Aqbeż għall-kontentut

Fenek ta' denbu qotni tal-Ingilterra l-Ġdida

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Sylvilagus transitionalis)
Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida
Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Sylvilagus
Speċi: S. transitionalis
Isem binominali
Sylvilagus transitionalis
(Bangs, 1895)
Firxa ta' Sylvilagus transitionalis

Il-Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida jew Denb qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus transitionalis huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.

Riproduzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida jirriproduċi sa 3 botna żrameġ fis-sena bejn April u Awissu, u kull boton jista jkun magħmul minn 3 sa 8 żrameġ kull darba li jitwieldu wara ġestazzjoni jew tqala ta' madwar 28 ġurnata. Dawn jitwieldu mingħajr pil, ogħmja u totalment dipendenti ġewwa bejta taħt l-art preparata mill-omm minn ftit qabel u jiġu misqijja l-ħalib minn 4 pari "mammae" għal mhux aktar minn 4 ġimgħat.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida huwa speċi ta' denb qotni li għandha distribuzzjoni mal-biċċa l-kbira tal-Lvant tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, f' forma ta' mosajk, mix-Xlokk ta' l-Ingilterra l-Ġdida ("New England"), minn Nofs in-nhar ta' Maine lejn in-Nofs in-nhar matul il-muntanji ta' Appalach għax-Xlokk ta' Alabama.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-fenek huwa 1 minn 9 speċi ta' dnieb qotnin, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.