Liebru Manċurjan
Liebru Manċurjan | |
---|---|
![]() | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Lepus |
Speċi: | L. mandshuricus |
Isem binominali | |
Lepus mandshuricus (Radde, 1861) | |
![]() | |
Firxa tal-Liebru Manċurjan |
Il-Liebru Manċurjan, jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus mandshuricus, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu), u nattiv tal-kontinent tal-Asja. Dan il-liebru huwa speċi mifrux ma' tliet pajjiżi Ażjatiċi, b'distribuzzjoni qalb il-muntanji fit-Tramuntana tal-peninsula Koreana fil-Korea ta' Fuq, fil-Grigal taċ-Ċina u fil-baċir tax-xmara Amur fir-Russja.
Liebru Manċurjan adult jista' jikber minn 40 sa massimu ta' 48 ċentimetru twil u jiżen madwar 2 kilogrammi. Id-denb jista jkun bejn 4.5 u 7.5 ċentimetri twil u l-widnejn normalment ikunu minn 7.5 sa 10.4 ċentimetri.
Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]
Dan il-liebru huwa wieħed minn 10 speċi li qegħdin ikklassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u m'hemm l-ebda sottospeċi rikonoxxuta.
- Ordni Lagomorpha
Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lepus mandshuricus fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006
- Id-Databażi Palebijoloġika