Aqbeż għall-kontentut

Fenek ta' denbu qotni tal-foresta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Sylvilagus brasiliensis)
Fenek ta' denbu qotni tal-foresta
Fenek ta' denbu qotni tal-foresta Sylvilagus brasiliensis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. brasiliensis
Isem binominali
Sylvilagus brasiliensis
Linnaeus, 1758
Sottospeċi


Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta Sylvilagus brasiliensis, magħruf ukoll bħala Tapeti u Fenek Brażiljan, huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha. Din l-ispeċi hija waħda mis-16-il denb qotni tal-kontinenti Amerikani tal-ġeneru Sylvilagus u flimkien ma' 5 speċi oħra huwa miġbur fis-sottoġeneru Tapeti.

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta huwa wieħed solitarju u ta' abitudni notturni (jkun attiv bil-lejl), ħafna drabi minn ftit wara nżul ix-xemx sa ftit qabel it-tlugħ. Dan id-denb qotni jippreferi jgħix f'ambjent ta' foresta, b'abitat fil-qrib ta' artijiet ta' l-għargħar jew mal-ġnub tax-xmajjar, għalkemm kemm il-darba jinstab jiekol fil-ġonna u f'egħlieqi kkultivati.

It-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta jew Tapeti huwa wieħed mil-ftit speċi ta' denb qotni li huwa komuni matul il-firxa tad-distribuzzjoni kollha u b'hekk ma' l-"IUCN Red List of Threatened Species" qiegħed imniżżel bħala leporidu fi stat ta' "L-inqas ħsieb" ("Least Concerned").

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fenek ta' denbu qotni tal-foresta għandu distribuzjoni vasta mifruxha ma' bosta pajjiżi fl-Amerika Centrali u fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel. Dan il-fenek huwa speċi li jinsab fil-foresti ta' l-Arġentina, Beliże, Bolivja, Kolombja, Kosta Rika, Ekwador, El Salvador, Gujana, Gujana Franċiża, Gwatemala, Ħonduras, Messiku, Nikaragwa, Panama, Paragwaj, Peru, Surinam u Venezwela.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus brasiliensis Fil-Periklu kritiku ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006
  • Louise H. Emmons and Francois Feer, 1997 - Neotropical Rainforest Mammals, A Field Guide.