Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal
| Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal | |
|---|---|
| Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal, Pronolagus crassicaudatus | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Sottoklassi: | Theria |
| Infraklassi: | Eutheria |
| Superordni: | Euarchontoglires |
| Ordni: | Lagomorpha |
| Familja: | Leporidae |
| Ġeneru: | Pronolagus |
| Speċi: | P. crassicaudatus |
| Isem binominali | |
| Pronolagus crassicaudatus I. Geoffroy, 1832 | |
| Sottospeċi | |
Il-Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal jew Liebru l-ġebel aħmar il-kbir jew Fenek aħmar ta' Natal li huwa magħruf xjentifikament bħala Pronolagus crassicaudatus, huwa mammiferu plaċentat notturn u solitarju tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha mifrux fil-kontinent Afrikan. Dan il-leporidu bħaż-żewġ speċi l-oħra tal-ġeneru Pronolagus, għalkemm jissejjaħ "Liebru l-ġebel" huwa speċi ta' fenek.
Dan il-liebru huwa l-ikbar fost it-tliet speċi ta' liebri l-ġebel u għandu pil ta' lewn griż imnaqqax bil-kannella man-naħa tad-dahar, filwaqt dak tas-sider, id-denb u l-erba' saqajn huma ta' lewn ħamrani kulur is-sadid. Liebru adult jista' jkun bejn 42 u 50 ċentimetru eskluż id-denb li jista' jkun minn 6 sa 14-il ċentimetru twil.
Il-Liebru l-ġebel aħmar il-kbir għandu firxa f'abitat kollu ġebel u rdum mal-ġnub ta' għoljiet u muntanji u fil-madwar u din hija r-raġuni minn fejn oriġina l-isem komuni ta' din l-ispeċi.
Riproduzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Ftit hemm informazzjoni dwar kif jirriproduċi l-liebru l-ġebel aħmar ta' Natalż. L-unika tagħrif fiċ-ċert huwa li boton minn żarmuġ 1 sa 2 jitwieldu għomja, bi ftit jew xejn pil u totalment dipendenti fuq l-omm bħall-fniek kollha l-oħra wara tqala jew ġestazzjoni ta' madwar 30 jum.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-liebru l-ġebel aħmar ta' Natal jinsab jgħix lejn in-Nofsinhar tal-kontinent tal-Afrika u huwa mifrux fil-Lvant tar-Repubblika tal-Afrika t'Isfel minn Natal sal-provinċa ta' Kap, fil-Lvant ta' Lesoto, fin-Nofsinhar ta' Sważiland u fit-tarf estrem tan-Nofsinhar tal-Możambikk.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Pronolagus
- Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal jew Liebru l-ġebel aħmar il-kbir Pronolagus crassicaudatus
- Sottospeċi
- Pronolagus crassicaudatus crassicaudatus (I. Geoffroy Saint-Hilaire, 1832)
- Pronolagus crassicaudatus ruddi (Thomas & Schwann, 1905)
- Liebru l-ġebel aħmar ta' Natal jew Liebru l-ġebel aħmar il-kbir Pronolagus crassicaudatus
- Ġeneru Pronolagus
- Familja Leporidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Lagomorph Specialist Group (1996).Pronolagus crassicaudatus. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.