Aqbeż għall-kontentut

Fenek ta' Assam

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Caprolagus hispidus)
Fenek ta' Assam
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Caprolagus
Speċi: C. hispidus
Isem binominali
Caprolagus hispidus
(Pearson, 1839)

Il-fenek ta' Assam jew liebru ispidu, li hu magħruf xjentifikament bħala Caprolagus hispidus, huwa mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae (leporidu), fl-ordni Lagomorpha (lagomorfu) u nattiv tal-kontinent tal-Asja u għalkemm xi kultant jissejjaħ liebru dan huwa kkunsidrat bħala speċi ta' fenek.

Fenek ta' Assam adult jiżen madwar 2.5 kilogrammi, jikber bejn 405 u 538 millimetru (40.5 – 53.8 ċentimetri), għandu s-saqajn ta' wara qosra u matnazzi rarament jaqbżu t-tul tas-saqajn ta' quddiem bi diefer kbar u b' saħħithom ħafna, par widnejn qosra u wiesgħajn u par għajnejn żgħar.

Karatteristika ta' dan il-leporidu huwa l-pil, li huwa magħmul minn żewġ strati jew saffi. L-istrat jew saff ta' barra u l-istrat jew saff ta' taħt. L-istrat ta' barra huwa magħmul minn xagħar oħxon twil u jniggeż qiesu x-xagħar ta' l-ixkupa u ta' lewn kannella skur peress li huwa magħmul miinn xagħar iswed u kannella bajdani. L-istrat ta' taħt jikkonsisti minn pil qasir u fin ta' kulur kannella bajdani biss. Id-denb ukoll għandu żewġ strati ta' pil ta' l-istess tip, apparti l-kulur, fejn iż-żewġ strati huma kannella biss dak ta' l-istrat ta' barra huwa ta' tonalita aktar skur.

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-fenek ta' Assam huwa speċi ta' fenek b'distribuzzjoni limitata fil-kontinent tal-Asja, b'firxa ristretta ma' tliet pajjiżi li jinkludu l-Bangladexx, l-Indja u n-Nepal.

Caprolagus hispidus hija speċi esklużiva Ażjatika u fil-passat kienet mifruxa sew matul in-Nofsinhar tal-katina tal-muntanji tal-Ħimalajas f'arja vasta minn Uttar Pradesch, fin-Nepal, Sikkim, Bengal u Butan, s'Assam. Il-liepri ispidu, illum il-ġurnata, huwa wieħed mill-aktar mammiferi rari fid-dinja, u huwa estint fil-biċċa l-kbira tad-distribuzzjoni imsemmija hawn fuq u għadu jinsab biss fil-Majjistral ta' Assam, f'Bangladexx u fi ftit partijiet żgħar fin-Nepal.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-fenek huwa speċi monotipika, l-uniku speċi fil-ġeneru Caprolagus.