Aqbeż għall-kontentut

Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano
Stat ta' konservazzjoni

Invalid status IUCN3.1 :


 (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaLeporidae
ĠeneruSylvilagus
speċi Sylvilagus cognatus
E.W.Nelson, 1907
Distribuzzjoni ġeografika

Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus cognatus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, endemiku tal-Istati Uniti.

Dan id-denb qotni għal żmien twil kien ikkunsidrat bħala sottospeċi tal-fenek ta' denbu qotni tal-Lvant (Sylvilagus floridanus), l-aktar speċi komuni ta' denb qotni.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fenek ta' denbu qotni tal-muntanji ta' Manzano huwa speċi ta' denb qotni li ġeneralment huwa ristrett għall-muntanji ta' Manzano, katina ta' muntanji ta' madwar 65 kilometri (40 mil), orjentati mit-Tramuntana għan-Nofsinhar li tagħmel parti minn unita ġeoloġika akbar, imsejħa il-muntanji ta' Sandia-Manzano, fl-istat ta' New Mexico, fl-Istati Uniti.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Sylvilagus floridanus cognatus huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Sylvilagus cognatus ta' Nelson, 1907.