Aqbeż għall-kontentut

Pika ta' Tsing-ling

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Pika ta' Tsing-ling
Klassifikazzjoni xjentifika
KlassiMammalia
OrdniLagomorpha
FamiljaOchotonidae
ĠeneruOchotona
speċi Ochotona huangensis
Matschie, 1908
Distribuzzjoni ġeografika

Il-Pika ta' Tsing-ling (Ochotona huangensis) hija speċi ta' mammiferu plaċentat tal-familja Ochotonidae fl-ordni Lagomorpha.

Din l-ispeċi tagħmel parti mill-grupp tal-piki ta' l-isteppa li hu magħmul minn 9 speċi u miġburin fis-sottoġeneru Ochotona.

Il-Pika ta' Tsing-ling hija speċi ta' pika li tħaffer il-bejta taħt l-art u tħobb ambjent ta' foresta tal-bambu jew foresta alpina minn għoli moderat ta' madwar 1,800m u aktar. Din l-ispeċi sa ftit żmien ilu kienet meqjusa bħala sottospeċi ("O. thibetana huangensis") tal-Pika ta' Moupin. Il-Pika ta' Tsing-ling qiegħda klassifikata mil-"IUCN Red List of Threatened Species" bħala speċi b'nuqqas kbir ta' informazjoni, b'hekk qiegħda mniżla fi stat "Indeterminat" ("Indeterminate").

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Din hija speċi endemika taċ-Ċina u ma tinstab fl' ebda pajjiż ieħor.

"O. thibetana huangensis" huwa sinonimu jew l-istess bħal Ochotona huangensis.

Klassifikazzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]