Pika tal-kullar
Pika tal-kullar | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Ochotonidae |
Ġeneru | Ochotona |
speċi | Ochotona collaris E.W.Nelson, 1893
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Informazzjoni ġenerali | |
Tqala | 30 ġurnata |
Il-pika tal-kullar (Ochotona collaris) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurn (attiv matul il-ġurnata) u asoċjali (mhux soċjali jew solitarju), tal-familja Ochotonidae u fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-kontinent tal-Amerika ta' Fuq, speċifikament fil-Kanada u l-Istati Uniti, normalment f'ambjent muntanjuż jew bl-irdumijiet.
Din hija speċi komuni pjuttost żgħira ta' mhux aktar minn 160 gramma. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn tmien speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika u relatata fil-qrib mal-Pika Amerikana (Ochotona priniceps).
Il-Pika tal-kullar timmatura sesswalment fl-età ta' sena u jkollhom botton ta' 2 jew 3 żrameġ fis-sena. Dawn jibqgħu fil-bejta għal bejn wieħed u ieħor 30 jum, ftit ġranet wara jsiru indipendenti u f'qasir żmien dawn jitilqu mill-arja fejn jitwieldu u jinfirdu minn mal-omm biex ifittxu territorju għalihom.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Speċi
- Pika tal-kullar, Ochotona collaris
- Sottoġeneru Pika: piki tat-Tramuntana
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, ISBN 0-8018-8221-4
- Ochotona collaris fuq il-Lista Ħamra tal-IUCN 2006