ mill-omm. Din m'hijiex problema għaż-żrameġ għax huma addattati għan-nuqqas ta' protezjoni fisika billi jitwieldu miksijjin bil-pil u b'għajnejhom miftuħa, b'hekk ftit żmien wara t-twelid dawn ikunu kapaċi jaħsbu għalihom infushom, għall-kuntrarju taż-żrameġ tal-fniek fejn dawn jitwieldu għomja, mingħajr pil u totalment dipendenti fuq l-omm.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]