Pika Amerikana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pika Amerikana
Pika Amerikana Ochotona princeps
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Ochotonidae
Ġeneru: Ochotona
Speċi: O. princeps
Isem binominali
Ochotona princeps
Richardson, 1828
Sottospeċi 36+


Il-Pika Amerikana (Ochotona princeps) hija speċi ta' mammiferu plaċentat dijurni tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha mifruxa mal-muntanji fil-Punent ta' l-Amerika ta' fuq, normalment f'għelieqi bil-ġebel 'il fuq jew mal-linja tas-siġar.

Din hija speċi komuni u hemm 'il fuq minn 36 sottospeċi, li ħafna minnhom huma popolazzjonijiet iżolati. Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tat-Tramuntana li hu magħmul minn 8 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Pika.

Għalkemm skond l-IUCN Red List of Threatened Species u l-Lagomorph Specialist Group hija mniżżla bħala speċi komuni u għandha stat ta' l-inqas ħsieb (Least Concern), artiklu reċenti fl-aħbarijietta' ħjiel li l-popolazzjoni ta' din l-ispeċi qiegħda tonqos minħabba fatturi varji. Il-Piki bħal din l-ispeċi, li huma sensittivi għal temperaturi sħan huma kkunsidrati bħala l-aħjar sistema ta' twissijja kontra s-sħana globali li qeghda dejjem togħla.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Din l-ispeċi mifruxa mal-muntanji fil-Punent ta' l-Amerika ta' fuq, tal-Kanada u l-Istati Uniti.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
  • Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona princeps. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. Retrieved on 12 May 2006. Database entry includes a brief justification of why this species is of least concern.