Aqbeż għall-kontentut

Liebru ta' Granada

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Lepus granatensis)
Liebru ta' Granada
Liebru ta' Granada
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Lepus
Speċi: L. granatensis
Isem binominali
Lepus granatensis
(Rosenhauser, 1856)

Il-Liebru ta' Granada, jew kif inhu magħruf xjentifikament Lepus granatensis, huwa speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Leporidae, fl-ordni Lagomorpha, nattiv tal-kontinent tal-Ewropa.

Dan il-liebru huwa speċi komuni mifruxa sew ma' arja vasta fil-peninżula Iberika u rari jekk mhux estinta fuq il-gżira ta' Majorka.

Din l-ispeċi kienet ikkunsidrata għal żmien twil bħala sottospeċi tal-Liebru Ewropew (Lepus europaeus) u anke bħala sottospeċi tal-Liebru ta' Kap (Lepus capensis). Il-Liebru ta' Granada huwa l-iżgħar speċi ta' liebru li hemm fil-peninżula Iberika, b'tul massimu ta' 45 ċentimetru, b'10 ċentimetri oħra f'denb u b'piż li jvarja bejn 2 u 2.5 kilogrammi.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dan il-liebru wara ħafna riklassifikazzjonijiet bħala sottospeċi ġie kklassifikat bħala speċi separata, waħda minn għaxar speċi li qegħdin klassifikati fis-sottoġeneru Eulagos u maqsuma minn tal-inqas fi tliet sottospeċi.

"Lepus europaeus granatensis" u "Lepus capensis granatensis" huma sinonimi jew l-istess bħal u jirreferu għal Lepus granatensis ta' Rosenhauser, 1856.