Fenek ta' denbu qotni tal-Ingilterra l-Ġdida
Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida | |
---|---|
Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, Sylvilagus transitionalis | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Sylvilagus |
Speċi: | S. transitionalis |
Isem binominali | |
Sylvilagus transitionalis (Bangs, 1895) | |
Firxa ta' Sylvilagus transitionalis |
Il-Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida jew Denb qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida, li hu magħruf xjentifikament bħala Sylvilagus transitionalis huwa mammiferu plaċentat tad-Dinja l-Ġdida u membru tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu). Dan id-denb qotni huwa nattiv tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, endemiku tal-iStati Uniti.
Riproduzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida jirriproduċi sa 3 botna żrameġ fis-sena bejn April u Awissu, u kull boton jista jkun magħmul minn 3 sa 8 żrameġ kull darba li jitwieldu wara ġestazzjoni jew tqala ta' madwar 28 ġurnata. Dawn jitwieldu mingħajr pil, ogħmja u totalment dipendenti ġewwa bejta taħt l-art preparata mill-omm minn ftit qabel u jiġu misqijja l-ħalib minn 4 pari "mammae" għal mhux aktar minn 4 ġimgħat.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek ta' denbu qotni ta' l-Ingilterra l-Ġdida huwa speċi ta' denb qotni li għandha distribuzzjoni mal-biċċa l-kbira tal-Lvant tal-kontinent ta' l-Amerika ta' fuq, f' forma ta' mosajk, mix-Xlokk ta' l-Ingilterra l-Ġdida ("New England"), minn Nofs in-nhar ta' Maine lejn in-Nofs in-nhar matul il-muntanji ta' Appalach għax-Xlokk ta' Alabama.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Dan il-fenek huwa 1 minn 9 speċi ta' dnieb qotnin, li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Sylvilagus u m' hemmx sottospeċi rikonoxxuti.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S.; Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996). Sylvilagus transitionalis. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.
- The Paleobiology Database.
- Tassonomija tal-Mammiferi.