Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Invalid status IUCN3.1 :
| |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Leporidae |
Ġeneru | Sylvilagus |
speċi | Sylvilagus cognatus E.W.Nelson, 1907
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus cognatus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, endemiku tal-Istati Uniti.
Dan id-denb qotni għal żmien twil kien ikkunsidrat bħala sottospeċi tal-fenek ta' denbu qotni tal-Lvant (Sylvilagus floridanus), l-aktar speċi komuni ta' denb qotni.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano huwa speċi ta' denb qotni li ġeneralment huwa ristrett għall-muntanji ta' Manzano, katina ta' muntanji ta' madwar 65 kilometri (40 mil), orjentati mit-Tramuntana għan-Nofsinhar li tagħmel parti minn unita ġeoloġika akbar, imsejħa il-muntanji ta' Sandia-Manzano, fl-istat ta' New Mexico, fl-Istati Uniti.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Sottofamilja Leporinae
- Tribù Leporini
- Ġeneru Sylvilagus
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, Sylvilagus cognatus
- Sottoġeneru Sylvilagus
- Ġeneru Sylvilagus
- Tribù Leporini
- Sottofamilja Leporinae
- Familja Leporidae
Sinonimi
[immodifika | immodifika s-sors]Sylvilagus floridanus cognatus huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus cognatus ta' Nelson, 1907.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.