Pika tal-isteppa
Pika tal-isteppa | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju: | Animalia |
Phylum: | Chordata |
Klassi: | Mammalia |
Sottoklassi: | Theria |
Infraklassi: | Eutheria |
Superordni: | Euarchontoglires |
Ordni: | Lagomorpha |
Familja: | Ochotonidae |
Ġeneru: | Ochotona |
Speċi: | O. pusilla |
Isem binominali | |
Ochotona pusilla Pallas, 1769 | |
Sottospeċi | |
Il-Pika tal-isteppa (Ochotona pusilla) hija speċi ta' mammiferu plaċentat, erbivoru, tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-isteppa li hu magħmul minn disa' speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.
Il-Pika tal-isteppa hija speċi pjuttost unika fost il-piki, din l-ispeċi partikolari hija notturna jew attiva ħafna bil-lejl u l-komunikazzjoni vokali ssir minn inżul ix-xemx sa wara fit-tard bil-lejl. Din tħobb tħaffer il-bejta taħt l-art f'ħamrijja umda f'ambjent b'ħafna veġetazzjoni u siġar żgħar. Din l-ispeċi qiegħda klassifikata fil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala waħda fi stat vulnerabli, dan minħabba li l-popolazzjoni naqset drastikament fi żmenijiet reċenti kemm fin-numru u d-densità, kif ukoll fil-firxa u d-distribuzzjoni.
Riproduzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Il-pika tal-isteppa tirriproduċi billi twelled boton ta' minn wieħed sa tlettax-il żarmuġ kull darba. In-nisa jimmaturaw sesswalment fir-raba' jew fil-ħames ġimgħa ta' ħajja waqt li l-irġiel irid ikollhom minn tal-anqas sena.
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Din hija speċi mifruxa minn naħa ta' fuq tax-xmara Volga san-Nofsinhar tal-Muntanji Urali min-Nofsinhar għal-Lvant mal-fruntiera taċ-Ċina, il-Każakistan u r-Russja.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
- Ġeneru Ochotona
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
- Pika tal-isteppa, Ochotona pusilla
- Sottospeċi
- Ochotona pusilla aktogaiensis (Savinov, 1981)
- Ochotona pusilla angustifrons (Argyropulo, 1932)
- Ochotona pusilla occidentalis (Chaline & Erbajeva & Montuire, 2001)
- Ochotona pusilla pusilla (Pallas, 1769)
- Ochotona pusilla spelea (Owen, 1846)
- Pika tal-isteppa, Ochotona pusilla
- Sottoġeneru Ochotona: piki tal-isteppa
- Ġeneru Ochotona
- Familja Ochotonidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-8018-8221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona pusilla. 2006 IUCN Red List of Threatened Species.