Pika ta' Forrest
Dehra
Pika ta' Forrest | |
---|---|
Stat ta' konservazzjoni | |
Riskju minimu (IUCN 3.1) | |
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Klassi | Mammalia |
Ordni | Lagomorpha |
Familja | Ochotonidae |
Ġeneru | Ochotona |
speċi | Ochotona forresti Thomas, 1923
|
Distribuzzjoni ġeografika | |
Il-pika ta' Forrest (Ochotona forresti) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae, fl-ordni Lagomorpha mifruxa fl-Asja f'ambjent ta' rdum mal-ġnub tal-muntanji li jħarsu lejn ix-xemx f'għoli ta' mhux inqas minn 2,600 metru u mhux aktar minn 4,400 m.
Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki tal-muntanji li hu magħmul minn tlettax-il speċi u miġburin fis-sottoġeneru Conothoa.
Il-pika ta' Forrest qiegħda klassifikata fil-Lista Ħamra tal-IUCN bħala speċi li m'hemmx biżżejjed informazzjoni dwar il-popolazzjonijiet tagħha u qiegħda mniżżla fi stat ta' "tagħrif insuffiċjenti".
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Din hija speċi mifruxa mal-muntanji ta' erba' pajjiżi tal-Asja li huma l-Indja, iċ-Ċina, il-Butan u Mjanmar.
Klassifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Lagomorpha
- Familja Ochotonidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Hoffmann, Robert S., Andrew T. Smith (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 191-192. ISBN 0-801-88221-4.
- Lagomorph Specialist Group (1996).Ochotona forresti. Lista Ħamra tal-IUCN 2006.