Fenek Ewropew
Fenek Ewropew | |
---|---|
Fenek Ewropew Oryctolagus cuniculus | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Leporidae |
Ġeneru: | Oryctolagus |
Speċi: | O. cuniculus |
Isem binominali | |
Oryctolagus cuniculus Linnaeus, 1758 | |
Sottospeċi | |
Il-Fenek Ewropew Oryctolagus cuniculus jew kif jissejjaħ f' Malta Fenek tax-xiber jew Fenek tas-salvaġġ u li jagħmel parti mil-fawna ta' Malta ukoll, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat erbivoru oriġinarjament minn naħa ta' Nofs in-nhar tal-kontinent Ewropew, għalkemm il-llum il-ġurnata għandu firxa ħafna akbar grazzi għal bniedem. Din hija l-unika speċi ta' fenek li giet iddomestikata kemm għal-ikel, pil u bħala annimal tad-dar mill-ispeċi kollha ta' leporidi li jeżistu u b' hekk ir-razzez jew varjetajiet kollha ta' fniek iddomestikati huma kollha Oryctolagus cuniculus.
Il-Fenek Ewropew huwa leporidu ta' daqs żgħir, twil bejn 34 u 45 ċentimetru u jiżen bejn 1.3 u 2.2 kilogrammi. Din l-ispeċi ta' fenek għandha par widnejn twal, is-saqajn ta' wara kbar, u pil qasir ta' lewn griż fil-kannella b'denb qasir u sufi.Il-Fenek Ewropew jiċċaqlaq minn post għal ieħor bil qbież u għal dan l-iskop jużaw is-saqajn ta' wara kbar u b'saħħithom li huma miksijin bi strat ta' pil oħxon biex jassorbi fiħ id-daqqa waqt il-ġiri. Is-swaba tas-saqajn ta' wara għandhom il-ġilda bejniethom biex jibqu maqudin flimkien anke waqt il-ġiri għal aktar stabilita.
Il-Fenek Ewropew huWa magħrufa sew għal bejtiet kumplessi li jħaffer taħt l-art, fejn dan iqatta ħafna mill-ħin tiegħu meta ma jkunx qiegħed jiekol.
Il-Fenek Ewropew ġie ntrodott bħala speċi eżotika f' ħafna gżejjer (eż.fil-gżejjer Brittaniċi, f' uħud mil-gżejjer tal-Ħawaj, fil-gżejjer ta' San Juan, Awstralja u New Zealand) u waqt li f' kull waħda minn dawn ħoloq problemi ekoloġiċi enormi għax irriproduċa f' numru kbir u poġġa ħafna speċi endemiċi f' periklu ta' estinzjoni minn ħabba kompetizjoni, fil-Penisula Iberika (Spanja u Portugal) tant naqas drastikament fin-numru (minn ħabba l-mard myxomatosis u calicivirus tal-fniek, il-kaċċa żejda mill-bniedem u telf ta' abitat) li poġġa lil-Linċi Iberika u l-Ajkla rjali ta' Spanja li kienu jibbażaw id-dieta tagħhom fuqu f' periklu ta' estinzjoni ukoll.
Reproduzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Fenek Ewropew għalkemm mhuwiex żgur wieħed mill-aktar b'saħħtu, veloċi jew intelliġenti fost il-mammiferi, żgur qiegħed f' niċċa ekoloġika ferm solida grazzi għar-rata ogħlja ta' ripproduzzjoni li għandu. Il-fenka t' ovula eżatt waqt it-tammir u wara tqala ta' 31 ġurnata (għalkemm din tista tvarja minn 29 sa 35 ġurnata), ġeneralment ikollha boton minn 2 sa 12-il żarmuġ.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Leporidae
- Ġeneru Oryctolagus
- Fenek Ewropew, Oryctolagus cuniculus
- Sottospeċi
- Oryctolagus cuniculus algirus (Loche, 1858)
- Oryctolagus cuniculus brachyotus (Trouessart, 1917)
- Oryctolagus cuniculus cnossius (Bate, 1906)
- Oryctolagus cuniculus cuniculus (Linnaeus, 1758)
- Oryctolagus cuniculus habetensis (Cabrera, 1923)
- Oryctolagus cuniculus huxleyi (Haeckel, 1874)
- Fenek Ewropew, Oryctolagus cuniculus
- Ġeneru Oryctolagus
- Familja Leporidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Lagomorph Specialist Group (1996). Oryctolagus cuniculus Fi stat ta' l-inqas ħsieb. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.
- Reversing Rabbit Decline 2005 report concerning efforts to recover rabbits in Spain and Portugal, supported by the IUCN Lagomorph and Cat Specialist Groups