Aqbeż għall-kontentut

Fenek xkupilja ta' San Jose

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fenek xkupilja ta' San Jose
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. mansuetus
Isem binominali
Sylvilagus mansuetus
(Nelson, 1907)
Firxa tal-Fenek xkupilja ta' San Jose


Il-Fenek xkupilja ta' San Jose li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus mansuetus huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-Messiku.

Distribuzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fenek xkupilja ta' San Jose kif jgħid ismu għandu distribuzjoni ristretta u jinsab biss fuq il-gżira ta' San Jose li qiegħda fil-Golf ta' California, parti minn Baja California, tal-Messiku. Din il-gżira għalkemm hija waħda mill-akbar gżejjer li hemm fil-Golf f'hija biss 194 km2 u l-veġetazjoni dominanti hija kakti, sukkulenti u ħxejjex tipiċi ta' l-abitat xott tad-deżert.

Klassifikazjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan id-denb qotni huwa 1 minn 2 speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Microlagus u m' hemm 'l ebda sottospeċi rikonoxxuta.